Illum previous editions

illum 11 March 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/952914

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

illum | Il-Ħadd 11 ta' Marzu 2018 Intervista 12 "Aħna mhux se naħarqu affarijiet li jistgħu jiġu rriċiklati" Malta għandha waħda mill-agħar rati ta' riċiklaġġ tal-Unjoni Ewropea (UE) u statistikament din dejjem qiegħda tiggrava. Ir-riċiklaġġ naqas minn 10% fl-2012 għal 6.7% fl-2015. Sal-2020, Malta kellha tnaqqas bin-nofs l-ammont tal-iskart li kien qiegħed jintefa' fil-landfills. Fid-dawl ta' dan kollu staqsejna lill-Ministru Herrera jekk il-pjanijiet tar-riċiklaġġ tal-Gvern fallewx. Herrera kien pront jisħaq li "le l-pjan ma falliex, il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea għandhom żewġ miri speċifiċi. Hemm dawk tal-2020 u tal-2030, fil-każ ta' 2020 bħalissa għaddejja diskussjoni sabiex jiġu estiżi sal-2025 u hemmhekk jerġgħu jiżdiedu l-miri. Aħna qegħdin nibbażaw il-politika tagħna fuq il-mira tat-2030. Lanqas l-UE ma timponi kwoti ta' 80% fuq riċiklaġġ għaliex fl-għerf tagħhom l-UE jafu li din hi diffiċli," spjega l-Ministru. Il-Ministru kompla jitkellem dwar is-sitwazzjoni li skontu ma teżistix f 'pajjiżi oħra tal-UE, "f 'Malta hawn problema li ma teżistix f 'pajjiżi oħra, il- produzzjoni ta' skart ta' ċittadin Malti huwa darba u nofs iktar mill-medja ta' persuna oħra fl-Ewropa. Ir-raġuni hi li l-popolazzjoni tinħadem fuq kemm hawn Maltin, però ma tistax tinsa li f 'Malta jiġu mat- 3.2 miljun turist. Apparti minn hekk aħna m'għandniex reġjuni jew partijiet oħra li nistgħu nużaw biex immexxu l-iskart. Allura l-miri huma iktar diffiċli għalina biex nilħqu," sostna Herrera. Minkejja d-diffikultà li semma hu saħaq li "ma jfissirx li inti ma tippruvax tilħaq dawn il-kwoti, fil-fatt aħna se nkunu qed naħarqu dak l-iskart li mhuwiex riċiklabbli, aħna mhux se naħarqu affarijiet li jistgħu jiġu rriċiklati." Għalhekk skontu "l-inċineratur se jkun parti żgħira minn pjan ħolistiku. L-ewwel ħaġa hi li nżommu l-kampanja edukattiva għaddejja, in-nies jitgħallmu jnaqqsu l-iskart kif ukoll in-nies ikomplu jitgħallmu aktar dwar ir-riċiklaġġ." Il-Ministru qal li qabel ma l-Gvern iddeċida fuq il- pjan tal-inċineratur għamlu analiżi ta' żewġ rapporti li kienu saru fl-2008 u 2014. "Apparti mir-rapporti ħtart tim tekniku li kien jinkludi fih NGOs, esperti tekniċi u nies li huma finanzjarjament kompetenti b'hekk għaqqadna tim kumpless immexxi mill- Kap Eżekuttiv ta' Wasteserv. Dawn bejniethom qablu li l-inċineratur għandu jkopri mal-40% tal-iskart kollu ta'Malta, saħaq Herrera. "Konna kawti u għażilna li ma jkollniex inċineratur kbir ħafna li nispiċċaw insiru għażżenin" Diversi għaqdiet non- governattivi li jsemmgħu leħinhom fuq kwistjonijiet ambjentali bħal fondazzjoni GAIA, isostnu li l-inċineraturi joħolqu kultura fejn in-nies jabbandunaw is-seperazzjoni tal-iskart għaliex li taħraq l-iskart hi aktar faċli. Imma l-inċineratur huwa soluzzjoni ta' malajr? Il- Ministru Herrera qal li "kienu ħafna dawk li saħqu li dan kellu jkun akbar, konna kawti li ma jkollniex inċineratur kbir ħafna li nispiċċaw insiru għażżenin. Stajna ġibna inċineratur u l-iskart kollu jibda jmur hemm," sostna l-Ministru. Hu kompla jgħid kif "il-Ministeru mexxa mod ieħor u se nibqgħu nonoraw l-obbligi ambjentali li għandna kemm tal-UE kif ukoll dawk internazzjonali però se jinfirex il-mod kif niddisponu l-iskart." "Jekk l-inċineratur ma jsirx fil-Magħtab se jkun qed jittieħed ammont ikbar ta' art" L-inċineratur propost se jkun qiegħed jinbena fiż- żona tal-Magħtab. Għalhekk possibilment iċ-ċumnija ta' dan l-inċineratur se tidher mill- akbar żona turistika ta' Malta, Buġibba u l-Qawra. L-ILLUM staqsiet lill- Ministru jekk jaħsibx li din se tipperikola t-turiżmu fiż-żona. "Il-Magħtab hi 'eye sore' wkoll," saħaq Herrera. "Apparti minn hekk l-inċineraturi tal-lum huma avvanzati mhumiex bħal dawk taż-żmien ta' qabel, inbiddlu kemm viżwalment kif ukoll mil-lat ta' inġinerija. Skont Herrera s-sit tal- Magħtab intagħżel għaliex "huwa sit imminat u ikrah. Hemmhekk diġà jeżisti pedament sabiex ikollok operazzjoni ta' inċineratur bħal żona fejn iżomm l-iskart. Apparti minn