www.illum.com.mt
€1.25
NEWSPAPER
POST
15-il sena. Tliet
appuntamenti
elettorali. Id-9 ta'
Marzu
Ara paġni 6 u 7
Għamlu abort
400 mara
Ara paġni 8 u 9
Editorjal | Il-legat ta' Charles... Rebħa ambjentali! Minfl ok se tinbena se ssir ODZ... Il-mara forza ta' bidliet... nisa ta' suċċess
Ara paġna 19
Ara paġni 12 u 13
L-ewwel €1.8
miljun 'fuqna'
Ara paġna 3
Minn Albert Gauci Cunningham
MINKEJJA li l-isptar ta'
Għawdex ingħata lill-Vitals
Global Healthcare fl-2015, fil-
kuntratt li kien iffirmat bejn il-
Gvern u l-istess VGH, il-Gvern
intrabat li jibqa' joħroġ l-ispiża
rikorrenti għall-istess sptar.
Skont il-Baġit imressaq fl-2014
għas-sena 2015, il-Gvern alloka
€1,846,000 għall-'kostruzzjoni
u tagħmir' fl-isptar ta'
Għawdex. Sorsi li tkellmu mal-
ILLUM qalu li dan l-ammont
baqa' joħroġ hekk kif stipulat
fil-kuntratt mal-VGH fl-2016,
liema partijiet minnu kienu
ċċensurati.
Il-partijiet iċċensurati
jinkludu dik illi fiha l-Gvern
qabel li xorta jibqa' joħroġ €1.8
miljun fis-sena u magħhom
iżid persentaġġ li jkun ikopri
l-inflazzjoni.
Dan il-fatt jista' jispjega
aħjar u jikkonferma l-istejjer
li kienu ppubblikati fuq din il-
gazzetta dawn l-aħħar ġimgħat,
primarjament dik li trattat
tender biex jinxtara apparat li
se jintuża fl-Isptar Ġenerali ta'
Għawdex, wara li l-Gvern kien
iffirma l-ftehim mal-VGH.
Aqra aktar f 'paġna 11
Ara paġna 3
Talba biex l-abort ikun dekriminalizzat u
aċċessibbli f 'każi ta' stupru, inċest...
Nr 594 • 11 ta' Marzu 2018