Illum previous editions

illum 18 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/943659

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 18 ta' Frar 2018 Aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN GHADA www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is- soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 25 30 24 17 79 20 27 56 Royal Pharmacy, 271, Triq ir- Repubblika, Valletta Lister Pharmacy, 678, Triq il-Kbira San Guzepp, Ħamrun Drugshop Dispensary, Vjal De La Cruz, Qormi Brown's Pharmacy, 32, Triq Fleur- de-Lys (previously "Fleur de Lys Pharmacy"), Birkirkara Regal Pharmacy, 39B, Triq Antonio Bosio, Msida San Ġwann Pharmacy, 11, Triq Feliċ Borg, San Ġwann Wales Pharmacy, 183, Triq Manwel Dimech, Sliema M4 Pharmacy, Triq il-Linja, Attard St. Mary Pharmacy, 71, Triq Sir Harry Luke, Mġarr Brown's Pharmacy, 69, Triq George Borg Olivier (previously "Karizia Drugstore"), Mellieħa Tarxien Pharmacy, 59, Triq Ħal Tarxien, Tarxien White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla St. James Pharmacy, 1, Misraħ San Ġakbu, Żabbar St. Catherine Pharmacy, Plot 3, Triq il-Qadi, Żejtun St. Andrew's Pharmacy, 25, Triq Dun Pawl, Luqa Tal-Grazzja Pharmacy, Triq Frangisk Farrugia, Żebbuġ Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Rabat Palm Pharmacy, 2, Triq Palma, Victoria St. Joseph Pharmacy, 28, Pjazza San Ġużepp, Qala Airport Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa L-OGĦLA: 15˚Ċ L-INQAS: 10˚Ċ TEMP: Imsaħħab bix-xita VIŻIBILITÀ: Tajba lokalment moderata fix-xita RIĦ: Nofsinhar forza 4 li jsir Lbiċ forza 3. Billejl isir forza 3 għal 4. BAĦAR: Ħafif lokalment ħafif għal moderat IMBATT: Ftit li xejn li jsir lokalment baxx min-Nofsinhar wara nofsinhar Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 15˚Ċ L-INQAS: 09˚Ċ TEMP: Imsaħħab u bix-xita li jsir ftit imsaħħab VIŻIBILITÀ: Tajba lokalment moderata fix-xita RIĦ: Lbiċ forza 3 għal 4 li jdur Punent Majjistru u jiżdied bilmod għal forza 4 għal 5 lokalment forza 5 għal 6 BAĦAR: Ħafif lokalment ħafif għal moderat li jsir qawwi IMBATT: B Ftit li xejn, lokalment baxx min-Nofsinhar għall-ewwel Dalgħodu tibda t-tieni fażi tal-proġett tal-Marsa DALGĦODU l-kuntrattur se jibda jħejji s-sit, Triq Aldo Moro, għat-tieni fażi tal-proġett tal-Marsa. Il-kuntrattur se jkun qed juża tliet korsiji minn Triq Aldo Moro għada filgħodu bejn is-06:00 u t-08:30. F'dawn il-ħinijiet, it-traffiku se jgħaddi minn korsija waħda. Transport Malta qed tappella lis-sewwieqa biex isuqu bil-galbu, isegwu t-tabelli temporanji u l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali fuq il-post. Fit-tieni fażi tal-proġett, li se tibda fil-ġimgħat li ġejjin, il-kuntrattur se jwessa' parti minn Triq Aldo Moro u se jagħmel xogħol fi Triq il-Gvern Lokali. Matul din il-fażi, il-kuntrattur se jibni wkoll numru ta' kanali għas- servizzi. Din hija fażi oħra importanti fil-proġett tal Marsa Junction, proġett li ser itejjeb bil-kbir l-effiċjenza tal- iktar junction użata f 'pajjiżna. Niġbdu aktar udjenzi lejn l-arti u l-kultura - Sistema tas-smigħ ('hearing loop') imnedija fiċ-Ċinema ta' Spazju Kreattiv SPAZJU Kreattiv nieda Sistema