Illum previous editions

illum 18 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/943659

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

11 Il-Ħadd 18 ta' Frar 2018 | illum Aħbarijiet FTIT passi 'l bogħod mill-bajja tar-Rinella ġewwa l-Kalkara nsibu l-Forti Ricasoli. Forti massiċċ li hu wkoll l-akbar fortifikazzjoni li nsibu ġewwa Malta. Il-kostruzzjoni tal-forti bdiet taħt id-direzzjoni tal-Ordni tal-Kavallieri ta' San Ġwann fl- 1670 u spiċċat fl-1698. Minkejja l-istorja rikka li jiġbor fih ir-Ricasoli, skont is-Segretarju tal- Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara Duncan Brincat,"illum il-ġurnata l-Forti Ricasoli jinsab f 'sitwazzjoni inkwetanti." Mal-ILLUM Brincat sostna li "parti mill-akbar storja li għandha l-Kalkara llum il- ġurnata tinsab f 'post mitluq u prattikament wasal għal rovina totali." Brincat aċċena wkoll dwar l-importanza tal-Forti Ricasoli mhux biss għall-villaġġ pittoresk tal- Kalkara iżda kif ukoll għad- dehra tal-Port il-Kbir. "Il- Forti Ricasoli dejjem kien l-bidu tal-Port il-Kbir," qal Brincat. "Il-persuna, il-baħri jew dak li jkun ġej minn bara minn Malta biex jidħol fil-Port il-Kbir, l-ewwel ħaġa li jara quddiem għajnejh hu l-Forti Ricasoli." "Sinċerament nemmen li kieku kellna nieħdu ħsieb dan il-Forti nemmen li l-Port il-Kbir jieħu dehra ħafna isbaħ milli għandu llum," saħaq Brincat. Il-Kalkariż kompla jispjega l-ħidma tal-Assoċjazzjoni fir-rigward ta' din il- post storiku; "il-Forti Ricasoli hija waħda mill- prijoritajiet kbar li għandna. L-Assoċjazzjoni qed tagħmel pressjoni lill-Gvern sabiex dan il-Forti tibda sejra għall-aħjar," spjega Brincat. Hu kompla jgħid kif fil- futur huma jixtiequ li ssir manutenzjoni u restawr kif jitlob il-bżonn tal-post. "Nemmnu li dan ma jistax isir b'ċertu fondi biss. Dan għaliex il-post huwa kbir ħafna u fih jinsabu diversi binjiet oħra, li għandhom ukoll diversi ħsarat, fosthom id-dar tal-Gvernatur u l-Kappella ta' San Nikola," saħaq Brincat. B'ton ta' allarm Brincat spjega lill- ILLUM kif partijiet mill-Forti Ricasoli diġa huma mitlufin u qatt mhu se jirritornaw fl- istat oriġinarju tagħhom. "B'mod speċjali ċertu swar li jinsabu fuq in-naħa ta' barra tal-port dawk waqgħu. Waqgħu minħabba l-qilla tal-baħar u l-qilla tar-riħ, jiġifieri iġġarrfu bl-elementi naturali. Iżda waqgħu u żgur mhux xi ħaġa sempliċi jew faċli li wieħed jirrestawra," temm jgħid Brincat. Tistgħu ssegwu dokumentarju qasir u l-kummenti ma' Brincat fuq l-illum.com.mt lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Is-segretarju tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara jiżvela s-sitwazzjoni inkwetanti li tinsab fi ha l-akbar fortifi kazzjoni ta' Malta 'Il-Forti Ricasoli hu post mitluq u wasal għar-rovina'

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 February 2018