Illum previous editions

illum 18 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/943659

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 35

illum | Il-Ħadd 18 ta' Frar 2018 22 Opinjoni I an Duncan Smith huwa Politiku Kattoliku prominenti. Kien Ministru fil-gvern ta' David Cameron imma rriżenja għax huwa favur it-tluq tal-Ingilterra mill-Ewropa (Brexit). Huwa l-kap taċ-ċentru għall-Ġustizzja Soċjali, li huwa osservatorju importanti dwar il-familja. It-teżi ta' Duncan Smith hija li hemm rabta mill-qrib bejn il-faqar u t-tkissir tal-familji. Il-fatti ta' Duncan Smith F'kitba tiegħu fil-gazzetta Sunday Times, Duncan Smith ġieb dawn il-fatti:- • 60% tat-tfal Ingliżi li jitwieldu minn ġenituri mhux miżżewġa jġarrbu t-tkissir tal-familja qabel ma jagħlqu t-tlettax-il sena; • Meta l-ministri ta' Cameron fittxew x'qed iwassal għal faqar fost it-tfal, sabu li dawk li jikbru ġo familja mkissra għandhom ċans doppju li jsibu rwieħhom fil-faqar; • Meta jagħlqu 5 snin nofs it-tfal li jgħixu ġo familji fqar ma jkunux qed joqogħdu iżjed biż-żewġ ġenituri li wellduhom, waqt li fost il-familji bi dħul akbar huma biss wieħed minn kull 6 li jġarrbu l-istess tkissir; • Fl-Ingilterra dawk il- ġenituri li jikkoabitaw għax mhux miżżewġa għandhom 94% ċans akbar li jinfirdu qabel ma' wliedhom jagħlqu 12 il- sena; • It-tfal li jsibu rwieħhom f 'dan it-tkissir tal-familji għandhom ferm ikbar ċans li jmorru ħażin fl-iskola, li jaqgħu f 'xi vizzju u jiddependu mill- benefiċċji tal-Istat. Fi kliem ieħor l-istabilità tal-familji qed issir monopolju tal-klassi tan-nofs. Oqsma oħra Barra mit-tfal hemm oqsma oħra li qed iġarrbu l-effetti tat-tkissir tal-familji. Ħabsin li ġejjin minn familji stabbli għandhom ċans akbar ta' riabilitazzjoni u sogru inqas li jerġgħu jduqu l-ħabs minn ħabsin oħrajn. Hu magħruf ukoll li l-għeruq tal-problemi ta' saħħa mentali ħafna drabi qed jinstabu fi ħdan il-familji. Għall-Gvern Ingliż it-tkissir fil-familji qed iqum lill-Kaxxa finanzjarja tal-Ingilterra s-somma ta' iżjed minn 48 elf miljun lira sterlina. Skont Duncan Smith kieku dan jiġri f 'xi qasam ieħor tal-gvern, kieku min jaf kemm jitfasslu pjanijiet urġenti biex isibu tarf tiegħu. Twissija Imma Duncan Smith jagħmel twissija importanti li qed tidwi anke fil-qasam tal-familja hawn Malta; iċ-ċifri juru li l-koabitazzjoni saret l-għamla ta' familja li l-iżjed qed tikber fl-Ingilterra. Bejn l-1996 u l-2012 il-proporzjon ta' tfal taħt l-età fi ħdan familji li jikkoabitaw irdoppja. Waħda minn kull 5 koppji bi tfal taħt l-età qed jikkoabitaw, imma huma n-nofs tal-familji li qed iġarrbu tkissir. Dit-twissija tgħodd għalina hawn Malta wkoll. Jiena sikwit qed niltaqa' ma' nies li jgħiduli li fil-familja tagħhom hemm waħda jew wieħed jew iżjed li qed jgħixu bħala partners. Il-ħassieba tax-xellug U hawn Duncan Smith joħroġ b'akkuża kontra l-ħassieba tax-xellug. Qed jakkużahom li qed jipprattikaw id-drawwa li fid-dokumenti pubbliċi jridu li ma jibqax ikun hemm miktub jekk wieħed jew waħda humiex miżżewġa. U jsemmi b'isimha li Harriet Harman, persuna prominenti tax-Xellug li ħarġet bl-idea li l-politiċi għandhom ikunu ipprojbiti li jitkellmu fuq iż- żwieġ jew fuq il-ħsara li jġib miegħu t-tkissir tal-familja. Araw fejn wasal il- Liberaliżmu. Il-poplu ma jaqbilx Però Duncan Smith iżid jgħid li l-poplu Ingliż mhux jaqbel ma' din l-attitudni. Meta ċ-Ċentru għall-Ġustizzja Soċjali staqsa lil adulti żgħażagħ għaliex qed jaspiraw fil-ġejjieni ta' ħajjithom, tliet kwarti minnhom wieġbu li huma jridu jiżżewġu. U kien hemm maġġoranza li jridu b'saħħa li l-gvernijiet isaħħu l-familja, u 8 minn kull 10 qalu li fil-fehma tagħhom it-tkissir tal-familja kienet problema serja. U 80% tal-ġenituri mill-ifqar familji jidhrilhom li l-gvern għandu jistqarr li l-istabilità hi importanti għat-tfal. U iżjed minn nofs l-ommijiet weħidhom stqarrew li hu importanti għat-tfal li jitrabbew maż-żewġ ġenituri. L-Ingilterra tgħallimna. Ir-rabta bejn il-familja u l-faqar DUN ANG SEYCHELL hemm maġġoranza li jridu b'saħħa li l-gvernijiet isaħħu l-familja, u 8 minn kull 10 qalu li fil-fehma tagħhom it-tkissir tal-familja kienet problema serja Dawk li jikbru f 'familja mkissra għandhom ċans doppju li jsibu rwieħhom fil-faqar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 February 2018