Illum previous editions

illum 18 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/943659

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

illum | Il-Ħadd 18 ta' Frar 2018 24 ILMOD super spettakulari u elaborat ta' kif tiżvolġi l-azzjoni tal-gwerra fid-deżert tal-Afganistan, speċjalment il-bumbardamenti mill- ajru, fi '12 Strong' fakkruni fil-block busters ta' Jerry Bruckheimer. Infatti, ma mortx żmerċ, għax Bruckheimer hu wieħed mill-produtturi ta' dan ix-xogħol. L-Amerika kienet għadha mheżża mill-attakk terroristiku tal-11 ta' Settembru 2001, meta fil-ġranet ta' wara forza speċjali ta' suldati Amerikani, immexxija mill-Kaptan tagħhom, Mitch Nelson (Hemsworth), joffru minn jeddhom li jmorru jiġġieldu lit-Talibani u lill-alleati tagħhom Al Qaeda fl- Afganistan. Dan il-grupp ta' 12-il suldat, imħarrġa għal kull sitwazzjoni diffiċli li tista' tinqala', ħallew lill-familji tagħhom biex, f 'post ta' kundizzjonijiet mill- agħar, jikkonvinċu lill-Ġeneral Abdul Rashid Dostum (Nagahban) jingħaqad magħhom kontra għadu li ma jiħux priġunieri. Din id-darba, l-uniku mezz li setgħu jikkonfrontaw lill-oppożizzjoni krudili hu li jimitaw lis-suldati Afgani rekbin iż-żwiemel. '12 Strong' jirranka b'qawwa tremenda fil-battalji f 'terran aħrax, b'mod enfatiku, b'tattiċi li l-Amerikani mhumiex imdorrijin bihom f 'taqtigħat moderni, qisu xi Western ta' John Ford fejn tidħol is-'7th Cavalry', kontra għadu ta' superjorità numerika. Fl-ispazju fejn kien hemm it-'Twin Towers' jinsab monument ta' tifkira għal dawn l-eroj implakabbli. 12 Strong Phantom Thread Atturi Ewlenin: Chris Hemsworth; Michael Shannon; Michael Pena; Trevante Rhodes; Navid Negahban. Direttur: Nicolai Fugisig. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 132 min. Ċert. 15 WARA li daħal wara l-kwinti fin-negozju tal-iffimjar tal- pornografija f 'Los Angeles f ' 'Boogie Nights' (1997), wara li wriena l-kilba tas-sejbien taż-żejt x'iġġib fil-bniedem f ''There Will Be Blood' (2007, kif ukoll il-ħajja bla direzzjoni taċ-ċerti ndividwi f ''Magnolia' (1999), id-direttur vizzjonarju u sorprendenti Paul Thomas Anderson, ħareġ mill- Istati Uniti u bbaża l-aħħar film tiegħu 'Phantom Thread' f 'Londra ta' wara l-gwerra fid-dinja tal-'alta moda'. Jiddominaw dan in-negozju nsibu lil Reynolds Woodcock (Day-Lewis), mgħejjun tajjeb ferm minn oħtu, Cyril (Manville) tal-famuża House of Woodcock. Reynolds, li libbes personaġġi rjali, atturi tal-palk u ċ-ċinema, nisa tas-soċjetà għolja u oħrajn ta' sbuħija naturali, qatt ma ħalla s-sess femminili jirkbu u baqa' ġuvni, kultant b'xi waħda minnhom takkumpanjah għal xi attività importanti. Meta darba kien qed jiekol f 'ristorant fil-kampanja, tfeġġ waħda, Alma (Krieps) li servietu, tfajla ta' sbuħija delikata, bi tbissima ħelwa però' ta' rieda soda. Hu jistedina biex timmudella għalih u malajr issir l-ispirazzjoni tiegħu u anki l-maħbuba, tant li jiżżewwiġha kontra x-xewqa t'oħtu. Minn hawn, il-ħajja tant imfassla perfetta tiegħu titfarrak bil-kbir. Reynolda u Alma, f 'attentat li jippreżervaw l-imħabba