Illum previous editions

illum 11 March 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/952914

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 31

19 Il-Ħadd 11 ta' Marzu 2018 | illum Editorjal Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Il-legat ta' Charles... I mutu ħafna nies. Kulħadd iħalli impatt, xi ftit jew wisq. Imma mbagħad hemm min iħalli iktar impatt. Hemm min juża ż-żmien limitat li għandu f 'din id- dinja biex iħalli dinja aħjar milli sabha. Charles Miceli huwa bħal dawn in-nies tal-aħħar. Minflok nagħmlu eloġju iżda se niddedikaw dan l-editorjal biex bħala gazzetta li temmen f 'dak li kien jemmen Charles u li se tibqa' temmen dak li kien jemmen Charles inkomplu ninsistu fuq it-tip ta' politika li dejjem tkellem dwarha hu. L-ewwel nett, f 'ġieħ is- sewwa u fiż-żmien meta d-dinja qed tinħakem minn individwaliżmu sfrenat huwa importanti li dan il-pajjiż u kemm jista' jkun pajjiżi jibqgħu jħaddnu s-sens vera u reali soċjalista; dak li taħseb fil-batut, dak li tibni pajjiż ġust li jwieżen lil min ma jistax, mhux għax ma jridx, imma għax ir-realtajiet sfortunati tal-ħajja hekk kellhom ifissru għal din il-persuna. Huwa importanti li fit- tmun tal-pajjiż ikollna lil min jaħdem iva, biex jiġi l-investiment u jkollna, iva, min jakkomoda lil min għandu ħafna flus fil-but. Imma importanti li min jinsab fit-tmun tal-pajjiż ma jinsa' qatt liż- żgħir u lill-ħaddiem, ma jippermetti qatt l-abbuż u fejn hemm l-abbuż jaċċerta li dan ikun miġġieled. Żviluppi li seħħew fl-aħħar ġimgħat, kemm b'arresti ta' nies li kienu qed iħaddmu cleaners b'mod illegali kif ukoll l-ispezzjoni fis-Suq tal-Belt, fejn instab li kważi nofs il-ħaddiema huma bla ktieb huwa verament inkoraġġanti. Inkoraġġanti, għax turi li min jinsab fit-tmun ta' pajjiżna, minkejja l-akkużi li huwa kapitalist bla ħniena, għadu qiegħed iwieżen lill-ħaddiem. Issa li Charles ġie nieqes, huwa l-mument li l-Gvern jaħdem aktar u jiġġieled aktar l-abbuż, sabiex il- legat ta' Charles permezz tal-Alleanza Kontra l-Faqar tkun dejjiema. Charles għallem il-ħniena u l-wens, meta l-ħniena llum m'għadhiex daqstant moda. Il-ħniena lejn min jinsab il-ħabs u lejn min qabad triq ħażina tad- drogi. Fi kliem ieħor, in-nies li jekk ma jkunux għad-diversi għaqdiet non- governattivi u l-volontarjat ma jsibu wens imkien. Għalhekk se nibqgħu naraw u nħeġġu biex bħala soċjetà nibqgħu nwieżnu billi ngħinu. Billi jkollna mexxejja, bħalma nemmnu li dejjem kellu dan il-pajjiż, li jwieżnu lill-vittmi tad- droga, vittmi tal-vjolenza, dawk li jinsabu l-ħabs u l-vittmi tagħhom ukoll. Miceli iżda se jibqa' mfakkar bħala l-akbar u l-aktar vuċi b'saħħitha għal azzjoni biex ikunu mwieżna dawk li jinsabu f 'kirja privata. Xi kultant ninsew. Imma meta ħadd ma kien qed jitkellem u meta ħadd ma kien qed jinnota Charles kien diġà beda jitkellem, anzi jgħajjat, għan-nom ta' dawk li qed ibatu minħabba kirjiet li mhux għolew, imma splodew fil-prezz. Kienu hu, flimkien ma' diversi persuni oħrajn bħal Johanna Mac Rae, Joe Bartolo, Leonid McKay, Michael Grech, Kurt Xerri, Yana Mintoff u bosta oħrajn li xegħlu l-fjamma li llum waslet biex għandna White Paper, li se titla' quddiem il-kabinett u li nisperaw illi tasal biex tibda tagħti l-assigurazzjoni ta' suq regolat li ma jippermettix abbuż. U finalment Miceli, għallimna l-umiltà. Jiġifieri dak id-don rari illi anke meta tkun taf illi tinsab fin-naħa tas-sewwa, illi anke meta kulħadd jinjorak jew jumiljak tipperservera sakemm tilħaq l-għan tiegħek u li anke meta tkun taf li qed tagħmel id-differenza vera, tibqa' saqajk mal-art. Ma tarax kbir u ma taħsibx li sirt xi alla żgħir. Issa huwa l-mument li dawk kollha li emmnu bis-sħiħ fl-ideali xellugin ta' Charles jingħaqdu aktar minn qatt qabel, biex juru li huma l-vuċi ta' dawk li jemmnu illi soċjetà li tabbanduna lill-iżgħar fost ħutha, hija soċjetà bla fibra, soċjetà fqira fil-morali u mneżża' minn dak kollu li huwa ta' valur. Kemm għallimna mingħajr ma jaf u qatt ammetta u kemm għamilna ħafna aktar determinati Charles biex nibqgħu għaddejjin. Għax raġel, anke jekk m'għandux sold fil-but. Jekk għandu l-prinċipju, għandu kollox! Strieħ fis-sliem Charles. Editur: Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 March 2018