Illum previous editions

illum 18 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/943659

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 18 ta' Frar 2018 | illum Intervista 13 fil-Parlament Malti mhux f 'dak Ewropew' mediċina jekk iħoss li l-effetti negattivi jistgħu jkunu ikbar mill-benefiċċji. "Niċċara biss illi fil-każ tal-kannabis mediċinali din mhux se tkun riċetta kwalunkwe, li taqbad u tixtriha mill-ispiżerija. Tkun mediċina speċjalizzata li tingħata biss f 'każi partikolari." Huwa jfakkar ukoll illi daqs kemm tabib għandu dritt li ma jippreskrivix din il-mediċina, hekk ukoll il- pazjent għandu kull dritt illi jagħżel it-tabib li jrid. Tajjeb li wieħed isemmi li d-Deputat li xegħel diskussjoni fil-pajjiż u wieħed mill-proponenti oriġinali tal-legalizzazzjoni tal-kannabis mediċinali huwa l-eks Ministru u llum Deputat tal-PD Godfrey Farrugia. 'Għandna full employment... kif m'hawnx pressjoni biex jiżdiedu l-pagi?' Induru fuq il-kwistjoni tal- pagi. Il-Partit Demokratiku se jitkellem u se joffri soluzzjonijiet relatati mal- kwistjoni tal-pagi u kemm dawn qed iservu biex persuna tgħix ħajja diċenti? "Iva, dażgur," jibda jwieġeb mill-ewwel Buttigieg. "Illum qed nitkellmu mhux biss dwar faqar minħabba nies li qed jaħdmu fil-prekarjat, imma wkoll nies li qed jgħixu fil-faqar minkejja li jaħdmu f 'xogħol legali, b'paga 'normali'." Buttigieg jgħid illi b'paga ta' €1,200 fix-xahar, persuna jkollha toħroġ nofs il-paga fi ħlas biex ikollha saqaf fuq rasha. "Għandna full employment, suppost hawn pressjoni biex tiżdied il-paga. Imma x'qed jiġri? Ħafna kumpaniji qed iġibu persuni minn barra l-Unjoni Ewropea biex jiġu jaħdmu pajjiżna. Issa ħa nagħmilha ċara mill- ewwel jiena favur ħafna l-immigrazzjoni." "Imma din," ikompli jispjega Buttigieg, "qed tintuża biex il-pagi jinżammu kif inhuma u ma jkunx hemm prospett ta' żidiet." Fi kliem ieħor Buttigieg spjega illi minkejja li qed jitħallsu skont il-liġi, minħabba li dawn ġejjin minn pajjiżi fejn il-pagi huma ġeneralment ħafna inqas ifisser illi talbiet għal żidiet fil-pagi ma jintlaqgħux għaliex hemm iktar faċilità li jinġiebu ħaddiema minn barra l-UE fejn il-pagi huma ġeneralment baxxi. "Meta tara ċ-ċifri, dawn juru illi l-pagi qed jiżdiedu. Imma vera żdiedu? Jew żdiedu l-ħaddiema u allura l-introjtu jidher li żdied? U l-fatt li l-ispejjeż żdiedu wkoll, qed inpoġġuha fil- kwadru?" Naturalment dan il-punt waħdu jirrikjedi intervista sħiħa, imma l-ħin huwa dak li hu. Allura din il-gazzetta ddur fuq miżura partikolari li propona l-istess partit mhux wisq żmien ilu. Tibni 'l fuq... tħallas Il-PD għamel proposta ta' taxxa fuq dawk li jibnu bini għoli. Mhux ċar jekk il-proposta hija li min jibni ċert ammont ta' sulari għandux ikun marbut li jħallas taxxa li tmur għall- akkomodazzjoni soċjali jew inkella ikunx marbut li joffri persentaġġ mill- appartamenti (dejjem jekk fil-fatt ikunu appartamenti) għall-akkomodazzjoni soċjali. Jista' jispjega aħjar Buttigieg? "Barra minn Malta jużaw iż-żewġ mudelli. Hemm fejn, permezz ta' qbil mal-kunsill, tkun maqbula allokazzjoni ta' appartamenti għall- akkomodazzjoni soċjali. Hemm ukoll l-għażla li min jibni iktar minn ċerti sulari jħallas taxxa li tmur għall- istess għan." Il-PD tkellem dwar din il-proposta ma' organizzazzjonijiet u għaqdiet, fosthom l-iżviluppaturi? Buttigieg jgħid illi din hija proposta waħda minn bosta li fuqhom qed jaħdem il-PD u li fil-futur se jkun qed iressaq lejn il-poplu Malti. Ma jeskludix koalizzjoni mal-AD Finalment, nistaqsi lil Buttigieg għaliex mhux qed jagħmel dan kollu f 'partit li huwa iktar żviluppat u li diġà għandu storja u ammont ta' nies li jappoġġjawh, jiġifieri l-Alternattiva Demokratika? Li wkoll jirrapreżenta dak kollu li jemmen fih Buttigieg... Mill-ewwel Buttigieg jgħid li għandu kull rispett lejn l-Alternattiva Demokratika u jgħid ukoll li fil-passat kien hemm elezzjonijiet illi fihom ivvota lill-AD. "Imma jekk se tibda proġett ġdid, trid tibda paġna kompletament ġdida. Sfortunatament, għalkemm mhux verament hekk, l-AD huwa meqjus minn ħafna bħala partit li jitkellem dwar kwistjoni waħda biss." "Allura kien jagħmel iktar sens li nibdew mill-ġdid, nifformaw idea ġdida u n-nies jifformaw l-opinjoni dwarha." Jeskludi koalizzjoni bejn il-PD u l-AD? "ma nara xejn kontriha... jiena m'jien kontra l-ebda koalizzjoni, ma' ebda partit, basta jkunn partit li jkollu rieda tajba. Ma nara xejn ħażin li nitkellmu mal- AD u naraw kif nistgħu navviċinaw aktar lil xulxin. Qabel nagħmlu dan iżda bħalissa għaddejjin kontinwament nitkellmu man-nies, biex il-partit ikollu identità ċara. B'hekk inkunu nafu eżatt biex sejrin quddiem partiti oħrajn u quddiem il-poplu." Il-ftit li sar s'issa, bi us il-poplu. Bil-€190,000 kuljum li qed tingħata din il-kumpanija minn us il- poplu. Il-VGH ma nvestiet xejn " jiena m'jien kontra l-ebda koalizzjoni, ma' ebda partit, basta jkun partit li jkollu rieda tajba. Ma nara xejn ħażin li nitkellmu mal-AD u naraw kif nistgħu navviċinaw aktar lil xulxin " " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 February 2018