Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/943659
Il-Ħadd 18 ta' Frar 2018 | illum Sports 27 minn Cristian Antony Muscat Qrendi ..................... 0 Birkirkara ................ 3 BIRKIRKARA kkonvinċew bis-sħiħ u għelbu lil Qrendi bl-iskor ta' 3-0. L-Istripes ħolqu l-ewwel periklu fil-31 minuta meta Cain Attard indirizza cross pinġut lejn Carlos Alberto Da Silva Goncalves Junior li għola tajjeb u permezz ta' daqqa ta' ras tajba mpenja lill-goalkeeper ta' Qrendi, Julian Azzopardi, li salva tajjeb. Huma komplew jattakkaw u żewġ minuti biss wara, freekick fil-baxx ta' Nikola Vukanac ġie devjat minn mal-art minn Julian Azzopardi. Fit-38 minuta, Birkirkara, reġgħu ħolqu l-periklu meta Mislav Andelkovic xeħet kross lejn Waldemar Jesus Acosta Ferreira li kellu x-xutt tiegħu jiġi salvat minn Julian Azzopardi b'siequ biex mir- rebound, Carlos Alberto Da Silva Goncalves Junior kellu d-daqqa ta' ras tiegħu tiġi salvata mill-istess goalkeeper ta' Qrendi, Julian Azzopardi. Birkirkara sabu x-xibka fil-41 minuta meta xutt ta' Nikola Vukanac tkompla għal ġewwa mid-difensur Cain Attard. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, l-Istripes komplew fejn ħallew fl-ewwel taqsima u fis-47 minuta Ognjen Rolovic indirizza cross perikoluż lejn Srdan Dimitrov iżda Julian Azzopardi kien pront u antiċipa l-ballun qabel l-attakkant Serb seta' jagħmel kuntatt mal- ballun. Sitt minuti wara, Birkirkara, irduppjaw l-iskor meta Srdan Dimitrov xeħet corner lejn Nikola Vukanac li għola tajjeb u permezz ta' daqqa preċiża tefa' l-ballun fix- xibka. Birkirkara komplew fuq l-offensiva u fid-69 minuta xutt sabiħ mid-distanza tas-sostitut Jake Grech ġie salvat f 'corner bi bravura minn Julian Azzopardi. Huma ssiġillaw ir-rebħa permezz tat-tielet goal fis-87 minuta meta Edward Herrera fajjar xutt sabiħ minn tarf il-kaxxa, bil- ballun jintemm fix-xibka. Qrendi Azzopardi, Farrugia, Bondin (Abela 78'), Mrvic, Santos Da Hora, Bowman (Agius 58'), Amaira (Zarb 64'), Barbara, Nakamura, Sousa Martins da Silva, Martini Birkirkara Cassar, Herrera, Barbosa Pereira, Andelkovic, Rolovic (Zammit 77'), Vukanac, Da Silva Goncalves Junior (Cassar 87'), Aosta Ferreira, Dimitrov (Grech 60'), Scicluna, Attard Referi Emanuel Grech SPORTSillum Ritratt - Christine Borg EDWARD HERRERA Skorja gowl mill-isbaħ għal Birkirkara f'din il-partita. Huwa plejer ferm importanti ta' Birkirkara. Qabel ingħaqad ma' Birkirkara, kien jilgħab ma' Hibernians. Daniel Mateo Bustos segwit minn Mc Allister Clinch Ritratt - Christine Borg Birkirkara jikkonvinċu u jegħlbu lil Qrendi Ritratt - Dominic Borg Ritratt - www.uefa.com minn Cristian Antony Muscat Valletta ................... 2 Zejtun C ................... 0 VALLETTA għelbu lil Zejtun Corinthians bl- iskor ta' 2-0 biex b'hekk għamluha mal-aħħar erbgħa tal-FA Trophy. Il-Beltin fetħu l-iskor fil-25 minuta meta Michael Mifsud għadda tajjeb lejn Matteo Piciollo li kien antiċipat minn difensur avversarju, bil-ballun jasal għand Kyrian Nwoko li x-xutt fil-baxx tiegħu minn barra l-kaxxa għeleb lill-goalkeeper tal- Corinthians, Dunstan Zarb. Il-Lywhites irduppjaw l-iskor biex issiġillaw ir-rebħa fis-70 miuta permezz ta' daqqa ta' ras tad-difensur Steve Borg wara li rċieva minn freekick mix-xellug ta' Miguel Angel Alba. Valletta Henry Bonello, Steve Borg, Cruz Gill, Mifsud (Muscat 66'), Piciollo (Prosa 67'), Nwoko, Pena Beltre, Zerafa, Rocha dos Santos, Pani, Alba (Fenech 85') Zejtun C. Zarb, Giordimaina, Scozzese, Elhussieny, Tabone, Castano (Sato 33'), Smeir, Farrugia (Sultana 68'), Albanese, Camilleri, Vella (Carabott 39') Referi Philip Farrugia Valletta jegħlbu lil Zejtun C. b'gowl f 'kull taqsima Ognjen Rolovic miżmum minn plejer ta' Qrendi KYRIAN NWOKO Skorja l-ewwel gowl mit- tnejn ta' Valletta. Ingħaqad ma' Valletta mingħand St Andrews matul is-sajf li għadda. Huwa plejer importanti ferm tat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena. Claudio Pani segwit minn plejer ta' Zejtun Corinthians