Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/952914
15 Il-Ħadd 11 ta' Marzu 2018 | illum Aħbarijiet Kitba satirika li twasslek biex tifhem li kulħadd l-istess u l-kelb poodle mhux daqstant injorant għax jaf x'inhu għaddej! Ser iħallas Kemm ħadt pjaċir nara lil Adrian Delia jwiegħed lil Saviour Balzan li ser iħallas it-taxxa dalwaqt. U ejja Drian, inti għedt lil Reno Bugeja li ser tħallas dalwaqt f 'Ottubru. Int b'min taħseb qed titnejjek? U ejja jekk m'għandekx flus ma tistax iddur ftit fuq il-mara u tgħidilha biex ittik ftit, jew aħjar ma tistax iddur fuq dak sieħbek dak mejjet bil-ġuħ Georgie Sapiano u forsi jħallsek ta' xi shares? U ejja Drian, try harder. It-tweet ta' Chris Jien lil Chris Fearne nħobbu wkoll tafx, mhux daqs Carmel, oħra eks ta' JPO, imma nħobbu. U nħobb ukoll il-fatt li meta għaddiet il-liġi tal-medicinal cannabis Fearne itweetja li huwa kburi li mexxa din il-liġi hu. Issa bejnietna dan Fearne ma għamel xejn. Bl-ingliż ngħidu Chris did Fuck all. Jiena lil Chris Fearne ngħidlu, isma ikkalma ftit, it-tiġrija għal kap fadlilha ftit u meta niġu għas-si u għan-no ser ikun hemm skeletri mhux ħażin. Sa dakinhar enjoy it. Dak il-ħelu tal-Arriva fjask Lil Manwel Delia tal-Arriva fjask niffansjah wisq. Kemm hu ħelu, kemm inħobbu, apparti li jien dejjem niftakru bum u għażżien. Nixtieq naqsam magħkom mument ħelu mill-passat. Meta kien student tafx. Għax dakinhar l-università niftakar meta kien diġà bżieq, kellu relazzjoni mħarbta mhux ħażin ma' Jacques Rene Zammit dak li jikteb blog li ma jaqrah ħadd. Insomma u niftakar jaħasra dan Zammit kien coeliac. U biex jiċċajta Delia bagħatlu ftira u flixkun birra… ma tafx, ċajta sabiħa hux? A la Austin Gatt! Dak li biex infakkarkom ftit darba niżel minn ajruplan privat ma' xi ħbieb tal-qalb u kif niżel fuq l-aerodrome l-Italja, niżżel l-kużakk u beda jagħmel pipi. Tgħidli I like them these guys, għax diretti u ma għandhomx nejk. Agħmel bħal Michelle u ntefa' fuq il-High Tea Jiena smajt u qrajt li Nicky ta' Drian Delia qed terġa' ddur għal Facebook. Isma' minni Drian kellimha ftit għax ser iddaħħlek f 'xi kazz u ma tkunx tista' toħroġ minnu. Importanti li tispjegalha li kull ħaġa li tgħid tista' tħalli boomerang fuqek. L-aħjar tgħidilha li tagħmel bħal Michelle u tintefa' għal xi high tea jew inkella għal xi għawma. Isma' Drian, jekk tiddeċiedi li tgħum ikkonsulta fuq il-libsa tal-għawm. Ommi ma, mhux tagħmlilna xi waħda. Imbgħad għidli kif il-San Kristofru ser noħorġu minnha. Din hija rokna satirika minn korrispondent speċjali Il-Papa Franġisku u l-ġeneru Minn Dun Ang Seychell L -LGBTQI huwa grupp qawwi ta' 'lobbying' fil-qasam tal-omosesswalità. Kien hu li ta sensiela ta' kotba dwar dan is-suġġett lid-dipartiment tal-Edukazzjoni f 'Malta. Id-Dipartiment aċċetta l-għotja imma sa fejn naf jien ma xerridhomx fl-iskejjel. Ma nafx jekk fost il-kotba hemmx wieħed bl-Ingliż li jismu The Gender Fairy. Dal- ktieb qed jinkwieta ħafna nies fl-Awstralja, li kellhom għalfejn jinkwetaw minħabba l-abbuż sesswali tat-tfal minn membri tal-kleru u edukaturi oħrajn lajċi. Issa qed jinkwetahom il-ktieb The Gender Fairy għax dan qed jgħallem lit-tfal li l-ġeneru maskil jew femminil mhix xi ħaġa li tagħtiha n-natura imma xi ħaġa li jistgħu jagħżluha t-tfal infushom... huma jiddeċiedu jekk iridux jitqiesu bħala subien jew bħala bniet. Fl-Awstralja qed tissawwar koalizzjoni ta' skejjel, imsejħa 'Safe Scools Coalition' li qed jirċievu sussidju mill-gvern federali u minn xi