Illum previous editions

illum 11 March 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/952914

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 31

Il-Ħadd 11 ta' Marzu 2018 | illum 17 17 X i drabi bniedem tagħrfu mill- azzjonijiet ċkejkna tiegħu. Jekk tarah inaddaf wara li jkun inqeda, bejnek u bejn ruħek tinduna li huwa bniedem altruwist. L-egoiżmu jispikka meta jagħmel il-kontra. L-istess tirrealizza x'tip ta' poplu għandna. Mur fit-toroq Maltin u nnota lill-Maltin isuqu. Hemm dawk li jċedu u jsuqu bil-galbu. Għall- kuntrarju, hemm oħrajn, ma jinteresshomx li bis-sewqan tagħhom jistgħu jkunu mezz ta' aċċident fatali. Mill-azzjonijiet ċkejkna tiegħu, tagħraf bniedem, u bl-istess kejl tagħraf azzjoni ta' club, ta' partit, ċentru, ministeru, parroċċa, ta' Gvern. L-iskoperta tal-verità, tinsab fina u ġġibna wiċċ imb wiċċ mar- responsabbiltà li għandna lejn ħaddieħor. Hemm min ikejjel liema biċċa xogħol għandu jagħmel, għall- gwadann tal-voti. Hemm min biex taparsi ħass il-mewt ta' xi ħadd, jidħol ftit qabel it-tqarbin u wara li jitqarben jibqa' ħiereġ 'il barra. L-importanti li rawh il-familjari tal-kadavru. Moħħhom fix-xorti ta' isem tajjeb. Tgħawweġ għalkollox it-tifsira, ta' x'inhu qaddis, basta tidher ħabib intimu tal-familja, biex meta tiġi bżonnhom għall-vot issibhom warajk. Kollox għal għajnejn in-nies. Infieq tal-miljuni, biex għajnejn l-Ewropa tkun fuq il-Belt Kapitali tagħna, imbagħad tiġina bi tqila u jaqlawlek saħħtek biex jagħmillek bankina mfarrka, fl-istess Belt. Sparpaljar ta' flus, biex nidhru sbieħ, u addio mill-bnedmin reqdin barra fil-karozzi. Dil-ġimgħa stess ċemplet omm tibki li bintha u t-tarbija tagħha ta' sentejn qed jorqdu f ' karozza, f ' dil-kesħa. Imma l-importanti li nidhru li pajjiżna jinsab fl-Aqwa Żmien, li pajjiżna jidher fuq in-naħa tat-tiġdid, li pajjiżna qed jinbidel, filwaqt li jibqgħu jżommu dawk is-suriet kollha li jagħmlulek dawn il-ħwejjeġ iż-żgħar impossibbli. Mill-ewwel tintebaħ li dawn huma bnedmin, li fit-tidwir ta' moħħhom, għarfu li n-nies aktar iċapċpilhom jekk taparsi jkollhom ġenn li jkunu differenti, li jidhru li jaħsbu f 'kulħadd, meta fil-verità mhux veru. Jilagħbuha ta' nies li taparsi qalbhom hi miġnuna wara ż-żgħir, wara l-fqir, wara l-emarġinat. Tifhem mill- ewwel li mhumiex għajr ilpup lebsin ta' nagħaġ. M' għandhom l-ebda għerf, u l-kliem li joħroġ minn fommhom hu vojt u battal. L-għalliem vojt u qarrieq jaħdem bis-sħiħ biex iġagħlek tibla' l-gidba tiegħu. Tassew għandu l-kapaċità jidħaq bik! Kollox maħdum u maħsub, kif tabilħaqq għandu l-ħila jqarraq bik. Ikun ħasra għal dak li jemminhom, għax b' hekk is-soċjetà tiddakkar u l-għadd tal-ħsarat ikomplu jikbru u hemm mnejn is-soċjetà timrad. Isiru vittmi tal-gideb u tal-qerq bla ma jindunaw. Hemm oħrajn bla skrupli juruk li taparsi għandhom kollox taħt kontroll dak li fis- sewwa m' għandhom xejn. Moħħhom biss li jidhru fl-aqwa żmien u l-aqwa