Illum previous editions

illum 11 March 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/952914

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

illum Il-Ħadd 11 ta' Marzu 2018 Sports 28 minn Cristian Antony Muscat ILĠURNATA tas-Sibt 3 ta' Marzu żgur li se tibqa' mniżżla b'ittri tad-deheb fl-annali tal-istorja tal- isport lokali fosthom tal-waterpolo. Dan hekk kif quddiem folla kbira u f 'entużjażmu liema bħalu fil-Pixxina Nazzjonali f 'Tal- Qroqq, it-tim nazzjonali tal-waterpolo ddomina għal kollox lil dak tal-Belarus u għelbu bl-iskor ta' 16-9. Biex ikollha iktar informazzjoni rigward dan kollu, l-ILLUM iltaqgħet mal-coach bravu u ferm ħabrieki ta' dan it-team nazzjonali Karl Izzo li bħal dejjem kien mill-aktar disponibbli u tana iktar dettalji. Huwa saħaq li: "Dawn iż-żewġ logħbiet kontra l-Belarus kienu l-aktar logħbiet importanti għat-tim nazzjonali tal-kbar għal dawn l-aħħar sentejn. Peressli aħna ħadna sehem u spiċċajna fil-15-il post fl- aħħar Kampjonati Ewropej li saru f 'Belgrad f 'Jannar tal-2016 kien dritt tagħna li naslu direttament għas- semi-finali wara li kienu diġà ntlagħbu żewġ gruppi ta' kwalifikazzjoni li wasslu tmien timijiet biex jilagħbu mat-timijiet ikklassifikati mid-disa' sas-16-il post fl-edizzjoni ta' Belgrad li kienu Malta, ir-Rumanija, il- Ġermanja, Franza, l-Olanda, it-Turkija, is-Slovakkja u Georgia. Fil-fatt, dawn it- tmien timijiet kollha rebħu l-isfida doppja tas-semi-finali u għaddew għal Barcelona 2018 - għalhekk f 'Barcelona se jkun hemm l-istess 16-il tim li kien hemm f 'Belgrad. Għall-kuntrarju tal- edizzjoni tal-2016 li kienet saret f 'Jannar għax kienet fl-istess sena tal-Olimpjadi, din l-edizzjoni se ssir fis- sajf li jista' jkun ta' vantaġġ għalina għaliex taqa' f 'nofs il-kampjonat tagħna. Il-preparazzjoni tista' tgħid bdiet f 'Ottubru li għadda meta ħadna sehem fid- development trophy li saret hawn Malta. Kulħadd jaf kif kienet spiċċat il-finali fejn wara wirja eċċellenti tat- tim Malti ġejna pprovokati mill-Iranjani li m'aċċettawx it-telfa u l-logħba ġiet iddikjarata nulla meta aħna kellna vantaġġ ta' żewġ gowls bi 30 sekonda mit-tmiem u b'penalty favurina. Għall-ewwel darba din is-sena ġiet introdotta l-Enemed Cup, u dan bl- għajnuna tal-klabbs biex jgħinu fil-preparazzjoni tat- tim tiegħi għaż-żewġ partiti importatnti kontra l-Belarus. B'hekk il-plejers tiegħi waqfu biss għal ftit ġimgħat u kienu attivi f 'Novembru, Diċembru u Jannar. Din il-kompetizzjoni ġiet fi tmiemha fit-28 ta' Jannar u jien kelli l-ewwel sessjoni ta' taħriġ fid-29 ta' Jannar, jiġifieri l-għada stess. Fil-bidu ta' Jannar skont ir-regoli tal-LEN, jien ġejt mistoqsi biex nissottometti lista ta' 20 plejer li minnhom biss jien stajt nagħżel l-aħħar 13-il plejer għall-partiti ta' kwalifikazzjoni. Il lista tal-20 plejer kienet din: Jerome Gabarretta, Nicholas Bugelli, Zac Mizzi, Michael Spiteri Staines, Aurelien Cousin, Niki Paris, Stevie Camilleri, Jordan Camilleri, Alan Borg Cole, Miguel Zammit, Jeremy