Illum previous editions

illum 11 March 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/952914

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

illum Il-Ħadd 11 ta' Marzu 2018 Sports 26 Dele Alli jifraħ wara li skorja l-gowl tant importanti li ta r-rebħa lill-iSpurs. minn Cristian Antony Muscat Birkirkara ................ 1 Balzan ..................... 3 BALZAN għamlu pass importanti lejn ir-rebħ tal-ewwel titlu storiku meta kkonvinċew bis- sħiħ u għelbu l-isfida ta' Birkirkara bl-iskor ta' 3-1, biex b'hekk taw l-ewwel telfa lill-Istripes wara 10 logħbiet, b'Balzan ilhom xejn inqas minn 20 partita ma joħorġu telliefa. Balzan fetħu l-iskor fl- ewwel azzjoni perikoluża li ħolqu wara 10 minuti meta minn indeċiżjoni fid- difiża ta' Birkirkara, Carlos Eduardo De Fiori Mendes għadda tajjeb lejn Milos Lepovic li mill-viċin tefa' l-ballun fix-xibka. Fid-49 minuta Balzan irduppjaw l-iskor meta Alex Da Paixao Alves indirizza kross preċiż lejn Carlos Eduardo De Fiori Mendes li mill-viċin tefa' l-ballun wara l-goalkeeper tal-Istripes, Kristijan Naumovski. Fl-74 minuta Balzan issiġillaw ir-rebħa permezz tat-tielet gowl meta Justin Grioli xeħet kross fil-baxx lejn l-attakkant internazzjonali Malti Alfred Effiong li minn quddiem Naumovski tefa' ġewwa. Fit-88 minuta Birkirkara skorjaw il-gowl tal-bandiera meta Jake Grech xeħet kross għan-nofs lejn Ryan Scicluna li permezz ta' xutt angolat tefa' l-ballun fix- xibka. Birkirkara Naumovski, Herrera, Barbosa Pereira, Andjelkovic, Zammit, Rolovic (Zammit 83'), Vukanac, Da Silva Goncalves Junior, Dimitrov (Grech 54'), Scicluna, C. Attard (A. Attard 83') Balzan Janjusevic (Mintoff 76'), Ljubomirac, Effiong, Serrano Valero, Fenech, Bozovic (Grioli 63'), Johnson, Bezzina, Da Paixao Alves (Arab Eddin 73'), Lepovic, De Fiori Mendes Referi Trustin Farrugia CARLOS EDUARDO DE FIORI MENDES Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Skorja t-tieni gowl mit-tlieta ta' Balzan f'din il-partita. Huwa wieħed mill-aqwa plejers barranin li jimmilitaw fil-Kampjonat BOV Premier. Balzan jagħmlu pass importanti lejn l-ewwel titlu storiku minn Cristian Antony Muscat Naxxar L ........................1 Hamrun S ......................4 HAMRUN Spartans kellhom wirja mill-aqwa u għelbu lil Naxxar Lions bl- iskor kbir ta' 4-1. Huma fetħu l-iskor wara biss żewġ minuti meta wara li rċieva minn freekick ta' Thiago Espindola de Paula, għola tajjeb Daniel Zerafa u permezz ta' daqqa ta' ras preċiża tefa' l-ballun fix- xibka. Huma komplew jattakkaw u sitt minuti wara rebħu ponalty meta Elhadji Ndoye waqqa' lil Lydon Micallef fil-kaxxa. Mill-11-il metru nkariga ruħu l-istesss Lydon Micallef li tefa' l-ballun fix- xibka. Naxxar Lions naqqsu l-marġni tal-iskor fil-11-il minuta, meta Mark Fenech għeleb lill-goalkeeper tal-Ispartans Jake Galea permezz ta' daqqa ta' ras preċiża. L-Ispartans wieġbu fid- 29 minuta u resqu viċin li jerġgħu jiftħu vantaġġ ta' żewġ goals permezz ta' xutt minn ġol-kaxxa ta' Tiago Souza da Silveira, li iżda kien sfortunat hekk kif il-ballun stampa mal-mimduda. Ħamrun Spartans skorjaw it-tielet gowl fid-89 minuta meta Arthur Faria Machedo indirizza kross preċiż fil- baxx lejn Alex Nilsson li mill-viċin u żmarkat tefa' l-ballun fix-xibka. Dan sabiex l-Ispartans issiġillaw ir-rebħa permezz tar-raba' gowl fil-ħin miżjud permezz ta' xutt mill-ewwel minn ġol- kaxxa tal-eks plejer ta' AC Milan fost oħrajn, Cristian Zaccardo. Naxxar L. Nicht, Santos Henriques Caetano, Souza Duarte Junior, Grech, Micallef, Bonnici, Verissimo Casarotto, Fenech, Oussenyou Ndoye, Balhadj, De Jesus Messias Ħamrun S. Galea, Criaco, Espindola De Paula, Zaccardo, Zerafa, Souza Da Silveira, Faria Machedo (Celotto 90'), Caruana (Galea 72'), L. Micallef (K. Micallef 82'), Camilleri, Nilsson Referi Malcolm Spiteri Erba' gowls u tliet punti għal Ħamrun Spartans LYDON MICALLEF Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Skorja wieħed mill-erba' gowls tal-Ispartans minn penalty. Ingħaqad ma' Ħamrun Spartans mingħand Balzan matul is-sajf li għadda. Ritratt - Mark Zammit Cordina Ritratti - Christine Borg Alex Da Paixao Alves segwit minn Cain Attard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 March 2018