Illum previous editions

illum 18 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/943659

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

9 Il-Ħadd 18 ta' Frar 2018 | illum Aħbarijiet Il-President tinsisti li hi qatt ma kellha r-responsabbilità ta' Paqpaqli Marie Louise Coleiro Preca tgħid li hi ltaqgħet mal-organizzaturi ta' Paqpaqli darba biss ILPRESIDENT Marie Louise Coleiro Preca wieġbet għall-kritika li qed issir fil-konfront tagħha dwar ir-responsabbilità tagħha fl-organizzazzjoni tal-attività Paqpaqli għall-Istrina. Dan wara illi l-President Emeritus George Abela f 'każ separat minn dak li fih kienet qed tixhed il-President, qal illi r-responsabbilità ta' din l-attività taqa' kollha fuqu u għalhekk ikkontradixxa xhieda ta' Coleiro Preca li saħqet li r-responsabbilità tal-attività ma kinitx tagħha. Waqt l-edizzjoni ta' Paqpaqli tal-2015, is- sewwieq Paul Bailey kien tilef il-kontroll u baqa' dieħel bil-karozza fil-pubbliku u weġġgħu 23 persuna B'referenza għal dan il- każ, il-President fakkret kif hi kienet irrinunzjat minn jeddha l-immunità Kostituzzjonali tagħha u għażlet li tixhed quddiem il- Qorti biex tippreżenta l-fatti kif tafhom. "Iżda l-Uffiċċju tal- President irid jiċċara serje ta' ineżattezzi dwar l-involviment ta' dan l-uffiċċju f 'din l-attività li m'għandhom x'jaqsmu xejn mal-fatti," sostniet il- President tar-Repubblika. "Hu korrett li jiġi mistqarr li l-attività Paqpaqli għall- Istrina mtellgħa bl-intenzjoni nobbli biex tiġbor fondi għall-Malta Community Chest Fund Foundation bdiet qabel ma l-President inħatret President ta' Malta fl-2014. Iżda l-Uffiċċju tal-President jibqa' jinsisti li ma kellu x'jaqsam xejn mal-organizzazzjoni tal- istess attività u li altru mill- inkoraġġiment biex jkompli jsir il-ġbir, "il-President ma kellha assolutament l-ebda parti fl-organizzazzjoni ta' din l-attività." L-istqarrija tkompli tgħid li l-President iltaqgħet f 'okkażjoni waħda, f 'Lulju 2015, mat-team ta' Paqpaqli għall-Istrina, meta attendiet parti minn laqgħa iżda ma ħadet l-ebda deċiżjoni sostantiva f 'dan ir-rigward. "Lanqas m'assumiet xi rwol organizzativ f 'Paqpaqli għall-Istrina. Kienet tkun irresponsabbilità bħala Kap tal-Istat li tagħmel dan meta ma kellha ebda għarfien u kompetenza teknika fil-karozzi. L-involviment tal-Malta Community Chest Fund Foundation f 'Paqpaqli għall-Istrina kien strettament limitat għal appoġġ amministrattiv u reklamar u biex tkopri l-ispejjeż relatati mal-attività. Kwalunkwe stqarrija b'kuntrarju għal dan hi qarrieqa u tgħawweġ il-verità. "Hu wkoll pertinenti li jiġi mistqarr li f 'April 2015 - sitt xhur qabel l-inċident ta' Paqpaqli għall-Istrina - ittieħed pass importanti biex tinħoloq distinzjoni ċara bejn l-Uffiċċju tal-President u l-Malta Community Chest Fund Foundation," kompliet l-istqarrija. Il-President kompliet tfakkar li din il-bidla radikali fil-Malta Community Chest Fund ġiet riflessa fil-kostituzzjoni tagħha u dan peress li ġiet imwaqqfa formalment bħala fondazzjoni skont il-liġi. B'hekk, effettivament, id-dipendenza tal-Malta Community Chest Fund Foundation fuq il-Kap tal- Istat inbidlet kompletament ir-relazzjoni li qabel kienet teżisti bejn it-tnejn. L-Uffiċċju tal-President afferma mill-ġdid li minn meta seħħ dan l-inċident orribbli, l-oġġettiv ewlieni tiegħu kien li jesprimi solidarjetà mal-vittmi u biex jikkopera mal-awtoritajiet ħalli jiġi assigurat li jiġu stabbiliti l-fatti. Filwaqt li għandhom jiġu ċċarati l-impressjonijiet żbaljati li qamu, l-Uffiċċju tal-President jixtieq ukoll jappella lil kulħadd biex ma jintqalux ineżattezzi u inkorretezzi li ma jservu għal xejn ħlief li jostakolaw il-verità u biex issir ġustizzja vera. Nhar il-Ħamis, fil-Qorti George Abela saħaq li r-responsabbilità ta' kull attività li ssir taħt l-isem tal-MCCF, taqa' fuq spallejn il-President. Spjega li skont l-istatut, id- deċiżjonijiet kienu jittieħdu minn Bord Amministrattiv immexxi mill-President. Skont George Abela, fi żmien meta hu kien President, l-attivitajiet kienu jiġu skrutinizzati minn kumitat ċentrali u għalkemm ma kienx ikun preżenti għal kull laqgħa kien jassigura li jkun infurmat b'dak kollu li jkun qiegħed jiġri. agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Bott żebgħa fuq il-karozza talli ffastidjalu s-sieħba RAĠEL min-Naxxar ingħata l-libertà kkundizzjonata għal 3 snin wara li nstab ħati li waddab żebgħa fuq il-karozza ta' raġel li allegatament kien qed jagħti fastidju lis-sieħba tiegħu. L-Ispettur Jonathan Ransley spjega fil-Qorti li l-akkużat kellu argument mar-raġel li skontu kien qed jagħti fastidju lis-sieħba tiegħu. Aktar tard mela l-karozza ta' dan ir-raġel b'żebgħa bil-kulur u kkawża ħsara konsiderevoli. Ir-raġel kien akkużat li volontarjament kkawża ħsara fuq proprjetà ta' persuna oħra. Huwa wieġeb ħati tal-akkuża miġjuba kontrih. Il-Qorti ordnat li l-ismijiet ma jixxandrux u anke ordnat protezzjoni għall-vittma. Arkivji

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 February 2018