Illum previous editions

illum 18 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/943659

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

7 Il-Ħadd 18 ta' Frar 2018 | illum Aħbarijiet FI stqarrija ppubbilkata lbieraħ mill-grupp Occupy Justice kien żvelat kif numru ta' billboards b'messaġġi li jfakkru li għadha ma saritx ġustizzja ma' Daphne Caruana Galizia l-Ġimgħa filgħaxija għall-ħabta tas-7:00pm. Kien biss ilbieraħ filgħodu li ritratt tal-istess grupp ta' persuni beda jiċċirkola l-mezzi soċjali. "Dak li ġara lbieraħ huwa episodju ieħor ta' reġim li juża l-poter biex jgħaffeġ fuq il-libertajiet bażiċi ta' dawk li jikkritikawh," jinsisti l-grupp Occupy Justice. Il-grupp li twieled ftit wara l-qtil ta' Caruana Galizia permezz ta' protesta quddiem Kastilja, jammetti li l-Gvern seta' kellu kull raġuni biex jinforza t-tneħħija tal- billboards inkwistjoni, li milli jidher għalhekk tneħħew għax ma kienx hemm permess għalihom. Xorta iżda jikkritika dan l-att bħala wieħed li kellu l-għan li jsikket il-messaġġ li qed jibgħat l-istess grupp. "Il-Gvern għażel is-7 p.m. nhar il-Ġimgħa, u apparti li ħoloq ħafna traffiku u kaos, ikkombina dan l-att vili ta' soppressjoni mal-mument li aħna konna l-Belt quddiem il-mafkar ta' Caruana Galizia." Fil-fatt il-Ġimgħa filgħaxija miġemgħa ta' persuni ngħaqdu quddiem il-Monument tal-Assedju l-Kbir fejn tqiegħdu diversi fjuri, xemgħat u messaġġi quddiem ir-ritratt ta' Daphne Caruana Galizia. Fil-lejl ta' bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa tqiegħdu ħdejn dak ta' Caruana Galizia, ritratti ta' Karin Grech, Raymond Caruana kif ukoll tal-eks Prim Ministru Laburista Dom Mintoff, ironikament wieħed mill-aktar personaġġi politiċi li Caruana Galizia kienet tikkritika bl-aħrax. Occupy Justice jakkuża lill-Gvern illi bħal dawk li qatlu lill-ġurnalista biex iwissu lil min kien qed itiha l-informazzjoni, "il-Gvern uża dan l-inċident biex iwissi illi kull min jipprovdi servizz lis-soċjetà ċivili jiffaċċja t-tpattija tal-Gvern." "Dan ma jissorprendi lil ħadd," tkompli tgħid l-istqarrija, "il-klima ta' biża' li ħatfet lin-nazzjon hija ġġustifikata bl- applikazzjoni tal-liġi li sservi biss l-interessi ta' dawk li għandhom il-poter." "Dan l-interess kollu biex ikunu infurzati il-liġijiet jikkuntrasta mal-protezzjoni li l-Gvern qed jagħti lin-nies li huwa evidenti li għandhom ikunu investigati u forsi jittieħdu proċeduri kriminali kontrihom," tkompli tgħid l-istqarrija. Din il-ġimgħa kienet immarkata b'diskussjoni dwar il-mafkar ta' Caruana Galizia, bil-Kunsillier Laburista tal- Belt Valletta Ray Azzopardi jressaq mozzjoni biex dan il-mafkar jitneħħa mhu dan skont il-liġijiet li titratta monumenti nazzjonali. Mas-sit illum.com.mt iżda Kunsillier Laburist ieħor, Norman Shaw, wera d-diżapprovazzjoni assoluta tiegħu lejn il-mozzjoni ta' Azzopardi u saħaq illi l-laqgħa storbjuża li saret dwar il-mozzjoni u li għaliha attendew ukoll il-familjari ta' Daphne Caruana Galizia kienet 'ċirku' bil- buffu prinċipali jkun Ray Azzopardi. Shaw, li huwa wkoll l-aktar Kunsillier li kiseb voti minn dawk tal-PL fl-aħħar elezzjoni tal-Kunsilli lokali fl-2013 (947 vot) sostna mas-sit illum.com.mt ukoll illi kieku l-mozzjoni ta' Azzopardi biex jitneħħa l-mafkar kellha titla' għall- vot hu kien jivvota kontriha. L-awtoritajiet ineħħu l-billboards b'messaġġi favur il-ġustizzja għal Daphne Il-grupp Occupy Justice jakkuża lill-Gvern b'soppressjoni u li juża l-liġi biex isservi lilu Wieħed mill-billboards b'messaġġi favur il-ġustizzja In-nisa li jiffurmaw parti mill-Occupy Justice DAVID Casa, il-Kap tad- Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew għada t-Tnejn se jkun qed imur il-Qorti fejn mistenni li jgħaddi l-evidenza fil-forma tar- rapport tal-FIAU lill- Maġistrat Aaron Bugeja, fid-9a.m. Dan ir-rapport allegatament jimplika li l-Ministru Konrad Mizzi f 'akkużi ta' ħasil ta' flus u allegatament jikkonkludi wkoll li għandhom jibdew proċeduri kriminali kontra Casa. Fi stqarrija l-MEP David Casa qal li huwa għandu fiduċja li l-ġudikatura hija l-aħħar tama għall- poplu Malti, "hekk kif l-istituzzjonijiet kollha l-oħrajn saru portavuċi għall- Gvern. Iktar interessati li jaħbu l-attivitajiet kriminali tal-politiċi li huma 'sidhom', milli jagħmlu xogħolhom," allega fl-istqarrija Casa. Huwa qal li se jkun qed jipprovdi lill-Maġistrat Bugeja b'dak kollu li jaf, nhar it-Tnejn. "Jiena ninsab kunfidenti illi dan se jagħti dak kollu meħtieġ lill-ġudikatura biex tagħmel dak li f 'ċirkostanzi oħrajn suppost isir mill- Pulizija." Casa kompla jinsisti, kif kien għamel f 'Diċembru meta indika li kellu f 'idejh dan ir-rapport ta' 128 paġna, illi li l-FIAU kienet ħbiet dan ir-rapport li allegatament jinkrimina lill-Ministru Konrad Mizzi. Dwar il-Kummissarju tal- Pulizija Lawrence Cutajar Casa qal li issa huwa ċar li dan m'għandu ebda interess illi jidħol "f 'atti kriminali li saru minn dawk viċin il-Prim Ministru. Minkejja l-informazzjoni li kienet fid-dominju pubbliku illi jien għandi din l-informazzjoni, qatt ma sar attentat mill- Kummissarju biex ikollu din l-informazzjoni," sostna Casa." F'konferenza li saret nhar il-Ġimgħa Casa qal li hemm diversi provi li mistennija jinkriminaw lill-Ministru Mizzi, fost dawn hemm dokumenti tal-Bank u dettalji ta' vjaġġar tal-istess Mizzi. Casa qed jisħaq li dan ir-rapport jikxef "il-gideb li għamel il-Ministru Mizzi biex jgħatti xturu u li allegatament jiżvela wkoll dati, figuri, ismijiet u fabrikazzjoniji ta' dokumenti." Casa jgħid li fir-rapport hemm "involut ukoll il-Bank Pilatus. Ir-rapport fih dettalji wkoll tan-negozjati li kien involut fihom Konrad Mizzi u dati fosthom dawk marbutin mal-bejgħ tal-Enemalta," jinsisti Casa. Għada t-Tnejn, David Casa jippreżenta l-evidenza quddiem il-Maġistrat Bugeja David Casa

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 February 2018