Illum previous editions

illum 18 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/943659

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 18 ta' Frar 2018 | illum Sports 33 X'qed jinħema mix-xena tal-futbol internazzjonali... MATTEO DARMIAN - Manchester United irrifjutaw offerta ta' Juventus sabiex id-difensur tagħhom Matteo Darmian jingħaqad b'self mal-Bianconeri. Ir-Red Devils lesti Ii jħallu lilll-plejer Taljan jitlaq iżda jixtiequ jbigħuh għal kollox. B'hekk id-diriġenti Juventini ser ikunu qed janalizzaw din l-idea minħabba li mhux sigriet illi l-kowċ Massimiliano Allegri jrid demm ġdid fid-difiża b'mod partikolari matul l-istaġun illi ġej. MICHY BATSHUAYI - L-attakkant ta' Chelsea Michy Batshuayi f'kummenti li ta lill-istazzjon tal-klabb sostna illi l-futur tiegħu mal-Blues jinsab f'idejn Conte. Il-plejer Belġjan issemma' għal diversi drabi illi ser jingħata b'self lil xi klabb hekk kif Conte jixtieq attakkant ieħor li jagħmel koppja tajba ma' Alvaro Morata. Meta ġie mistoqsi għat-tieni darba fejn sejjer, Bayshuayi reġa' tenna illi l-mazz tal-karti huwa kollu f'idejn il- manager Taljan. GUARDIOLA DWAR SANCHEZ - Waqt illi kien qed jitkellem mal-istazzjon Ingliż Sky Sport, il-coach ta' Manchester City Pep Guardiola ammetta illi ma baqgħux jiġru wara Alexis Sanchez minħabba li ma xtaqux jonfqu aktar milli jmisshom. Eventwalment Sanchez ingħaqad ma' ManchesterUnited illi min-naħa tagħhom taw lill-attakkantHenrikhMkhitaryan lil Arsenal bi proċess ta' tpartit. Sanchez għandu salarju ta' madwar 400,000 lira sterlina fil-ġimgħa, salarju li skont Guardiola ma jaffordjawx. Il-kowċ Spanjol sostna illi l-iskwadra ta' 22 plejer tiswa ħafna u huma qegħdin iżommu baġit ristrett almenu sal-aħħar tal-istaġun. MANUEL NEUER - Jekk ikun il-każ illi l-goalkeeper Spanjol ta' Manchester United David De Gea jitlaq lir-Red Devils, dawn tal-aħħar lesti biex jakkwistaw lill-Ġermaniż Manuel Neuer. Il-kowċ tal-United Jose Mourinho jaf illi r-rivali Chelsea mhux ser ibigħu lill-goalkeeper tagħhom Thibaut Courtois filwaqt illi Jan Oblak ta' Atletico Madrid huwa wisq għali bħala prezz. Għalhekk l-għażla tista' taqa' fuq Neuer illi minkejja illi issa għandu 32 sena, għad għandu ħafna x'joffri lid-dinja tal-futbol. MESSI DWAR ASENSIO - L-istilla ta' Barcelona Lionel Messi ħeġġeġ lid-diriġenti tal-club sabiex jikkunsidraw l-akkwist tal-attakkant ta' Real Madrid Marco Asensio. Il-plejer ta' 22 sena huwa kkunsidrat bħala wieħed mit-talenti futuri f 'pajjiżu u l-fatt illi ftit qed jilgħab matul dan l-istaġun tista' tiġih tentazzjoni illi jitlob ċaqliqa mis-Santiago Bernabeu. Messi saħaq illi dan il-plejer jista' jidħol sew fil-pjanijiet tal-kowċ Ernesto Valverde minħabba l-versatilita' tiegħu fil-grawnd. SAMIR NASRI - L-eks plejer ta' Manchester City, Samir Nasri, jinsab ferm viċin illi jitlaq lill-klabb Tork ta' Antalyaspor sabiex jingħaqad ma' club ieħor Ewropew. Imsemmija għalih hemm żewġ timijiet, Benevento tal- Italja u Crystal Palace tal-Ingilterra. Mistennija taqtiegħa ħarxa bejn dawn iż-żewġ timijiet sabiex jakkwistaw il-firma tiegħu għalkemm kritiċi tal-football sostnew illi Nasri jista' jagħżel lil Palace minħabba li diġà kellu esperjenza tal-football Ingliż wara li lagħab kemm mas-Citizens kif ukoll ma' Arsenal. JACK WILSHERE - Il-plejer ta' Arsenal Jack Wilshere jinsab lest biex jiffirma tiġdid fil-kuntratt tiegħu wara negozjati suċċessi li kellu mad-diriġenti tal-Gunners. Il-kowċ Arsene Wenger jikkunsidra lil dan il- midfielder bħala fundamentali fil-futur tat-team u kien għalhekk illi ħajru jżid iż-żmien tiegħu f 'Londra. Wilshere għandu 26 sena u ilu mal-Gunners għal dawn l-aħħar għaxar snin fejn lagħab 117-il partita filwaqt illi skorja seba' goals. minn Cristian Antony Muscat EDEN HAZARD - Id-diriġenti ta' Manchester City qed jevalwaw il-progress tal-Belġjan ta' Chelsea Eden Hazard sabiex eventwalment jippruvaw jakkwistaw is-servizzi tiegħu. Is-Citizens lesti jonfqu €170 miljun sabiex jiksbu l-firma tiegħu. Min-naħa l-oħra anke Real Madrid jinsabu interessati f'Hazard illi qed jimpressjona ħafna f'dawn l-aħħar logħbiet tal-Blues tant illi skorja tmien goals f'20 logħba f'dan l-istaġun. FRED - Manchester City laħqu ftehim ma' Shaktar Donetsk għall-akkwist tal-plejer ta' nofs il-grawnd Fred għas-somma ta' £44.5 miljun. Dan il-midfielder ser jasal fl-Etihad Stadium fil-bidu tas-sajf illi ġej filwaqt illi ser ikompli jsaħħaħ l-iskwadra diġa' qawwija tas-Citizens. Dawn tal-aħħar ippruvaw jġibuh għal Jannar iżda ż-żewġ partijiet ma rnexxielhomx jiftiehmu sabiex issa kollox huwa pospost għal Lulju. w

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 February 2018