tagħhom, jikkumbattu bejniethom biex jippruvaw jifhmu lil xulxin, waqt li Cyril trid iżżomm l-isem tajjeb ta' House of Woodcock fuq pedestal. Għal darb'oħra, Daniel Day-Lewis, b'parti ntensa bħal dik għall-istess direttur f ''There Will Be Blood', jerġa' jipproġetta persuna ta' wieħed diffiċli li tgħix miegħu u biex tikkontrollah. B'mużika tassew evokattiva ta' Jonny Greenwood li ddaħħlek fl-ispirtu tal-istorja u kostumi eleganti, 'Phantom Thread' jiżvolġi fil-vena ta' film romantiku gotiku.Jidher li fl-aħħar Christian Gray (Dornan) u Anastasia Steele (Johnson) sabu l-armonija perfetta fl-imħabba ta' bejniethom. 'Fifty Shades Freed' jiftaħ biċ-ċerimonja opulenti u lussuża tat-tieġ tagħhom u l-'Honeymoon' mill-aqwa li għaddew fil-bliet tal-Ewropa li jkompli jimla lil din il-koppja żagħżugħa b'fervur kbir romantiku. Ladarba lura fir- rutina tas-soltu, hu ovvju li għadhom imħajrin sewwa għal-logħob erotiku ta' qabel. Ix-xitan ideffes denbu f 'nofshom meta Jack Hyde (Eric Johnson), li kien jaħdem u joħroġ ma' Anastasia u li safa mkeċċi mix- xogħol minħabba aġir mhux xieraq lejha, jinsab mimli sogħba u qed ifittex vendetta. Din id-darba, iż- żewġ protagonisti tassew jiddominaw din il-produzzjoni f 'ambjent ta' lussu u rikkezza, b'xi mumenti ta' azzjoni u vjolenza. Forsi għeluq xieraq ta' saga li verament attrattat maħbubin żgħażagħ. Carmel Bonnici Atturi Ewlenin: Daniel Day-Lewis; Vicky Krieps; Lesley Manville; Brian Gleeson; Gina McKee. Direttur: Paul Thomas Anderson. Maħruġ minn KRS Releasing Tul: 130 min. Ċert. 15 Il-films għal din il-ġimgħa WARA li ġab stejjer veri fuq il-liżar ċinematografiku bħal 'American Sniper' u 'Sully', għat- tielet darba fi żmien mhux twil, id-direttur Clint Eastwood qed jirrakkonta ġrajja oħra tal-passat riċenti bil-film 'The 15:17 To Paris'. Kien fil-lejla tal-21 ta' Awwissu 2015 li tliet żgħażagħ turisti Amerikani kuraġġużi rnexxielhom irażżnu attakk terroristiku fuq ferrovija sejra minn Amsterdam għal Pariġi. B'hekk huma salvaw il- ħajja ta' aktar minn 500 ruħ u anki ġew dekorati mill-gvern Franċiż, billi l-assalt sar fuq din l-art, u wara minn dak Amerikan. Dan il- film jiffoka fuq dawn it-tliet eroj sa minn mindu kienu tfal imqarbin fl-iskola. Meta kibru, tnejn minnhom daħlu fis-servizz. Matul l-andament, f 'xi sekwenzi qosra u mhux spissi, nilmħu partiċelli żgħar ta' dan l-attakk għall-għarrieda sakemm lejn il-final naraw x'ġara tassew. Dawn it-tliet qalbenin, Anthony Sadler, Alek Skarlatos u Spencer Stone jaħdmu l-parti tagħhom stess, bil-film ikun ibbażat minn fuq il-ktieb miktub minn dan it-trio wkoll. Eastwood stess stqarr li jħobb jiffilmja stejjer ta' nies ordinarji li ffaċċjati mill-biża' u periklu iminenti jaġixxu, f 'ħakka t'għajn, b'manjiera straordinarja, kif ukoll li jġib għall- pubbliku ġrajjiet ta' benefiċjenza għalihom. The 15:17 to Paris Atturi Ewlenin: Anthony Sadler; Alek Skarlatos; Spencer Stone; Judy Greer; Jenna Fischer. Direttur: Clint Eastwood. Maħruġ minn KRS Releasing Tul: 94 min. TV/Ċinema

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 February 2018