hekk jekk l-inċineratur ma jsirx hemmhekk se jkun qed jittieħed ammont ikbar ta' art. Tkun iktar għaqlija li jiġi hemmhekk," sostna Herrera. L-aspett viżiv se jkun qiegħed jiġi ikkunsidrat bil-kbir aċċerta Herrera li indika wkoll li ċumnija tista' tiġi moħbija wara l-għolja tal-Magħtab. Ovvjament ma stajniex nitkellmu fuq l-inċineratur u ma nistaqsux fuq il-possibbiltà li l-emmisjonijiet mill-ħruq ta' skart jipperikola l-ħajja taċ-ċittadini Maltin. Fuq din il-Ministru saħaq li huma qed jagħtu importanza kbira sabiex innaqqsu l-emmissjonijiet mill- impjant. "40% tal-investiment se jkun qiegħed ibbażat fuq mekkaniżmi biex jillimitaw l-emissjonijiet," qal Herrera. "Ma qomniex filgħodu u għidna se nibnu inċineratur" Il-ġimgħa l-oħra l-midja tal-Partit Nazzjonalista attakkat il-pjan tal-inċineratur fuq bosta binarji fosthom fuq il-fatt li meta l-amministrazzjoni Nazzjonalista proponiet pjan simili fl-2008, dakinhar il-Partit Laburista, b'mod speċjali il-Kunsill ta' Marsaxlokk li kien ta' maġġoranza Laburista oppona bil-kbir. Staqsejt lill-Ministru jekk din hix u-turn politika tipika tal-klassi politika."Kuntrarjament għall- amministrazzjonijiet oħra, il-mod kif aħna introduċejna l-inċineratur kien iktar kawt, ma qomniex filgħodu u għidna se nibnu inċineratur" saħaq Herrera. Hu kompla jgħid kif, "ħejjejna rapport wara l-ieħor, għamilna kumitat u saħansitra għamilna stedina lill-Partit Nazzjonalista u għalhekk kellna parir professjonali. Apparti minn hekk f 'dak iż-żmien ma kienx hemm daqshekk tagħrif dwar il-kriżi tal-landfills." 50 tomna art kull għaxar snin u l-pjanijiet ta' afforestazzjoni Skont il-Ministru jekk nibqgħu narmu b'din ir-rata, il-landfill preżenti għandha sentejn ħajja. "Jekk nibqgħu narmu ġol-landfills se jkollna bżonn mal-50 tomna art kull 10 snin," sostna l-Ministru b'ton ta' allarm. Mistoqsi minn din il- gazzetta x'sar mill-proġett ta' afforestazzjoni fl-Imtaħleb propju sentejn wara li żvela dan l-ILLUM, il-Ministru saħaq li għalkemm hu daħal fil-kwistjoni tal-afforestazzjoni b'entużjażmu kbir sab problemi li waqqfu x-xogħol. "Kelli ħeġġa kbira biex jimmaterjaliżża l-pjan però hemmhekk iltqajna ma' nies li kellhom titlu ta' art u għalhekk ma stajniex nieħdu l-art. Però se jkun hemm pjanijiet oħra ta' afforestazzjoni fil-futur," saħaq Herrera. Parti kbira miż-żona ta' Bulebel se ssir ODZ Ċertament li waħda mill- kwistjonijiet ambjentali kbar fil-ġimgħat li għaddew kienet dik ta' Bulebel fejn il-proposta ta' bini ta' fabbriki ġodda qajjmet dibattitu nazzjonali, b'saħanistra l-kunsill lokali taż- Żejtun jopponi dan l-iżvilupp. Fuq din il-kwistjoni Herrera sostna li "140 tomna art hi żona kbira ħafna, jien ħassejtni responsabbli f 'din il-kwistjoni u ftaħt diskussjonijiet mal- Ministru tal-Ekonomija Chris Cardona kif ukoll tkellimt mal-Perit Ruben Abela mill-Għaqda Wirt iż-Żejtun." Il-Ministru spjega li "wara li għamilna d-dibattiti, mill- ewwel konna qbilna li 75% taż- żona inkwistjoni fejn għandek ukoll Wied iż-Żrinġ se tiskansa l-iżvilupp u se ssir ODZ." Fuq il-bqija taż-żona, Herrera saħaq li hu għandu "r-riservi tiegħu dwar żvilupp f 'din iż-żona. Għalhekk se jkun qed isir l-ewwel studju mill- ERA ħa naraw x'importanza ekoloġika u storika hemm f 'din iż-żona. Apparti minn dan, il- Ministru qal li din l-art se tkun qed tintuża biss b'cirkustanzi estremi. "Irrid li l-Gvern isir iktar favur l-ambjent f 'din il- leġislatura..." lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter 'Nieħu ġurament fuq is-salib li qatt ma ndħalt Jien ma għamiltx statistiċi kemm daħlu nies hawn żmien George Pullicino u mhux se nagħmilhom, għax nifhem il- politika t'hawn Malta " Taħseb li nieħu pjaċir wara ġurnata xogħol irrid immur nilqa' n-nies, xi wħud biex jiddiskutu kwistjonijiet, oħrajn biex jgħidu li nqabżu fuq xogħol, oħrajn fuq housing soċjali, oħrajn għax mejtin bil- ġuħ u m'għandhomx xogħol " " " Impjiegi fil-Wasteserve mid-distrett tiegħu, l-inċineratur u l-impatt ambjentali, pjanijiet ta' afforestazzjoni li qatt ma seħħew u l-art f 'Bulebel li kienet l-immarkata għall-fabbriki. Il-Ministru Josè Herrera jwieġeb…

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 March 2018