fl-Ewropa. Moħħhom biss li jwasslu messaġġ li kollox miexi fuq ir-rubini. Kilba bla rażan ħalli jiksbu u jaħtfu dak kollu li jistgħu minn ħalqek, kif ukoll minn ħalq l-imsejkna bnedmin li jaqgħu għall-qerq tagħhom. Mill-azzjonijiet ċkejkna tagħhom tagħrfuhom. Meta bdejt il-ħidma tiegħi bħala Sindku fil-Mosta (Diċembru 2016), kont ċempilt lid- Dipartiment, nafuh bħala tas-Sanità, nistaqsi meta se titlesta rampa fuq wara fiċ-Ċimiterju tal-Mosta. Wara ġimgħa ċempilli saħansitra d-Direttur fejn infurmani li beda l-proċess ta' applikazzjoni mal- Awtorità tal-Ippjanar. Dan wara li kien għamel l-istess bħali is-Sindku ta' qabli, illum l-Onorevoli Edwin Vassallo. Malli daħal fil- Parlament tal-istess sena, il- kollega Vassallo kien staqsa domanda parlamentari dwar din ir-rampa. Dan kien Novembru 2016. It-tweġiba kienet hekk:- "Ninforma lill- Onor. Interpellant li qed isir il-proċess ta' applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar." Sempliċiment rampa. Rampa li mpediet kadavru jindifen f 'post differenti, minħabba li membru mill- familja jgħix fuq wheelchair, u xtaq li jara d-difna ssir. Rampa li mpediet persuna b'diżabbilità milli tinżel iżżur il-fdalijiet ta' ommha ħdejn il-qabar, minħabba li tgħix fuq wheelchair. Rampa li forsi ma tfisser xejn f ' għajnejn il-Gvern, imma f 'għajnejn iż-żgħar tfisser ħafna. Rampa li qed iċċaħħad lil kull min hu fuq wheelchair, jinżel ħdejn il-qabar t' ommu. "Meta ser titlesta din ir-rampa, meta jaqilgħu lil ommi?" qalli b' ton imbikkem xi ħadd ... u bir-raġun! F' nofs Jannar li għadda, fettilli nerġa' nsaqsi lil Viċi Prim Ministru u Ministru tas- Saħħa Chris Fearne meta se titlesta rampa fuq wara taċ- Ċimiterju tal-Mosta, wara żmien twil li ilu jsir dan l-ilment. It-tweġiba tiegħu kienet din: "Ninforma lill- Onor. Interpellant li qed isir il-proċess ta' applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar." Copy and Paste. Mill-azzjonijiet ċkejkna tagħrfuhom. Skaren bħal dawn jgħidulek li huma ġenwieni, filwaqt li kapaċi jibqgħu għaddejjin daqs li kieku xejn mhu xejn. Mhux dejjem faċli tikxef il-qerq ta' dawn it-talin, għaliex kapaċi jużaw kull ħaġa sabiex idawruha favur tagħhom... anzi kapaċi jaqbdu lilek u lil ħaddieħor fin-nases li sawru. Tkelimt fuq sempliċiment rampa. F' pajjiżna hemm stejjer gravi ħafna akbar minn din is-sempliċi rampa. Bl-istess metodu... forsi b' aktar għaqal u b'irfinezza. Il-kumplament se nħallih għalik... Opinjoni IVAN BARTOLO L-importanti li nidhru li pajjiżna jinsab fl-Aqwa Żmien, li pajjiżna jidher fuq in-naħa tat-tiġdid, li pajjiżna qed jinbidel, filwaqt li jibqgħu jżommu dawk is-suriet kollha li jagħmlulek dawn il-ħwejjeġ iż-żgħar impossibbli Mhux dejjem faċli tikxef il-qerq ta' dawn it-talin, għaliex kapaċi jużaw kull ħaġa sabiex idawruha favur tagħhom... anzi kapaċi jaqbdu lilek u lil ħaddieħor fin-nases li sawru. Sempliċiment rampa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 March 2018