stati tal- Commonwealth Awstraljana, imma l-gvern federali diġà wera l-ħsieb li jaqta' dan is-sussidju. Sorprendenti Il-Lobby LGBQI hu sorprendenti fl-iżvilupp ta' kif jaħsibha. Min-naħa qed jieħu l-pożizzjoni li l-omosesswalità hi żvilupp tan-natura u l-ebda każ tat-trobbija, mhux kif jaħsbu diversi psikologi. Dawn għandhom il-fehma li hu possibbli li omosesswali jinbidel f 'eterosesswali. Għalhekk qed issir pressjoni biex min jipprova ibiddel lil persuna omosesswali f 'persuna eterosesswali jisfa mixli li qed jagħmel att jew proċess illegali, kif diġà seħħ hawn Malta. Min-naħa l-oħra qed jgħidu li l-ġeneru mhux tagħżlu n-natura imma dak li jkun b'deċiżjoni li jieħu jew tieħu. Il-Papa Franġisku. Il-Papa Franġisku għamilha ċara li hu ma jaqbilx ma' din it-teorija. Wera l-ħsieb tiegħu dwar il-ġeneru f 'laqgħa li kellu bil-bibien magħluqa meta żar il-Polonja fl-okkażjoni tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ li kien sar fi Krakovja. X'qal il-Papa? Se ngħidu fi kliemu: "Din hija kolonizazzjoni ideoloġika bl-appoġġ ta' pajjiżi influwenti ħafna u kotba tal-iskola provduti minn persuni u istituzzjonijiet li jagħtu l-flus. L-ewwel u l-aħħar isem ta' din il-kolonizzazzjoni hi l-ġeneru. Qed ngħixu mument fejn tinġieb fix-xejn l-idea tal-bniedem bħala xbiha t'Alla. Illum fl-iskejjel qed jgħallmu dan lit-tfal li kulħadd jista' jagħżel il-ġeneru tiegħu". Il-Papa Benedittu Il-Papa Franġisku żied jgħid lill-isqfijiet Pollakki dwar il-konversazzjonijiet li kellu mal-Papa Emeritus Benedittu XVI. Dakinhar Bendittu qallu: "Din hi l-epoka tad-dnub kontra Alla Ħallieq". U Papa Franġisku kkummenta: "Kemm hu intelliġenti. Alla ħalaq il-bniedem raġel u mara. Alla ħalaq id-dinjja b'dal-mod, u aħna qed nagħmlu bil-maqlub" Il-pedjatri jaqblu Naturalment l-LGBTQI ħadu għalihom. L-ewwel ma wieġbu L-LGBTQI Amerikani, fosthom anke grupp Kattoliku li qal li l-Papa mhux infurmat dwar il-pożizzjoni tal-LGBTQI: "Ħadd ma jagħżel identità ta' ġeneru. Dik jiskopruha. Nies magħrufa bħala transgender jaslu biex jiskopru lilhom infushom fi proċess jixbah lil dak li bih nies lesbjani, omosesswali u bisesswali jiskopru l-orjentament sesswali tagħhom." Hawnhekk qabżu dawk tal-Kulleġġ Amerikan tal- Pedjatri li ħarġu studju bl-isem ta' "L-ideoloġija tal-ġeneru tagħmel ħsara lit-tfal", fejn wissew dwar il-perikli fiżiċi u psikoloġiċi għat-tfal, esposti minn dawk favur it-transġeneru. Min ma jirnexxilux jidentifika ruħu mas-sess bioloġiku jkun jagħti sinjal ta' diżordni psikoloġika li għandu jkun rimedjat, mhux inkoraġġut!" It-tagħlim tal-Knisja dwar dawn il-punti jinsab spjegat tajjeb fil-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika u l-Katekiżmu Youcat huwa gwida siewja ghaż- żgħażagħ. Il-ġbejna speaketh Issa jien ma nafx imma dik li tħobb tgħajjat ġbejna aħjar tmur tagħmel dik li taf tagħmel aħjar tixtri xi proprjetà u tbigħha b'xi prezz għoli. Ilbieraħ fetħet ħalqha biex tgħid li din tal-pensjonijiet saret wara dahar il-partit tagħha u bi ftehim bejn iż-żewġ partiti l-kbar. Ajma ma, din Marlene l-eks ta' JPO insiet li l-partner tagħha Godfrey Farrugia kien whip tal- Partit Laburista u li meta ż-żewġ partiti qablu fuq il- kwistjoni tal-pensjonijiet Godfrey ma qal xejn. Anzi l-oppost. Lil Marlene ngħidulha 'don't worry' kulħadd jinsa, kulħadd ġifa u kulħadd ġbejna. Jekk taraw xi ħaġa interessanti ibagħtuhieli. Jekk taraw lil xi ħadd interessanti ibagħtuli ritratt bil-mowbajl. Ibagħtu lil illum@mediatoday.com.mt isejjaħ … Il-poodle