Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/943659
Aħbarijiet 10 illum | Il-Ħadd 18 ta' Frar 2018 Anton Refalo qed jikkunsidra li ma jikkontestax l-elezzjoni ġenerali li jmiss Ikkuntattjat minn din il-gazzetta Refalo la jiċħad u lanqas jikkonferma IDDEĊIŻJONI ta' Muscat li jneħħi lil Refalo minn Ministru ta' Għawdex, tant kienet urtat nies li ftit jiem wara tnediet ukoll petizzjoni onlajn indirizzatta lejn Kastilja bl-għan li l-Prim Ministru jerġa' jikkunsidra d-deċiżjoni tiegħu. Din il-petizzjoni s'issa kienet iffirmata minn 250 persuna biss. Ikkuntatjat mill-gazzetta ILLUM, il-backbencher Laburista, ma ċaħadx la li l-Prim Ministru offrielu dan id-dekasteru u lanqas li hu rrifjutah. "La niċħad u lanqas nikkonferma, ma nixtieqx nagħti kummenti. L-affarijiet li ngħidu jien u l-Prim Ministru jibqgħu bejnietna, dawn mhumiex affarijiet ta' fuq il-gazzetti," saħaq Refalo. Dak iż-żmien, Muscat kien indika li Refalo ried biss ikun fil-kabinett bħala Ministru ta' Għawdex. Apparti minn dan xaharejn biss qabel l-elezzjoni bikrija tal-2017, din il-gazzetta kienet żvelat li r-relazzjoni bejn Refalo u Muscat kienet iggravat ferm. Dakinhar nies li tkellmu mal-ILLUM kienu żvelaw ukoll li l-Ministeru ta' Għawdex kien sar qisu l-ETC. L-istess sorsi żvelaw ukoll li jekk Muscat jibqa' ma joffri l-ebda portafoll li Refalo jqis bħala attraenti, dan se jkun qed jikkunsidra bis-serjetà li ma jikkontestax l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Meta mistoqsi minn din il-gazzetta jekk għandux fil- pjanijiet tiegħu li jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss, Refalo qal "meta tasal l-elezzjoni li jmiss nara, s'issa għadni hemm nivvota u nagħmel parti mill-Partit Laburista." Intant din il-gazzetta staqsiet ukoll lill-eks Ministru jekk hux se jkun qed jikkontesta l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew hekk kif kien irraportat f 'ġurnali oħrajn. Fuq din Refalo kien pront sabiex jassigurana li ma kienx se jikkontesta għall- Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li se jsiru s-sena d-dieħla. Lura fl-2016, meta mistoqsi minn din il- gazzetta jekk iħossux offiż, kieku Muscat ma jerġax jafda f 'idu l-Ministeru ta' Għawdex f 'leġiżlatura oħra, Refalo kien sostna hekk; "nieħu għalija kieku l-proġetti li bdejna jitwaqqfu. Proġetti ta' fejda bħal dak tal-Pjazza ta' Franġisk li għaddej bħalissa. Jiena lil Għawdex inħobbu u se nibqa' naħdem kemm nista' biex nagħmlu aħjar. Twelidt hawn, irrid ngħix hawn, nara lil uliedi jiżżewġu hawn u fl-aħħar irrid imut hawn." lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Xemx wisq sabiħa...u ma konniex neqsin minnha matul Jannar -L-Uffi ċċju Metereoloġiku jikkonferma li x-xahar li għadda kien wieħed xott u b'temperaturi iktar għoljin min-normal JANNAR beda s-sena 2018 b'temperaturi kemxejn ogħla min-normal u 'l fuq minn sitt sigħat ta' xemx aktar milli mistenni f 'dan iż-żmien tas-sena. It-temperatura tal-arja għall-ewwel xahar tas-sena varjat bejn it-temperatura massima għal Jannar ta' 19.2°C u dik l-aktar baxxa ta' 7°C. It-temperatura massima medja ta' 16.9°C qabżet in-norma klimatika b'1.3°C, filwaqt li t-temperatura minima medja kienet 1.6°C ogħla minn dik mistennija ta' 9.9°C. Il-baħar kien aktar sħun ukoll, u żamm temperatura medja tal-wiċċ ta' 16.5°C, meta mqabbla man-norma klimatika ta' 15.8°C. Dawn it-temperaturi ogħla mill- medja kienu akkumpanjati minn total ta' 169.1 siegħa ta' xemx u kopertura medja tas- sħab ta' 4 oktas, li żguraw li l-gżejjer gawdew minn temp xemxi anki f 'nofs listaġun tax-xitwa. Filwaqt li x-xemx ma ħarġet xejn fil-15 ta' Jannar, jumejn wara sirġet għall- massimu tax-xahar ta' 9.3 sigħat. Dan huwa aktar mis-sigħat ta' xemx totali mkejlin f 'ċerti bliet fi Franza fl-ewwel nofs sħiħ tax-xahar ta' Jannar. Filwaqt li l-gżejjer ma kinux neqsin mix-xemx, ix-xita kienet storja oħra. It- total ta' xita li niżel f 'Jannar ammonta għal biss 13.3mm, jiġifieri 79.6mm anqas milli mistenni f 'dan iż-żmien tas-sena. Fil-fatt, ix-xahar kien l-aktar Jannar xott li esperjenzaw il-gżejjer f 'dan l-aħħar deċennju. Kważi nofs it-total ta' xita ta' Jannar – eżattament 6.4mm – kien imkejjel fit- tnax-il jum tax-xahar. F'dan il-jum niżlu wkoll ħalbiet ta' xita bis-silġ. Operazzjoni biex ikun ikkontrollat żejt li ħareġ mill-vapur li inkalja mal-blat ILKUNTRATTUR li ġie mqabbad biex jirkupra l-vapur li hemm inkaljat mal-blat fil-ponta tal-Qawra qiegħed iniżżel fil-baħar apparat biex iżomm iż-żejt li ħareġ mill-basitment Hephaestus iktar kmieni lbieraħ. Uffiċċjali ta' Transport Malta u mill-ERA ilhom jissorveljaw il-bastiment minn mindu inkalja u qegħdin isegwu s-sitwazzjoni mill-qrib. Il- bastiment ma fihx żejt tqil u għaldaqstant m'hemmx riskju veru ta' tniġġiż. L-ilma leħaq xaqq fil-qoxra u ammont ta' diesel antik ħareġ mill-vapur. Għalkemm ir-roqgħa żejt tista' tidher impressjonanti, m'hemmx lok għall-allarm minħabba li ż-żejt se jibqa' fuq wiċċ l-ilma u se jevapora bil-mod. L-erba' metri kubi ta' fjuwil, li ssemmew f 'rapporti oħra, baqgħu mhux mittiefsa. Il- kundizzjonijiet ħżiena tat-temp sfortunatament qed jagħmluha impossibli li l-vapur jiġi irkuprat għalissa, madanakollu jekk it-tbassir tat-temp jibqa' kif inhu, il-kuntrattur mistenni jibda jbattal iż-żjut li hemm fuq il-vapur għada. Il-bastiment Hephaestus, tanker ta' 60 metru rreġistrat fit-Togo, inkalja l-Qawra nhar il-Ħadd minħabba l-maltemp.