Abela, Matthew Zammit, Dino Zammit, Andreas Galea, Ben Plumpton, Jake Tanti, Darren Zammit, Niki Grixti, Jacob Sciberras u Edward Aquilina. Jiena flimkien ma' Anthony Farrugia, l-assistent tiegħi ddeċidejna li ngħajtu mill- ewwel 13-il plejer li kienu ħa jkunu fl-iskwadra li kienet ħa tivvjaġġa kemm fil-parteċipazzjoni tal-Euro Cup li saret fi Split, kif ukoll fil-loghba away kontra l-Belarus. Ta' min jgħid li l-uniku plejer li m'aċċettax li jkun parti minn dan it-tim għal raġunijiet ta' xogħol kien Jerome Gabarretta li huwa għażla awtomatika fit-tim tiegħi. Ta' min jgħid ukoll li ħames plejers minn dawn l-20 plejer jilagħbu barra minn Malta u dawn huma Stevie Camilleri, Ben Plumpton, Andreas Galea, Darren Zammit u Jeremy Abela u kollha kemm huma kienu fl-iskwadra finali ta' 13-il plejer li kienet komposta minn: Nicholas Bugelli, Zac Mizzi, Aurelien Cousin, Stevie Camilleri, Jordan Camilleri, Jeremy Abela, Matthew Zammit, Dino Zammit, Andreas Galea, Ben Plumpton, Jake Tanti, Darren Zammit u Niki Grixti. Wara gimgħatejn ta' taħriġ f 'Malta kuljum, fl-14 ta' Frar tlaqna lejn Split fejn kellna nipparteċipaw fil-kompetizzjoni l-ġdida tal-LEN - il-Euro Cup. Aħna ġejna fi grupp iebes ħafna mas-Serbja, il-Kroazja, il-Greċja u l-Olanda. Dan it- tournament kellu jservi bħala preparazzjoni importanti għaż-żewġ logħbiet kontra l-Belarus. Ma kellna l-ebda pretenzjoni li nirbħu imma li jkollna ċans nilgħabu flimkien u nipprovaw tattiċi biex nużaw fis-semi-finali - hawnhekk jien għamilt użu mill-plejers kollha u qtajna figura tajba ħafna ħlief fl-opinjoni tiegħi żewġ sessjonijiet kontra l-Greċja. Ta' min jgħid li għamilna titjib kbir għall-aħħar logħbiet li lagħbna mal-istess timijiet sentejn ilu - kontra s-Serbja ġewwa Belgrad konna ġejna 20 - 2 u din id-darba ġejna 18 - 4, kontra l-Olanda ġejna 17 -11 u din id-darba 12 -8 , u kontra l-Kroazja 22 - 2 ġo Belgrad u din id-darba tlifna bi skor iktar rispettabbli. Hawnhekk kellna ċans inkunu flimkien ġo lukanda mill-aqwa għal ħamest ijiem u meta ma lgħabniex trejnjajna u prattikajna sistemi kemm fl-attakk, fid-difiza, fil-man-up u anki fil-man-down. Kont sodisfatt ħafna b'dan it-tournament. Wasalna Malta it-Tnejn u t-Tlieta bdejna bit-taħriġ għal-logħba away kontra l-Belarus, fejn bi sfortuna kbira l-plejer importanti żagħżugħ Nicholas Bugelli kellu jitlef is-safra għaliex kien qed isofri minn bidu ta' bronchite u deni għoli ħafna. B'hekk jien għażilt li ma ntellax replacement u sifirt bi 12-il plejer. Wasalna l-Ħamis filgħaxija f 'Minsk f 'temperatura kiesħa ħafna ta' - 12 Gracdi Celcius. Aħna m'aħniex imdorrijin għal dawn it-temperaturi u bżajt li kienet se taffettwa psikoloġikament lill-plejers tiegħi. Morna dritt il- lukanda u dritt għall- pixxina fejn kellna nilagħbu l-logħba għall-ewwel sessjoni ta' taħriġ. L-istess għamilna l- Ġimgħa filgħodu u filgħaxija u s-Sibt filgħodu. Il-logħba kienet skedata għall-5 ta' wara nofsinhar ħin fil- Belarus, it-3pm ħin Malti. Il-klima li sibna fil-pixxina