Illum previous editions

illum 11 March 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/952914

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Il-Ħadd 11 ta' Marzu 2018 | illum Sports 25 minn Cristian Antony Muscat Senglea A ................... 0 Floriana ..................... 0 FLORIANA sfaw miżmuma minn Senglea Athletic fi draw diżappuntanti ta' mingħajr gowls. Kien biss fit-42 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta' nota fil-partita minn Floriana, meta xutt min barra l-kaxxa ta' Maurizio Vella ġie salvat mingħajr wisq diffikulta' mill-goalkeeper ta' Senglea Athletic, Matthew Farrugia. Il-Greens reġgħu ħolqu l-periklu fis-60 minuta meta kross insidjuż ta' Sebastian Nayar indirizzat lejn Mario Fontanella, ra lil dan tal- aħħar ma jilħaqx jagħmel kuntatt mal-ballun, bil- ballun jivjaġġa tul il-lasta. Ħames minuti wara, xutt ta' Juninho Babral dejjem għal Floriana ġie devjat u ntemm f 'korner. Senglea Athletic ħolqu l-ewwel periklu fit-72 minuta meta Ivan Paz indirizza kross lejn Volpini li permezz ta' ras minn qagħda angulata tefa' barra. Il-Greens irrispondew fil- 75 minuta permezz ta' xutt minn barra l-kaxxa tas-solitu Juninho Cabral bil-ballun jintemm ferm għoli. Is-Sengleani reġgħu ħolqu l-periklu fit-80 minuta meta Peter Paul Sammut għadda tajjeb lejn Ivan Edgardo Paz b'dan tal-aħħar jittanta xortih permezz ta' xutt minn barra l-kaxxa bil-goalkeeper Niġerjan ta' Floriana Ini Etim Akpan jiġi salvat mingħajr diffikultà. Senglea A. Farrugia, Bondin, Bonnici, Uyi, Azzopardi, Garcia, Vella, Paz, Volpini, TVella (De Sousa Braga 90'), Sammut (Virano 86') Floriana Akpan (Grech 85'), Nayar, Pepe, S. Pisani, Vella, Cabral, J. Pisani, Paolucci (Grima 46'), Cini, Fontanella, Marcelina Referi Fyodor Zammit SPORTSillum IVAN EDGARDO PAZ Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Għalkemm ma rnexxielux isib ix-xibka, kien l-aħjar plejer fil-grawnd. Huwa wieħed mill-aqwa plejers barranin li jimmiltaw fil-Kampjonat BOV Premier. minn Cristian Antony Muscat Sliema W.......................1 St Andrews....................0 SLIEMA Wanderers kisbu rebħa tliet punti prezzjuż meta għelbu lil St Andrews bl-iskor minimu ta' 1-0. Kienu propju l-Wanderers li ħolqu l-ewwel periklu wara biss 50 sekonda, meta Riccardo Calixto Correa Duarte, indirzza cross pinġut lejn Michele Sansone li għola tajjeb u ra d-daqqa ta' ras ċentrali tiegħu tiġi salvata mill-goalkeeper tas-Saints, Matthew Calleja Cremona. St Andrews wieġbu fl-14-il minuta meta Kemar Reid xeħet cross fil-baxx lejn Misael Miranda Gomez li ra t-tentattiv tiegħu jintemm barra mil-lasti tal-goalkeeper tal-Wanderers, Glenn Zammit. Iżda reġa' kien it-team immexxi mill-coach John Buttigieg li reġa' ħoloq il- periklu erba' minuti wara, meta Edmond Agius kompla lejn Mathias Muchardi bix-xutt tiegħu jiġi devjat minn sieħbu Frank Temile, bil-ballun jistampa mal- mimduda, qabel ma d-difiża tas-Saints ikklerjat il-ballun 'il bogħod minn kull periklu. Fil-31 minuta, freekick tal-captain tas-Saints Joseph Farrugia għadda ftit għoli. Il-Wanderers irrispondew disa' minuti wara permezz ta' freekick tal-ispeċjalista Riccardo Calixto Correa Duarte li ġie salvat f 'żewġ tentattivi minn Matthew Calleja Cremona. Fit-42 minuta St Andrews tilfu ċans tad-deheb li jiftħu l-iskor meta xutt mid-distanza ta' Tano Azian stampa mal-mimduda. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, kienu St Andrews li ħolqu l-ewwel periklu meta fid-49 minuta, xutt minn tarf il- kaxxa ta' Kemar Reid għadda ċentimetri barra mil-lasti ta' Glenn Zammit. Huma komplew jattakkaw u fl-54 minuta, daqqa ta' ras tad-difensur Belġjan Jason Vandellanoite wara li rċieva minn corner ta' Joseph Farrugia ġiet salvata minn Glenn Zammit. Sitt minuti wara, xutt fil-baxx minn barra l-kaxxa tas-solitu Kemar Reid dejjem għas-Saints ġie salvat minn mal-art minn Glenn Zammit wara li tar minn tulu fl-art. Iżda l-Wanderers skorjaw il-gowl tar-rebħa fit-73 minuta meta minn azzjoni twila bejn diversi plejers tagħhom, finalment kien Kilan Ameli li tefa' l-ballun fix-xibka. Sliema W. Zammit, Temile, Agius (Ameli 68'), Sansone, Nii Nortey, Bianciardi, Muchardi, Mintoff, Calixto Correa Duarte (Spiteri 83'), Shaw, Qeros St Andrews Calleja Cremona, Borg, Miranda Gomez, Farrugia, Vandelannoite, Gauci, Azian, Atkinson (Walker 64'), Grima, Reid, Blagrove Referi Etienne Mangion Tliet punti prezzjużi għal Sliema Wanderers Ritratt - Christine Borg Ritratt - Dominic Borg Ritratt - Dominic Borg RICCARDO CALIXTO CORREA DUARTE Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Għalkemm ma rnexxielux isib ix-xibka, kien l-aħjar plejer fil- grawnd. Huwa wiħed mill-aqwa plejers barranin li jimmilitaw fil- Kampjonat BOV Premier. Floriana miżmuma minn Senglea Athletic draw ta' mingħajr gowls Dwell għall-ballun bejn Michele Paolucci u plejer ta' Senglea Athletic

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 March 2018