Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/943659
5 Il-Ħadd 18 ta' Frar 2018 | illum Aħbarijiet IKTAR kmieni din il-ġimgħa waqt il-laqgħa annwali pubblika tal-Kunsill Lokali taż-Żejtun, is-Sindku Maria Abela Dolores infurmat lil dawk preżenti li l-Kunsill se jkun qed jitlob lill- Gvern sabiex l-iżvilupp ġewwa ż-żona ta' Bulebel ma jsirx. Dan minħabba l-importanza tal-art agrikola u l-istorja rikka taż-żona inkwistjoni. Apparti minn dan fl-istess ġimgħa, il-Partit Nazzjonalista ngħaqad mal-Partit Demokratiku meta ħareġ staqrrija illi fiha kkundanna bil-qawwi dan l-iżvilupp. Fid-dawl ta' dan kollu, din il-gazzetta niżlet il-pjazza taż-Żejtun b'mistoqsija pertinenti, taqbel jew ma taqbilx mal-iżvilupp f 'Bulebel? Evidentement l-opinjoni hi maqsuma sew fuq il-kwistjoni. Bosta nies li din il-gazzetta kellmet fit-toroq taż-Żejtun qalu li jaqblu ma' dan l-iżvilupp għaliex, la darba jkun lest dan se jkun qed joħloq impjiegi ġodda filwaqt li skont xi wħud dan kien "wirja ċara tal-iżvilupp ekonomiku taħt il-Gvern preżenti." Minkejja dan, oħrajn kienu pronti sabiex jiddikjaraw li huma kontra l-iżvilupp hekk kif "mhux se jibqa' naqra ta' arja nadifa lejn l-inħawi taż-Żejtun." Mitt bniedem, mitt fehma... l-iżvilupp taż-Żejtun L-ILLUM tinżel iż-Żejtun u titkellem maż-Żwieten fuq l-iżvilupp propost f 'Bulebel. lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Jien sinċerament naħseb li jkun aħjar kieku dan l-iżvilupp isir. Jekk f 'dik iż-żona jinbnew il- fabbriki, se jiġi iktar xogħol u aktar impjiegi. Raba' hawn kemm trid, naqbel ma' dan l-iżvilupp. Jien ma naqbilx miegħu għax jien meta nara li l-ambjent qiegħed jiġi kontinwament meqrud dan iġib miegħu mard. Ma naħsibx li jagħmel sens dan l-iżvilupp, meta anke l-Gvern dan l-aħħar qed jagħmel tant affarijiet mal-bdiewa. Reċentement il-Gvern preżenti anke nieda proġetti fuq l-immaniġġjar tal-ilma. Assolutament ma naqbilx la ma' dan il-proġett u lanqas ma' proġetti oħra simili bħal dak propost ġewwa Ħaż-Żabbar. Naqbel ta, għaliex jien naħseb li l-iżvilupp f 'żona industrijali jrid isir. Naħseb li hi bżonjuża. Jekk hemm fabbriki vojta f 'Ħal Far naħseb li l-aqwa ħaġa tkun li jintużaw dawk l-ewwel però jekk l-iżvilupp imbagħad ikompli jikber naqbel li Bulebel jiġi żviluppat. Jien kontra dan l-iżvilupp. Immur nimxi hemm kuljum, se jkun qed jolqotni direttament. Fejn trid tmur hawnhekk għal naqra ta' arja? M'hawnx postijiet oħra fejn tmur f 'dan l-inħawi. Jien inħobbha ħafna r-raba', nifhem id-dispjaċir tal-bdiewa. Però jekk l-għelieqi mhumiex tiegħek, il-Gvern għandu dritt jeħodhom. Jien fil-passat kont naħdem għelieqi li ma kinux tiegħi u ġrali l-istess. Dakinhar kienu avżawni u ħaduhom. Issa jekk dawn ma kinux qed iħallsu l-qbiela mhux se jikkmandaw il-Gvern hux? Naħseb il-bdiewa dan jafuh. Ifhem naħseb li jekk b'dan l-iżvilupp bih se jħaddmu nies ġodda naqbel hux li jsir. Min-naħa l-oħra jekk hemm fabbriki vojta f 'Ħal Far jew siti oħra naħseb li jkun aħjar kieku l-ewwel l-iżvilupp isir hemm u mbagħad jiġi żviluppat Bulebel.