kienet waħda infernali - 1200 ruħ ġo pixxina magħluqa jgħajtu u jagħtu s-sapport lit- tim tagħhom. Din affettwat lill-plejers tiegħi speċjalment lill-plejers żgħażagħ. Ta' min jgħid li l-età medja ta' dan it-tim hija ta' 23 sena, età żgħira ħafna imma jien minn dejjem nippredelieġi li jilgħabu ż-żgħar u din id- darba mhux inqas fejn tawni raġun. Wara bidu eċċellenti u morna 4 -1 minn fuq, awto-gowl sfortunat u pass ħazin fl-attakk ta' 3 fuq 2 fejn ir-riżultat seta' sar 5 -2 minflok sar 4 -3 u hemm tkissirna psikoloġikament u ħallejnihom ikunu superjuri. Ovvjament f 'dik il-klima, sapport kontinwu, bir-referis ikunu wkoll ikkundizzjonati b'deċiżjonijiet 50/50 bdew imorru dejjem favur il- Belarus, saħansitra azzjoni fejn penalty ċar kien diġà lest biex jingħata inqalbet f 'man- up situation li aħna fallejna u ġejna 8-5 minn taħt. Naħseb hemm kien l-agħar mument għalija u għat-tim u b'minuta u nofs għat-tmiem bi tliet gowls minn taħt u bi Stevie Camilleri barra mil-logħba mweġġa' l-affarijiet ma tantx dehru sbieħ, speċjalment bil-logħba tar-ritorn ġimgħa wara ġo Malta kienet tkun diffiċilissima li tirkupra l-iżvantagg. Hawn il-qalb tal-plejers kollha dehret u rnexxielna niskurjaw żewġ gowls permezz ta' Aurelien Cousin u Matthew Zammit u hekk għamilna l-iskor iktar rispettabli u ġejna f 'pożizzjoni aħjar għal- logħba home tas-Sibt ta' wara. Għalija personali ma kinitx wirja li ssodisfatni u l-prestazzjoni ta' ċerti plejers ma kinitx kif mixtieqa u mistennija minni. L-għada l-Ħadd irritornajna lejn Malta fejn qabel waqafna Ruma u l-president tal-ASA, Joe Caruana Curran, ħa lit-tim kollu għall-ikla flimkien ġo Ostia sakemm isir il-ħin għall- ajruplan lejn Malta. Kien ġest sabiħ li ġie apprezzat ħafna mill-plejers u l-kowċis. Ta' min jgħid ukoll u jagħmel emfażi li l-president għamel dak kollu possibli biex it-tim ikun lest bl- aqwa mod possibli għal din is-semi-finali importanti u minn hawn nixtieq nirringrazjah ta' dan. Bdejna t-taħriġ it-Tnejn filgħaxija u reġa' ngħaqad magħna Nicholas Bugelli kif ukoll Jacob Sciberras li jien għajjat ukoll bħala possibilità ta' inklużjoni fl-iskwadra. Kienet ġimgħa intensiva ta' taħriġ u mill-ewwel ġurnata dehret it-tensjoni fuq kulħadd. Kien mixtieq minn kulħadd riżultat storiku ieħor għal pajjizna imma kulhadd kien konxju li ma kinitx se tkun faċli. L-Erbgħa u l-Ħamis rajna l-logħba ta' Minsk, fejn rajna l-azzjonijiet tad-difiża l-Erbgħa u l-azzjonijiet tal-attakk il-Ħamis. Ta' dan nixtieq nirringrazzja lil Edmund Curmi tal-PBS li tani dawn il-vidjows editjati. Il-Ġimgħa filgħaxija wara l-aħħar sessjoni ta' taħrig aħna morna kollha l-Lukanda Excelsior li ġentilment offrewlna dan u grazzi speċjali ħafna lil Mr Elliot u Mr Norbert Grixti għax dan il- lejl ta' ġabra flimkien kien determinanti biex il-plejers iktar jiffukaw fuq din il-logħba deċisiva. Is-Sibt filgħodu kellna 'Ninsab kburi ferm li mexxejt dan it-tragward storiku' - Karl

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 March 2018