tas-Smigħ (Hearing Loop) ġdida fiċ-Ċinema tiegħu. Issa, membri tal-udjenza li jużaw apparat tas-smigħ jistgħu jaqilbu l-apparat tagħhom fil-pożizzjoni 'T' sabiex jaqbdu mas-sistema. Il-Ministru għall- Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici qal li dan il-pass se jagħmel lill-unika ċinema arthouse f 'Malta aċċessibbli għal udjenzi aktar wiesgħa u li hu f 'konformità mal-Istrateġija 2020 tal- Kunsill Malti għall-Arti, li tagħti prijorità lil kultura aċċessibbli u inklussiva u tappoġġja l-iżvilupp ta' soċjetà inklussiva u attiva. "L-għan ta' dan il-gvern hu li jkollna kultura eqreb u aktar aċċessibbli għall-poplu", kompla jgħid il-Ministru Bonnici. Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis qal li inizjattivi bħall-Hearing Loop System ifissru aċċessibilità għall-persuni neqsin mis-smigħ. Barra minn hekk, il-fatt li Spazju Kreattiv hu aċċessibbli b'siġġu tar-roti, qed tiġi żgurata l-aċċessibilità globali għal avvenimenti kulturali u kreattivi. Anthony Agius Decelis semma li nsibu Hearing Loop System fis-Santwarju Ta' Pinu f 'Għawdex u ħeġġeġ iktar entitajiet biex jersqu 'l quddiem bi proġetti bħal dawn li jippromwovu l-aċċessibilità. Iċ-Ċinema ta' Spazju Kreattiv tospita aktar minn 400 wirja fis-sena u hi l-unika ċinema arthouse f 'Malta li turi films Ewropej u arthouse, kif ukoll rappreżentazzjonijiet mir-Royal Shakespeare Company, min-National Theatre, mill-Met Opera u mill-Bolshoi Ballet. Iċ-ċinema tikkollabora wkoll ma' festivals tal- films internazzjonali u lokali inklużi l-Valletta Film Festival, il-European Cinema Day, il-LUX Prize, l-International Film Festival ta' Rotterdam u hi wkoll membru tan-network Ewropew Europa Cinemas. Is-sistemi tas-smigħ (Hearing Loop) huma meqjusa bħala l-aktar teknoloġiji assistivi disponibbli li huma effettivi u faċli biex jintużaw u li ma jagħtux problemi. Il- hearing loop tibgħat ħoss ċar minn sistema tal-ħsejjes direttament lejn apparat tas- smigħ mingħajr distorsjoni jew ħsejjes tal-isfond. Il-hearing loop m'għandha bżonn l-ebda tagħmir addizzjonali u taqbad mal- apparat tas-smigħ ta' kull utent individwali. Iċ-Chairman tal- Fondazzjoni Kreattività Rupert Cefai qal li riċentament saru diversi xogħlijiet fiċ-ċinema ta' Spazju Kreattiv inklużi s-sistema ġdida ta' loudspeaker 7.1 u l-installazzjoni ta' houselights LED. Hu qal li dawn, flimkien mas-sistema Loop ġdida se jiżguraw li ċ-ċinema tipprovdi lill- udjenza tagħha b'esperjenza mill-aqwa, bi ħsejjes u viżwali eċċellenti kif ukoll b'firxa wiesgħa ta' wirjiet. Għal aktar informazzjoni dwar il-programm taċ- ċinema ta' Spazju Kreattiv żur www.kreattivita.org/en/ venue/cinema/ jew ċempel 21223200. Anzjan jaqa' t-taraġ u jsofri ġrieħi serji ANZJAN ta' 67 sena qed isofri minn ġrieħi serji wara li waqa' t-taraġ fi blokka ta' appartamenti fil-Gżira. L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-siegħa neqsin kwart fi Triq Belvedere. Malli waslu fuq il-post, il-Pulizija sabu lill-anzjan, residenti is- Siġġiewi, mixħut mal-art. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Meter Dei għall-kura. L-investigazzjonijiet tal- Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 February 2018