Illum previous editions

illum 18 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/943659

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

15 Il-Ħadd 18 ta' Frar 2018 | illum Aħbarijiet sena qabel il-VGH rebħu t-tender tal-2016 iżda bħalissa qed tiġi xolta. L-indirizz tal-kumpanija huwa 30, Triq Santa Marija Ħal Luqa, iżda kuntatt tagħha ma jeżisti mkien. Sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta spjegaw kif minkejja li t-tagħmir mediku li xtara l-Gvern fl-2013 u fl-2014 kien għadu "fi stat tajjeb," il- kumpanija Technoline LTD tqabbdet minn VGH biex tbiddel ammont minn dan l-apparat. Dan il-punt tqajjem ukoll mis-sit Lovin Malta meta kienet staqsiet lil Ivan Vasallo jekk hux vera li Technoline biegħet 'blood counter' u pprovdiet ieħor minkejja li dan kien ilu li nxtara biss tliet snin. Minkejja dan, Vassallo naqas milli jwieġeb u qal biss li "mhux fil-libertà" li jgħid x'inbiegħ jew le. L-istess sit jistaqsi wkoll lill-istess Vassallo jekk kienx iffinanzjat minn Pierre Sladden, investitur li ismu deher fil-Panama Papers. Skont rapport fuq The Malta Independent, Sladden, Keith Schembri u l-eks direttur maniġerjali tal-Allied Newspapers, Adrian Hillman huma sidien tal- kumpanija Ċiprijotta A2Z Consulta. Filwaqt li saħaq li Sladden huwa ħabib antik tiegħu, jisħaq li ma kellu xejn x'jaqsam max-xiri tal-kumpanija Technoline u l-ftehim bejnha u l-VGH. Mistoqsi wkoll dwar il-kumpanija MMXVI, Vassallo wieġeb li waqqaf din il-kumpanija biex tagħmel xogħol dwar teknoloġija tal-ġenetika iżda qatt ma qabdet u għalhekk qed tiġi xolta. Skont rapport fuq il-Maltatoday f 'Settembru tal-2017 Technoline ħadet erba' 'loans' mill-Bank of Valletta li jammontaw għal €4.25 miljun ewro. Il-ftehim oriġinali, li kien għadda l-isptarijiet lill-Vitals Global Healtcare, kien jorbot lill-kumpanija biex tagħmel investiment ta' €220 miljun f 'sentejn għal-kemm il-Gvern kien qabel li se jżomm il-ħaddiema kollha fuq il-kotba tiegħu. Minkejja dan, għadu mhux magħruf x'xogħlijiet wettqet il-Vitals, b'diversi rap-porti jisħqu li l-kumpanija naqqset mill-miri ewlenin tagħha, bl-Assoċazzjoni Medika Maltija tisħaq li kulma għamlet kienet ħofra kbira f 'Għawdex u kisja fuq faċċata tal-Isptar San Luqa. L-ILLUM għadha wkoll bla risposta mingħand il-Gvern dwar kemm ħadu flus il-Vitals f 'dawn il-21 xahar. Il-ġimgħa li għaddiet, l-istess gazzetta żvelat kif il-kumpanija Għawdxija Gatt Brothers għandhom jieħdu eluf kbar ta' ewro għax-xogħlijiet li wettqu fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex fi żmien il-Vitals Global Healtchare. Nota Editorjali - Kjarifika Gatt Brothers Din il-gazzetta tixtieq tagħmilha ċara li kienet hi li avviċinat lil Gatt Brothers biex tistaqsi għaliex waqaf ix-xogħol fuq il-kostruzzjoni tal-iskola ta' Barts. Ma' din il-gazzetta, f 'kuntatt telefoniku, kien tkellem id-Direttur Joe Gatt. Ikkuntattjati minn direttur ieħor tal-istess kumpanija, din il-gazzetta tixtieq 1. tikkonferma dak kollu li ħareġ fil-gazzetta ILLUM tal-Ħadd li għadda u 2. li tgħaddi l-kummenti tad-direttur l-ieħor li ċempel lil din il-gazzetta u li esprima l-ottimiżmu tiegħu li l-kwistjoni tal-flus li Gatt Brothers għandhom jingħataw tkun riżolta ladarba l-Isptar ta' Għawdex jibda jitmexxa mill-kumpanija Steward Health Care. 1. Meta sar jaf eżatt il-Gvern li Vitals iridu jbigħu? 2. Għalfejn m'għamilx din l-intenzjoni pubblika mill- ewwel? 3. Il-Ministeru/Ministru u l-Gvern jafu fiċ-ċert min huwa s-sid aħħari (UBO) ta' Vitals li wara kollox ħadu proprjetà pubblika? Jekk iva, min hu? 4. Għalfejn il-unions ma ġewx ikkonsultati malli l-intenzjoni ta' Vitals kienet ċara? 5. Kemm ħadu flus Vitals f 'dawn il-21 xahar? Intalbu jagħtu rendikont tal-flus li ħadu qabel jitilqu minn Malta? 6. 7. Veru li biegħna t-tagħmir għal €1 biss? Kif jista' jkun iġġustifikat dan il-prezz? 8. Għalfejn il-Gvern ma talabx li jerġa' jibda l-proċess mill-ġdid fi proċess kompetittiv ta' għażla? 9. Meta ġie ffirmat il-kuntratt, bħala membru tal-Gvern u Ministru, kont aċċertat li l-kumpanija VGH kienet f 'pożizzjoni finanzjarja li twettaq tali proġett? ...Għadhom ma tweġbux Il-ħames tenders maħruġa bejn l-2013 u l-2014

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 February 2018