Illum previous editions

illum 11 March 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/952914

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Il-Ħadd 11 ta' Marzu 2018 | illum Sports 27 LISKWADRA nazzjonali ta' Malta Cricket iltaqgħu għall-ewwel kamp tas-sena bi tħejjija għal-logħbiet ta' ħbiberija u tournaments T20 fil-Lussemburgu (Lulju) u fl-Ungerija (Awwissu). Il-kamp sar fil-Marsa Sports Club taħt il-gwida ta' Darren Scott, Kowċ tat- tim nazzjonali tal-cricket. Darren huwa cricketer eks professjonali u England Cricket Board Level 3 Coach. Il-kamp tah l-opportunità ideali biex jaħdem mal- plejers tiegħu b'mod intensiv u kien partikolarment impressjonat bil-livell ta' kompetizzjoni għal postijiet fit-tim ta' Malta. Paul Bradley, Ċermen ta' Malta Cricket, spjega li, "definittivament hemm żieda fil-kwalità tal-iskwadra. Is-seletturi nazzjonali se jkollhom kompitu diffiċli biex jagħżlu l-iskwadra finali għal- Lussemburgu". Frank Spiteri, Viċi-Ċermen ta' Malta Cricket u l-aqwa skorer ta' Malta, jemmen li kamp tat-taħriġ bħal dan kmieni fis-sena huwa ta' vantaġġ konsiderevoli fuq in-nazzjonijiet l-oħrajn. "Fi żmien meta t-timijiet Ewropej l-oħrajn kollha huma limitati għall-cricket ġewwa, aħna l-unika nazzjon tal-cricket fl-Ewropa li jospita logħbiet kompetittivi tal-kampjonat. Dan ifisser li l-plejers tagħna se jkunu mħejjija aħjar għal-logħbiet internazzjonali li ġejjin 'il quddiem". L-iskwadra Maltija għandha l-kamp ta' taħriġ li jmiss għal April, flimkien ma' ħames logħbiet f 'disat ijiem kontra Romiley Cricket Club (Cheshire League - Division 2), Actonians CC (Middlesex Championship - Diviżjoni 1), Harrow School, Grasshoppers CC (Shropshire) u Wraysbury CC (Chilterns Cricket League - Diviżjoni 1). Fit-3 u l-4 t'April, l-Akkademja ta' Malta għandha wkoll tilgħab kontra l-Akkademja David Byas Cricket Academy u Hampshire Academy. L-U17 ser jużaw dawn il-logħob bħala pass ta' progress għall- għażla tat-tim nazzjonali. L-iskwadra ta' Malta Cricket tipprepara għal sena importanti Andrew Naudi (batsman) u Sam Aquilina (wicket-keeper) -azzjoni. Marcus Rashford l-eroj assolut fi r-rebħa ta' Manchester United FLAKTAR partita mistennija ta' tmiem il-ġimgħa, Manchester United ġewwa darhom f 'Old Trafford għelbu lir- rivali eterni ta' Liverpool bl-iskor ta' 2-1 biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Marcus Rashford. Min-naħa l-oħra l-gowl uniku għat-tim minn Anfield wasal minn awto-gowl ta' Eric Bailly fis-66 minuta. Newcastle United ġewwa darhom f 'St James Park għelbu lil Southampton bl-iskor konvinċenti ta' 3-0, bil-gowls għalihom jaslu minn Matt Ritchie u minn doppjetta ta' Kenedy. Everton ġewwa darhom għelbu lil Brighton & Hove Albion bl-iskor minimu ta' 2-0, biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Cenk Tosun fis-76 minuta u min awto-gowl tal-plejer ta' Brighton & Hove Albion, Gaetan Bong fis-60 minuta. Ta' nota huwa l-fatt li t-Toffess fallew penalty mogħti minn Wayne Rooney fit-88 minuta waqt li Brighton & Hove Albion spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il- plejer Anthony Knockaert fit-80 minuta permezz ta' karta ħamra diretta. Leicester City barra minn darhom għelbu lil WBA bl-iskor ta' 4-1 bil-gowls għall-Foxes jaslu minn Jamie Vardy, Riyad Mahrez, Kelechi Iheanacho u Vicente Iborra. Min-naħa l-oħra, kien Jose Salomon Rondon li fetaħ l-iskor għal WBA wara tmien minuti. Burnley barra minn darhom għelbu lil West Ham United bl-iskor ta' 3-0, bit-tliet gowls għalihom jaslu minn Ashley Barnes u minn doppjetta ta' Chris Wood. Huddersfield Town u Swansea City temmew il- konfront ta' bejniethom fi draw ta' mingħajr gowls. RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 10 ta' Marzu Manchester United vs Liverpool 2-1 Everton vs Brighton & Hove Albion 2-0 Huddersfield Town vs Swansea City 0-0 Newcastle United vs Southampton 3-0 West Bromwich Albion vs Leicester City 1-4 West Ham United vs Burnley 0-3 FIXTURES Il-Ħadd 11 ta' Marzu 14:30 Arsenal vs Watford 17:00 AFC Bournemouth vs Tottenham Hotspur It-Tnejn 12 ta' Marzu 21:00 Stoke City vs Manchester City Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 11 ta' Marzu 12:30 Fiorentina vs Benevento 15:00 Bologna vs Atalanta 15:00 Cagliari vs Lazio 15:00 Crotone vs Sampdoria 15:00 Juventus vs Udinese 15:00 Sassuolo vs SPAL 2013 18:00 Genoa vs AC Milan 20:45 Inter vs SSC Napoli Marcus Rashford jifraħ wara wieħed miż- żewġ gowls li skorja għar-Red Devils

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 March 2018