Illum previous editions

illum 18 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/943659

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 18 ta' Frar 2018 Sports 28 Dele Alli jifraħ wara li skorja l-gowl tant importanti li ta r-rebħa lill-iSpurs. minn Cristian Antony Muscat Lija A. ...................... 1 Balzan ..................... 3 BALZAN kisbu post fis- semi-finali tal-FA Trophy b'rebħa meritata ta' 3-1 fuq Lija Athletic. Huma fetħu l-iskor fl-ewwel periklu li ħolqu fil-11-il minuta meta Carlos Eduardo De Fiori Mendes ra lill- goalkeeper ta' Lija Athletic Jonathan Martinelli isalva parzjalment, bil-ballun jintemm għand Alex Da Paixao Alves li kkonkluda fix-xibka bil-ballun jiġi mxellef mill-captain Daniel Scerri, qabel intemm ġewwa. Balzan komplew jagħfsu u rduppjaw l-iskor tliet minuti biss wara meta Bojan Kaljevic indirizza cross preċiż mix-xellug lejn Uros Ljubomirac li daħal tajjeb mil-lemin u kkonkluda fix-xibka permezz ta' xutt fil-baxx. Lija Athletic wieġbu fil- 45 minuta, biex naqqsu l-marġni tal-iskor permezz ta' freekick dirett ta' Aaron Sammut, bil-goalkeeper Montenegrin Ivan Janjusevic, ma jagħmel l-ebda moviment. Balzan issiġillaw ir-rebħa permezz tat-tielet goal fl-84 minuta meta f 'ħarba tajba Siraj Eddin Arab irċieva l-ballun min-nofs grawnd, avvanza mal-linja leminija, qabel għadda għan-nofs lejn il-Brażiljan Carlos Eduardo de Fiori Mendes, li żmarkat tefa' l-ballun f 'lasta vojta. Lija A. Martinelli, Cassar (Clinch 46'), Muscat (Borg 46'), Scerri, Beu, Sammut, Sammut (Kooh Sona 71'), Sidibe, Vilfor, Schembri, Hirose Balzan Janjusevic, Brincat (Zerafa 69'), Grioli, Ljubomirac, Serrano Valero, Kaljevic (Eddin Arab 55'), Lepovic, Fenech (Attard 89'), Johnson, De Fiori Mendes, Da Paixao Alves Referi Imdrit Myrija (ALB) Ritratt - Christine Borg CARLOS EDUARDO DE FIORI MENDES Skorja gowl mill-isbaħ għal Skorja t-tielet u l-aħħar gowl f'din ir-rebħa ta' Balzan. Qed ikollu staġun mill-aqwa ma' Balzan. Huwa wieħed mill-aqwa plejers barranin li jimmilitaw fil-Kampjonat BOV Premier. Daniel Mateo Bustos segwit minn Mc Allister Clinch Ritratt - Christine Borg Balzan s-semi-nali b'rebħa tajba fuq Lija Athletic Ritratt - Dominic Borg minn Cristian Antony Muscat Hibernians ................. 0 Sliema W ................... 0 (1-4 wara l-għoti tal- penalties) SLIEMA Wanderers eliminaw lil Hibernians mill-FA Trophy biex kienu huma li għamluha mal-aħħar erbgħa ta' din il-kompetizzjoni meta għelbuhom bl-iskor ta' 4-1 wara l-għoti tal-penalties. U dan wara li l-iskor sa wara ngħata l-ħin barrani kien dak ta' mingħajr gowls. B'hekk din kienet daqqa ta' ħarta oħra għall-Pawlisti fi staġun li jista' jiġi meqjus għalihom bħala wieħed ferm diżappuntanti. Hibernians spiċċaw il-partita sa tmiem il-ħin regolamentari bi plejer inqas meta tkeċċa għalihom il-plejer Rodolfo Soares wara li rċieva żewġ karti sofor fil-partita. Rigward l-għoti tal- penalties, Frank Temile skorja l-ewwel wieħed għall-Wanderers iżda Jacskon Lima tefa' barra għall-Pawlisti. Matias Muchardi skorja t-tieni wieħed għall-Blues u Johann Bezzina skorja l-ewwel wieġed għal Hibernians. Fil-penalty ta' wara, Peter Xuereb ma żbaljax għall-Wanderes izda Jorginho għat-tim minn Raħal Ġdid xeħet għoli. Kellu jkun Michele Sansone li skorja r-raba' penalty deċisiv li tefa' lill-Wanderers fis-semi-finali. Hibernians Briffa, Vella, Kreuzriegler, Lima, Soares, Kristensen (Oliveira Neto 65'), Failla, Agius, Mbong (Dias 25'), Pereira da Silva, Gorozia (Bezzina 60') Sliema W. Zammit, Adamovic (Pearson 104'), Temile, Muchardi, Agius (Sansone 83'), Mintoff, Correa, Xuereb, Milinceanu, Shaw, Nortey Ashong (Amehi 79'. Referi Matthew De Gabriele Sliema Wanderers jeliminaw lil Hibernians wara l-għoti tal-penalties MICHELE SANSONE Skorja r-raba' penalty deċisiv li tefa' lill- Wanderers fis-semi- finali. Qed ikollu staġun ferm pożittiv mal-Blues. Huwa wieħed mill- aqwa elementi żgħażagħ fil- Kampjonat BOV Premier.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 February 2018