Illum previous editions

illum 18 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/943659

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 18 ta' Frar 2018 Sports 30 LISTAĠUN 2017/18 beda' fuq nota posittiva għal Swieqi Phoenix Volleyball, hekk kif fil-jiem li għaddew, dan il-klabb irnexxielu jikseb ir-rebħ tal-kampjonat Under 18 għat-tielet sena konsekuttiva. Il-president ta' Phoenix Sports Club Orlando Bonnici spjega kif ir-riżultati miksuba mill-klabb jirriflettu l-implimentazzjoni ta' proġett fit-tul maħsub sabiex timbena bażi soda fil-livell ta' 'nursery'. "Il-filosofija tagħna, hekk kif imwettqa mill-Head Coach Leonard Zammit Munro u t-tim tiegħu, hija li niffokaw l-investiment u l-enerġiji tagħna fuq l-iżvilupp tal-plejers żgħażagħ. Fil-fatt, dawn l-istess plejers huma wkoll il-protagonisti tat-tim li bħalissa qed jieħu sehem fil-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni, u li wara l-ewwel rawnd qed jokkupa l-ewwel post fil- klassifika." Għal aktar informazzjoni dwar in-'nursery' ta' Swieqi Phoenix Volleyball wieħed jista' jikkuntattja lil Phoenix Sports Club fuq 79449359 jew 99473395. Swieqi Phoenix Volleyball jirbħu l-Kampjonat tal-U18 għat-tielet sena konsekuttiva IRROYAL Malta Yacht Club Sailing School ospitat disa u għoxrin baħħara, li jirrapreżentaw għaxar nazzjon, għall-Regatta Internazzjonali għad- dgħajjes Laser. Ir-Regatta kienet il-qofol ta'kamp internazzjonali ta' taħriġ ta'tmint ijiem ospitat mir-Royal Malta Yacht Club Sailing School. Il- parteċipanti ġew mit-Tajpej Ċiniża, il-Finlandja, il-Gran Brittanja, il-Ġermanja, l'Indja, l'Irlanda,l'Italja, Malta, il-Polonja u lis-Svezja. Fost il-baħrin li ħadu sehem kien hemm talent li huwa meqjus tant promettenti li potenzjalment ser jikkwalifikaw għall-Logħob Olimpiku li jmiss f 'Tokjo. Matul il-Regatta, l-ekwipaġġi ħadu sehem fi tlett tlielaq is-Sibt wara nofsinhar u żewġ tlielaq il-Ħadd filgħodu. It-tlielaq saru il-barra mill- Port ta'Marsamxett u t-Tigne Point. Minħabba nuqqas tar-riħ nhar is-Sibt filgħodu kien hemm ftit dewmien sakemm bdew l-ewwel tlielaq izda il-kundizzjonijiet ittejbu kmieni waranofhsinhar. Il- kundizzjonijiet il-Ħadd kienu simili, iżda ix-xemx ħarġet biex tagħti ftit mistrieħ mit- temp griż tas-Sibt. Filwaqt li l-attenzjoni ewlienija tar-Regatta kienet il-Klassi Laser, il-Club stieden ukoll l-ekwipaġġ tal-RS Fevas, li jitħarrġu fi hdan il-Klabb, biex jieħdu sehem u jagħtuhom opportunità tajba biex jiprruvaw il-ħiliet tagħhom. Il-Preżentazzjoni tal- premjijiet saret fir-Royal Malta Yacht Club immedjatament wara l-aħħar tellieqa. Ir- rebbieħa ġew ippreżentati b'ċertifikati u trofej mill- Teżorier tar-Royal Malta Yacht Club u Ufficjal tat-Tellieqa Peter Dimech u il-kowċ tal- RMYC Sailing School Alex Denisuc. "Malta hija kkunsidrata bħala lokalità perfetta għall- ekwipaġġi internazzjonali biex jħarrġu fix-xitwa - fil- fatt l-iskola tagħna rat żieda fl-interess u parteċipazzjoni fil-kampijiet tat-taħriġ lokali. Din ir-Regatta offriet ukoll opportunità sabiex ekwipaġġi lokali jkunu jistgħu jikkompetu ma'baħħara ta' livell għoli f 'ibħra lokali ", ikkummenta l-Ufficjal tat- Tellieqa Peter Dimech. Iktar informazzjoni dwar ir- Royal Malta Yacht Club Sailing School tinsab fuq http://rmyc. org/sailing-school/ Għaxar Nazzjonijiet irappreżentati fil-Laser Regatta Internazzjonali tar-Royal Malta Yacht Club Dgħajsa Laser li ħadet sehem l-Laser Regatta Internazzjonali f 'Malta Ritratt - Royal Malta Yaucht Club It-tim ta' taħt it-18-il sena ta' Swieqi Phoenix Volleyball

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 February 2018