Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/943659
Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 18 ta' Frar 2018 agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham 'L-unika 10 fabbriki vojta huma maqbudin f 'kawżi legali' Hekk kif kompliet tiżvolġi l-kontroversja tal-art fiż-Żejtun proposta biex issir fabbriki, is-CEO tal-MIP Karl Azzopardi jgħid li kuntrarjament għal perċezzjoni, il-fabbriki vojta huma ftit... HEKK kif għadha għaddejja l-kontroversja dwar 120,000 metru kwadru ta' art fil-limiti taż-Żejtun immarkata għall-iżvilupp industrijali, din il-gazzetta tista' tiżvela illi l-Malta Industrial Parks (MIP) għandha biss 10 fabbriki li huma vojta. Għall-mistoqsijiet ta' din il-gazzetta l-Kap Eżekuttiv tal-MIP Karl Azzopardi żvela kif "kuntrarjament għall-impressjoni li tista' qed tingħata l-proprjetajiet industrijali vakanti li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal- MIP huma limitati ħafna. Fil-fatt," ikompli jgħid Azzopradi, "hemm 10 proprjetajiet biss li lkoll huma maqbudin f 'kawżi legali u allura qed jistennew il-proċess tal-Qorti." Dwar dan, Azzopardi jgħid illi l-Gvern irreveda l-leġiżlazzjoni biex iħaffef il-proċess ta' żgombru bl- iskop li jkun hemm aktar effiċjenza. Diversi ambjentalisti, prinċipalment il-Perit Ruben Abela li qed imexxi l-għaqda Wirt iż-Żejtun, qed jargumentaw li ma jistgħux jifhmu kif qed tkun proposta li tittieħed aktar art biex issir fabbriki meta hawn tant fabbriki vojta madwar il-pajjiż. Il-Malta Industrial Parks tirribatti dan il-punt iżda billi tiġbed l-attenzjoni illi apparti li huma ftit dawk il-fabbriki li huma realment vojta, hemm numru ta' fabbriki oħrajn li għalkemm jidhru li huma vojta, fil-fatt qed jistennew li jidħlu fihom kumpaniji ġodda. Dawn il-fabbriki jammontaw għal total ta' 40,000 metru kwadru f 'termini ta' art. Ta' min wieħed jiftakar illi l-MIP tamministra total ta' 2.6 miljun metru kwadru f 'art allokata għall-iżvilupp industrijali madwar il-pajjiż kollu. Fost il-kritiċi tal-iżvilupp fiż-Żejtun kien hemm ukoll min staqsa jekk il-pajjiż għandux bżonn din l-art kollha industrijali. Azzopardi jwieġeb lill-gazzetta ILLUM billi jagħti elenku estensiv ta' kemm ġiet attirata industrija lejn pajjiżna fl-aħħar ħames snin. Huwa jibda jispjega kif fl-aħħar ħames snin (mill- 2013), apparti li n-numru ta' fabbriki u proprjetajiet industrijali vojta naqas b'mod drastiku, kienu approvati ftit inqas minn 500,000 metru kwadru (daqs 70 piċċ tal-futbol) f 'art għal skopijiet ta' żvilupp industrijali. Din l-art kienet tfisser 300 proġett li huma, fil-maġġoranza l-kbira tagħhom, żvilupp ġdid flimkien ma' xi espansjonijiet ukoll. "Dan kollu jeħtieġ jittieħed fil-kuntest tat- tkabbir ekonomiku li qed jesperjenza pajjiżna li wassal biex żdiedu ż-żoni industrijali. Matul dan il- perjodu irnexxielna nattiraw livell bla preċedent ta' investiment li fl-aħħar mill- aħħar se jfisser aktar ħolqien ta' xogħol u benefiċċji oħrajn," sostna Azzopardi ma' din il-gazzetta. Huwa ppreċiża wkoll illi 37 proġett mit-300 għadhom qed jistennew allokazzjoni, b'25,000 metru kwadru ta' art meħtieġa għalihom filwaqt illi jidher li fil- futur immedjat se jkunu kkunsdrati mat-68 proġett. Dawn se jirrikjedu 90,000 metru kwadru ieħor ta' art. Dan allura jgħodd għal 115,000 metru kwadru, jew id-daqs tal-iżvilupp li qed ikun propost li jsir fl- akkwata taż-Żejtun. Proposta biex tkun innegozjata art bil-kuntratt, imma li mhux qed tkun użata Azzopardi tkellem ukoll dwar l-istrateġija 'l quddiem tal-MIP li fissriha f 'numru ta' punti. Fost dawn hemm li l-MIP trid li jkunu użati bl-aħjar mod dawk l-artijiet li huma riżervati għall- iżvilupp industrijali permezz ta' pjanar aħjar. L-MIP qed tara wkoll il-possibilità li tirrevedi operazzjonijiet eżistenti bil-għan illi jkun innegozjat spazju lura lilha biex jerġa jkun rilokat mill-ġdid. Dan ifisser, spjega Azzopardi, illi fejn hemm fabbriki li minħabba raġunijiet diversi m'għadx għandhom bżonn l-ammont ta' spazju li ngħataw meta kien iffirmat il-kuntratt mal-Gvern, jinnegozjaw mal-MIP biex dak l-ispazju jingħata lura. Finalment, l-MIP qed tara wkoll li jkun hemm żvilupp f 'artijiet li huma mmarkati bħala żoni industrijali u li għadhom mhux mittiefsa, basta dejjem ikun aċċertat li kull metru kwadru se jkun "użat b'mod adegwat." Il-kwistjoni tal-art fiż- Żejtun matul din il-ġimgħa kompliet tiġbed l-attenzjoni tal-midja, speċjalment ta' din il-gazzetta li bdiet issegwi l-istorja ta' dan il-grupp ta' bdiewa minn ġimagħtejn ilu. Il-Kunsill Lokali taż- Żejtun esprima lilu nnifsu kontra dan l-iżvilupp u ħabbar li se jkun qed jikteb lill-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Ministru tal- Ambjent u Tibdil fil-Klima Josè Herrera. Il-Partit Nazzjonalista fakkar illi l-iSPED jgħid ċar u tond li "art agrikola tajba għandha tiġi protetta milli tkun żviluppata. Tgħid ukoll li fejn l-iżvilupp ma jistax isir post ieħor għajr f 'postijiet rurali, wieħed għandu jagħżel post li huwa diġà identifikat bħala area of containment, jew li diġà kien żviluppat qabel, jew li diġà għandu bini fuqu u dan filwaqt illi dan l-iżvilupp propost irid itejjeb l-ambjent rurali." "Il-pjan lokali għan- Nofsinhar ta' Malta." ikompli jfakkar il-PN, "jiddikjara li din l-art agrikola hija identifikata bħala art ta' valur agrikolu għoli u tesiġi li qabel kull żvilupp isir l-istudju." Il-PN staqsa jekk sarx dan l-istudju u jekk le, għalfejn. Minn naħa tiegħu l-Partit Laburista sostna illi din l-art ingħatat għall-iżvilupp industrijali lura f 'Diċembru 2009 meta responsabbli mill-Artijiet kien hemm l-istess Jason Azzopardi. Il-PM Muscat bħad- Deputati kollha tal-PL fuq it-Tielet Distrett, nhar il-Ħadd li għadda qal illi l-Gvern qed jipprova jsib il-bilanċ fejn jirrigwarda din il-kwistjoni. L-Alternattiva Demokratika u anke l-Partit Demokratiku qed jappoġġjaw lill-bdiewa, fit- talba tagħhom biex din l-art tkun salvata. (Ara paġna 5 u l-Editorjal)