Illum previous editions

illum 18 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/943659

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 18 ta' Frar 2018 LALTERNATTIVA Demokratika qed tħeġġeġ biex isir studju fil-fond dwar il-limiti sostenibbli tal-Gżejjer Maltin għax tinsab imħassba li l-konsiderazzjonijiet ekonomiċi "bla rażan" qed inaqqsu l-kwalità tal-ħajja fil-pajjiż. Fi stqarrija, l-AD fakkret f 'dokument maħruġ mill- Assoċjazzjoni ta' Min Iħaddem (MEA), f 'Novembru tal- 2017 u li fih titkellem dwar l-isfidi demografiċi f 'Malta u ssuġġeriet li l-popolazzjoni f 'Malta u Għawdex tista' tiżdied għal 750,000 persuna fi żmien għoxrin sena. Fi kliem iċ-Ċerpersin tal- AD, Carmel Cacopardo u l-Kelliema dwar il-Politika Soċjali, Colette Sciberras, dan it-tbassir huwa allarmanti għax qed jindika l-irduppjar possibbli tal-popolazzjoni Maltija f 'ġenerazzjoni waħda. Għalkemm l-ipoteżi tista' tkun improbabbli, l-AD tisħaq li ma għandha qatt tkun injorata u dawk fit-tmexxija għandhom jippjanaw fit-tul. L-Alternattiva hija mħassba dwar jekk l-ippjanar hux qed jieħu inkonsiderazzjoni l-provvisti tal-ilma u tal- enerġija u kif dawn se jħallqu mad-domanda. Tistaqsi wkoll jekk l-ippjanar hux qed iħares ukoll lejn l-impatt fuq it-traffiku, id-djar, bini u l-infrastruttura, is-saħħa u l-benessri ġenerali. "L-istrateġija dwar l-iżvilupp sostenibbli, li suppost kien ikopri l-perjodu 2007-2016 tħalla fuq l-ixkaffa," saħqet l-AD. Tappella biex tkun assigurata s-sostenibbilità ta' kull qasam, dak ekoloġiku, ekonomiku u soċjali u anke tappoġġja t-talba tal-MEA għal djalogu li jinvolvi l-partijiet kollha. "Il-limitazzjonijiet fiżiċi tal-gżejjer Maltin huma realtà li għandhom iwasslu għal ippjanar ekonomiku fit-tul li jirrispetta l-limiti ekoloġiċi u soċjali raġonevoli tal-pajjiż," saħqet l-Alternattiva. Għalhekk temmet tappella għal studju fil-fond, biex verament il-kwalità tal-ħajja titjieb u mhux jikbru biss il-profitti li jgawdu minnhom il-ftit. VACANCY Office Administrator Job Description: • Office administration duties • Assist the company's director • Taking calls from clients and following up • Market Analysis Requirements: • Good knowledge of Macedonian and Croatian language • Clean Police Conduct •Good command of computer and Office To apply: Send a CV on info@action.com.mt 'Allarmanti' li nilħqu t-tliet kwarti ta' miljun Jiżdiedu l-Maltin li jisseparaw l-iskart imma jonqos ir-riċiklaġġ Fl-2016, l-iskart iġġenerat żdied bi kważi żewġ tunellati MATUL l-2016, it- trattament tal-iskart naqas b'10.5%. Dan seħħ l-aktar minħabba tnaqqis ta' ftit iżjed minn 207 tunellati (42.4%) ta' skart riċiklat, speċjalment dak li joriġina mill-industrija tal- kostruzzjoni u l-iskavar. Madanakollu, l-istess statistika ppubblikata mill- NSO turi li, meta mqabbel mal-2015, żdied b'14.7% l-iskart separat miġbur mid-djar, fosthom il-ħġieġ u dak mormi fil-borża l-griża jew il-ħadra. Mill-banda l-oħra kompla jonqos l-iskart mormi fil-bring-in sites b'4.7%. L-istastika, ibbażata fuq informazzjoni tal-WasteServe Malta u l-Awtorità għall- Ambjent u r-Riżorsi, turi kif l-iskart iġġenerat f 'Malta żdied b'5.7% għal ftit inqas minn żewġ tunellati. Dan l-aktar minħabba ż-żieda ta' 176% fi skart perikoluż. Matul l-istess sena żdied l-iskart li daħal fl-impjant tal- Għallis u anke fl-impjant ta' Sant'Antnin, b'dan tal-aħħar jirreġistra żieda ta' 27.6%. L-istess statistika turi wkoll li matul l-2016, iċ-ċentri għar-rimi ta' skart goff (civic amenity sites) irreġistraw żieda ta' 2,443 tunellata. "II-problema tal-iskart qed tikber u l-immaniġġjar sejjer lura" - PN Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista saħaq li 40% tnaqqis fl-iskart riċiklat juri "n-nuqqas ta' rieda u l-inkompetenza tal-Gvern li jitratta b'mod serju l-qasam ambjentali, inkluż l-immaniġġjar tal-iskart." Kompla jgħid kif minkejja li l-Gvern żied il-ħaddiem fil-Wasteserv "b'mod qawwi," il-problema tal-iskart qed tikber u l-immaniġġjar sejjer lura. "Dan deher ċar fl-impjant tar-riċiklaġġ ta' Sant' Antnin fejn minkejja li rdoppjaw il- ħaddiema dan xorta ħa n-nar darbtejn," saħaq il-Partit Nazzjonalista. Wissa li "l-inkompetenza u n-nuqqas ta' rieda tal- Gvern tista' twassal biex l-engineered landfills jimtlew aktar malajr milli kif oriġinarjament ippjanat." Temm jgħid n-nuqqas ta' rieda se tintuża bħala skuża mill-Gvern biex isir l-inċineratur fl-Għallis.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 February 2018