Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/943659
illum Il-Ħadd 18 ta' Frar 2018 Sports 32 LFISTF International Open ta' Ruma ġie organiżżat fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġewwa Ruma fil- lukanda Sheraton. Dan it- tournament internazzjonali ġie organizzat mill-klabb Taljan, Fiamme Azzurre Roma. Is-Sibt kien hemm il- kompetizzjonijiet ta' timijiet, fejn ħa sehem it-tim Malti Bormla Subbuteo Club li kien kompost minn Mauro Camilleri, Josef Camilleri, Charlie Aquilina, Alberto di Maggio, George Ebejer u żgħir Thomas Ebejer. Bormla Subbuteo Club kellhom tournament tajjeb u waslu sal-kwarti tal-finali meta nqalgħu mit-tim Taljan Fiamme Azzurre Roma. L-istess tim Fiamme Azzurre Roma kienu r-rebbieħa ta' dan it-tournament. Il-Ħadd kien hemm il- kompetizzjonijiet individwali, fejn kien hemm tmien plejers Maltin li kienu qed jipparteċipaw. L-aħjar riżultat miksub kien dak tal- plejer ta' Bormla Subbuteo Club Charlie Aquilina li wasal sal-finali tal-kategorija tal-veterani. Aquilina lagħab il-logħba tal-finali kontra l-plejer Taljan Stefano Flamini li spiċċat bl-iskor ta 2-1 għal Flamini. John Zammit ma rnexxielux jgħaddi mill-gruppi ta' din il-kategorija. Josef Camillleri, Mauro Camilleri, George Ebejer u Melvin Barun ma rnexxielhomx jgħaddu mill- gruppi tal-kategorija Open. Massimo Cremona wasal mal-aħħar 16 tal-kategorija Open fejn inqala' minn Gioswe Esposito bl-iskor ta 2-1. Thomas Ebejer kien ukoll fil-finali tal-premju ta' konsolazzjoni tal-kategorija ta' taħt id-19-il sena għalkemm hu għadu plejer ta' taħt it-12-il sena. Bormla Subbuteo Club l-kwarti tal-nali u Charlie Aquilina l-nali tal-kategorija individwali -International Open ta' Ruma It-tour ta' Malta jingħata l-appoġġ ta' The Cyclist THE Cyclist u l-organizzaturi tat-Tour ta' Malta għadhom kemm ħabbru l-appoġġ li The Cyclist ser jgħati lejn l-edizzjoni ta' din is-sena tat-Tour ta' Malta. Erbgħa u għoxrin senamill-ewwel edizzjoni tat-Tour ta 'Malta, jew it-Tour kif inhu magħruf maċ-ċiklisti Maltin, dan l-avveniment qed jkompli jikber u jiġibed numru kbir ta' ċiklisti internazzjonali. It-Tour se jinqasam f 'erba'stadji, u jibda b'Trial Time fuq it-Triq il-Kosta ta' Baħar iċ- Ċaghaq nhar il-Ħamis 22 ta' Marzu. L-istadji l-oħra se jikkonsistu minn Mass Starts f 'San Pawl il-Baħar, in-Nadur ,Għawdex u ċ-ċirkwit diffiċli ta 'San Martin. Aktar minn ħamsin ċiklisti barranin s'issa rreġistraw, filwaqt li mix- xena lokali l-organizzaturi qed jistennew li jaraw lil-Marie Claire Aquilina (Team Greens), rebbieħa femminili tal-aħħar żewġ edizzjonijiet, biex tipprova tirbaħ it-tielet rebħa konsekuttiva. Huwa mistenni li ċiklisti rġiel bħal Maurice Formosa (The Cyclist), Christian Formosa (The Cyclist) u Etienne Bonello (Team Greens) ikunu qedin jieħdu sehem ukoll. "It-Tour ta 'Malta huwa l-qofol tal-avvenimenti taċ-ċikliżmu f 'Malta - dejjem jattira l-attenzjoni kemm miċ-ċiklisti kif ukoll mid-dilettanti taċ- ċikliżmu li sena wara sena jsegwu t-tellieqa mill-viċin ", spjega Jack Schiavone, Direttur Maniġerjali, The Cyclist. "Huwa ta' pjaċir li nagħtu l-appoġġ tagħna lejn dan l-avveniment u nistennew bil-ħerqa naraw ċikliżmu ta' livell għoli f 'Malta, f 'Marzu". Schiavone huwa wiċċ familjari fiċ-ċirkwit taċ- ċikliżmu Malti. Huwa rrapreżenta lil Malta fil-Logħob tal-Pajjizi ż-Żgħar tal-Ewropa, il- Logħob tal-Meditterran u dawk tal-Commonwealth u huwa wieħed mill- ftit ċiklisti Maltin li akkwistaw il-jersey tat-Tour ta'Malta. Schiavone rebaħ l-avvenimenti tat-Time Trial fl-2004 u fl-2005. "Kieku ma jkunx l-appoġġ ta' kumpaniji bħal The Cyclist, ikun impossibli għall-attiviitajiet bħat- Tour ta 'Malta li jseħħu b'mod ta' kwalita kif ikunu qedin jistennew iċ-ċiklisti li jieħdu sehem. Nirringrazzjaw lill-The Cyclist għall-appoġġ li wera matul is-snin," qal John Zammit, President tal- Malta Cycling Federation. L-24 edizzjoni tat-Tour ta'Malta se ssir bejn it-22 u l-25 ta' Marzu. Massimo Cremona imkien mat-tim Malti f 'Ruma Maurice Formosa fost ċiklisti oħra -azzjoni t-Tour ta' Malta