Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/952914
Il-Ħadd 11 ta' Marzu 2018 | illum Intervista 13 ndħalt f 'xi promozzjoni jew f 'xi tender' L-ILLUM staqsiet lill- Ministru jekk jaħsibx li f 'Malta ntlaħaq bilanċ fis-sostenibbilità. Fuq din, b'mod skjett, Herrera sostna li, "irridu nagħmlu iktar sforz biex nilħqu l-bilanċ tas- sostenibbilità." Herrera kompla jgħid kif hu l-ewwel wieħed, irrid li l-Gvern qed issir iktar favur l-ambjent f 'din il-leġislatura. "Għandhom raġun igergeru għaliex l-ambjent hu l-kwalità tal-ħajja. Jien irrid ngħix f 'pajjiż fejn nieħu gost ngħix. Jekk jien fit-triq tiegħi ma nistax norqod bil-lejl bil-bini li tiela' u jekk immur fil-kampanja u ħlief siment ma narax, jekk ma narax siġra waħda, m'għandhiex kwalità tal-ħajja u għalhekk in-nies għandhom raġun igergru," saħaq Herrera. Fuq it-tgergir tal-iżvilupp kontinwu u f 'kull rokna tal-pajjiż, Herrera saħaq li "jien favur l-ambjent però ngħix f 'dinja reali ma ngħix f 'utopja m'iniex tree-hugger. Nagħmel l-almu tiegħi sabiex nisalvagwardja l-ambjent. Sfortunatament Malta żgħira, ma għandniex reġjuni ma nistgħux nagħmlu bħal pajjiżi oħrajn." "Riċentement ġew bl-idea li nagħmel Għawdex kollu 'Unesco World Heritage Site'," kompla jgħid il-Ministru, "però realment l-Għawdxin mhux park iridu però xogħol, ma nistax inwaqqafhom milli jtellgħu xi lukanda." "Għaliex għandek bżonn seba' tomniet għal pompa tal- petrol." Il-Ġermanja, Franza u Gran Brittanja huma tlieta mill-ftit pajjiżi li rċenetement ħabbru li l-karozzi tal-petrol u d-diesel se jkunu pprojbiti. Għalhekk staqsejt lill-Ministru jekk Malta hix se timxi fil-passi ta' dawn il-pajjiżi. Il-Ministru żvela li hu fl-aħħar żmien appunta kumitat li fih involut ukoll delegat mill- Ministeru tat-Transport biex jagħmlu l-istess projbizzjoni. "L-ewwel fażi se tkun li nagħqdu l-materjal kif ukoll se tinfetaħ konsultazzjoni pubblika." Fid-dawl ta' dan, l-ILLUM staqsiet lill-Ministru għaliex jibqgħu joħorġu permessi ġodda għall-pompi tal-petrol ladarba l-użu tagħhom se jonqos fil-futur. "Jien ordnajt lill-ERA sabiex taħdem 'policy' ġdida sabiex f ' temp ta' xahrejn. Irrid nibdilha malajr għaliex jekk xi ħadd jixtri biċċa art illlum bl-għan li jbiddilha f 'pompa tal-petrol ma nistax jien immur għada u nwaqqaf l-iżvilupp," saħaq Herrera. Apparti minn hekk Herrera qal li hu ħass li kellu jintervjeni għaliex il-proposti ta' dan it-tip bdew jakkumulaw. "Għalfejn għandek bżonn seba' tomniet art għal pompa tal-petrol?" "Jien nieħu gost kieku jgħidulna li aħna projbiti milli mmorru fil-każini, titfħu uffiċċju għall-kostitwenti…" Din il-ġimgħa rriżulta minn mistoqsija parlamentari li 30% tal-impjegati kollha li ddaħlu fil-Wasteserv, li hi entità' li taqa' taħt id-dekasteru ta' Herrera, ġew kollha mill-ewwel distrett, id-distrett ta' Herrera. Fuq din hu sostna li "b'kollox impjegajna 133 persuna, 40 minnhom ġew mill-ewwel distrett, kien hemm 80 oħra ġew mill-bqija ta'Malta. Mela tista' toqgħod tgħid ħamsa minn hawn u ħamsa minn hemm." Apparti minn hekk Herrera b'ton assertiv sostna li "nieħu ġurament fuq is-salib li qatt ma indħalt f 'xi promozzjoni u lanqas f 'xi tender. Niffirma tlieta, erba' tenders fil-ġimgħa. La qatt ordnajt xi transfer kemm ilni hawn." Minkejja dan il-Ministru saħaq li hu ma jistax jgħid li ma jiltaqgħax ma kostitwenti. "Jekk ma nagħmilx hekk ma nistax noħroġ għall-elezzjoni, jien ma għamiltx statistiċi kemm daħlu nies hawn fi żmien George Pullicino u mhux se nagħmilhom, għax nifhem il- politika ta hawn Malta." Skont Herrera s-sistema elettorali ta' Malta ġġiegħel il-politiċi jkunu iktar qrib il-konstitwenti tagħhom. "Tagħmilna aktar kunfidenti milli ma' kostitwenti f 'pajjiżi oħra. Għandha n-naħa tajba tagħha għaliex hi iktar demokrattika però fl-istess waqt tagħmilna aktar vulnerabli." U din is-sistema skont Herrera se tibqa' hekk "sakemm il-poplu Malti jimmatura." "Ilha hekk 100 sena f 'Malta. Jekk issir ftehim bejn il- kandidati kollha tat-tliet partiti sabiex jiftehmu li ma jmorrux jagħmlu l-kampanja anzi f 'dak il-perjodu jmorru bil-vapur t'Għawdex Sqallija jien inkun l-ewwel wieħed," sostna Herrera. Hu kompla jgħid kif "jien nieħu gost kieku jgħidulna li aħna projbiti milli mmorru fil-każini, titfħu uffiċju għall-kostitwenti, projbiti milli tagħmlu customer care, iżda inkarigati biss minn statements politiċi. Tkun iktar faċli l-ħajja tagħna. Però n-nies ma jridux dik. Dik li m'għandekx pressjoni min-nies tkun iktar faċli l-ħajja tagħna. Jiffitawk għax huma nqabżu hawn u għax il-Ministru daħħal in-nies hemm.Taħseb li nieħu pjaċir wara ġurnata xogħol irrid immur nilqa' n-nies, xi wħud biex jiddiskutu kwistjonijiet, oħrajn biex jgħidu li nqabżu fuq xogħol, oħrajn fuq housing soċjali, oħrajn għax mejtin bil-ġuħ u m'għandhomx xogħol. Jekk ma tmurx ma titlax fil-parlament tista' tkun professur. Serraħ rasek li mhux gost u għalhekk ħafna nies li jħobbu l-politika ma jidħlux fiha, għax hi iebsa, saħaq Herrera. Għaldaqstant skont Herrera, "ħafna min-nies li jiġu ma jiġux biex jaqbżu lill- ħaddieħor, ħafna minnhom ikollhom problemi ta' personalità u kultant jiġu mill- istrati baxxa. 95% tan-nies li jiġu huma ġenwini, ikollhom bżonn naqra ta' imbuttatura, temm jgħid il-Ministru. Ritratt: James Bianchi