Illum previous editions

illum 18 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/943659

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 18 ta' Frar 2018 'Qarib ta' Gaddafi' jipprova jaħrab mill-Qorti - Ir-raġel kien arrestat nhar il-Ġimgħa wara li għamel tabirruħu li qed jifta' bomba lejn l-Ambaxxata Russa RAĠEL li jisħaq li hu dixxendent tal-eks dittatur Libjan, Muammar Gaddafi, inżamm arrestat wara li nhar il-Ġimgħa li għadda għamel tabirruħu li qed jifta' bomba lejn l-Ambaxxata Franċiża, weġġa' kuntistabbli tal- Pulizija u dalgħodu pprova jaħrab mill-awla tal-Qorti. L-akkużat, li għandu 38 sena, mar l-Ambaxxata Franċiża bit- tir li jagħmel passaport Franċiż iżda meta induna li mhux se jirnexxilu beda jaġġixxi b'mod vjolenti u meta twaqqaf mill- pulizija li kienet għassa, spiċċa biex attakkaha, tant li ġarrbet xi ksur. Meta kien qed jiġi interrogat mill-Pulizija, ir-raġel qal li hu qarib ta' Gaddafi. L-Ispettur Priscilla Caruana Lee, qalet li din ma kinitx l-ewwel darba li r-raġel kien vjolenti u għamel tabirruħu li qed jifta' grenade lejn l-Ambaxxata Franċiża fi Triq Melita fil-Belt Valletta. Kompliet tispjega li meta l-kuntistabbli talbitu biex jieqaf u jikkalma, ir-raġel attakkaha, kisrilha wieħed mis-swaba' u ħarab jiġri. Hu kien arrestat ftit tal-ħin wara, ftit passi 'l bogħod mill- ambaxxata. Ftit qabel ma beda jinstema' l-każ, l-akkużat pprova jaħrab mill-awla iżda nqabad minn Spettur tal-Pulizija li kien eżatt quddiem il-bieb. Ir-raġel kellu jiġi mmanettjat għax baqa' jirreżisti bi vjolenza lill- pulizija. Lura fl-awla, huwa talab skuża lill-Qorti. Minħabba l-aġir tiegħu, l-akkużat ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, u l-Maġistrat ordnat li jiġi eżaminat minn psikjatra. Wara diskussjoni fuq fejn se jinżamm, il-prosekuzzjoni u d-difiża qablu li għalissa jinżamm fit-taqsima forensika tal-Isptar Monte Karmeli. Lejn aktar servizzi tas- saħħa b'xejn għall-persuni transgender - Chris Fearne qal dan waqt seminar organizzat mill- MUMN bit-titlu Looking at Health Through the Gender Kaleidoscope IDDEPUTAT Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li fl-aħħar jiem ġie ppubblikat avviż legali li se jkun l-ewwel pass għal aktar servizzi tas-saħħa b'xejn għal persuni transgender. Huwa qal dan waqt seminar organizzat mill- MUMN bit-titlu 'Looking at Health Through the Gender Kaleidoscope'. L-Avviż Legali 44 tal-2018 qed jemenda l-ħames skeda li tinsab mal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali. Permezz tiegħu, persuni transgender se jkunu intitolati għal terapiji relatati mal- identità tal-ġeneru mingħajr ħlas. Fil-fatt, permezz ta' dan l-avviż legali, iddaħħlet fl-iskema ħamsa, (kartuna s-safra), il-kundizzjonijiet relatati mal-identità tal-ġeneru u mal-karatteristiċi tas-sess. Il-Ministru Fearne qal ukoll li fil-ġimgħat li ġejjin, il-Gvern se jkun qed iniedi dokument dwar servizzi għal kundizzjonijijet relatati mal-identità tal-ġeneru u mal-karatteristiċi tas-sess.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 February 2018