Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/952914
Il-Ħadd 11 ta' Marzu 2018 | illum Sports 31 lkoll illi naraw li bħalma ċerti klabbs ser jibbenefikaw bil-kbir minn din il-liġi iżda ser ikun hemm oħrajn illi jistgħu jaqtgħu qalbhom illi ma jkunux jistgħu jaslu finanzjarjament. Dan jista' jikkonċerna diversi fatturi bħall-art li jkollhom ċerti għaqdiet u riżorsi. Huwa għalhekk illi jrid ikun hemm sens ta' bilanċ mid-deċiżjonijiet illi ser jittieħdu mill-kumitat li twaqqaf f 'dan ir-rigward. Bħala kritika kostruttiva min-naħa tiegħi ngħid illi xtaqt li kieku saret xi konsultazzjoni mal-oppożizzjoni meta twaqqaf il-kumitat li ser ikun qed jevalwa dawn it-talbiet tal- klabbs. Fil-verità ma kienx obbligat bil-liġi illi jagħmilha iżda jekk irridu illi dan is-settur sportiv inżommuh mingħajr kontroversji missha saret komunikazzjoni mal-oppożizzjoni dwar in-nomini tal-membri magħżula fih. Bħalissa għaddej il-bini tas-shooting range f 'Ta' Kandja. Kemm qed isegwi dak li qed jiġri f 'dan ir-rigward? Iva tista' tgħid illi qed insegwi sew dak li qed jiġri anke minħabba l-fatt illi issa ser ikun hemm il-kampjonat dinji tal-isparar f 'pajjiżna, xi ħaġa li kienet ilha mwiegħda. Bla dubju illi hija opportunità kbira għall-atleti Maltin illi jippromettu. Din hija dixxiplina li mmorru tajjeb u dejjem nilħqu l-quċċata mit-tiraturi Maltin. Dan il-bini ta' dawn il-faċilitajiet il-ġodda huwa premju għal dawn it-tiraturi Maltin illi fil-passat u anke fil-preżent qed juru illi ħaqqhom post diċenti fejn jipprattikaw dak kollu li jafu. Ma nistax naħrab mill-kwistjoni tad-direct orders li seħħet riċentement. Bħala Partit Nazzjonalista, aħna favur illi jkollna shootingrange f 'pajjiżna. Madankollu l-ebda ministru jew segretarju parlamentari m'għandu dritt ifaqqa' direct orders ta' miljuni ta' ewro kif ġieb u laħaq mingħajr ma jkun hemm reazzjoni pubblika f 'dan ir-rigward. Il-konsegwenza ta' dan kollu kien li ma kienx hemm ippjanar għaqli u mmaniġjar tajjeb tas-sitwazzjoni. Il-gvern kien ilu jaf illi Malta ser tospita dan il-kampjonat mis-sena 2014 iġifieri naħseb illi l-ippjanar seta' sar aħjar. X'taħseb dwar it-trakka tal-karozzi li ħafna dilettanti ta' dan l-isport jixtiquha? Aħna m'aħniex kontra t-trakka tal- karozzi, anzi hija opportunità għall- isportivi f 'din id-dixxiplina.Fil-verità ma tantx għandi informazzjoni kbira dwar dan kollu, bħal fejn ser tiġi mibnija, u nippreferi nistenna qabel ma nwieġeb sew din il-mistoqsija. Madankollu jekk trid l-opinjoni personali tiegħi, nemmen illi dawk dilettanti tal-karozzi ħaqqhom ukoll illi jkollhom faċilitajiet ta' standards għoljin fejn jistgħu jtellqu u jieħdu pjaċir. Naf li nedejtu inizjattiva ferm sabiħa bl-isem ta' Team Sport PN. X'qed isir hawnhekk? Nista' ngħidlek illi Team Sport PN hija għaqda ferm attiva bħalissa u qegħdin naħdmu fuq numru ta' inizjattivi li beħsiebna nħabbruhom meta jasal il- mument opportun. Għalkemm huwa grupp li qiegħed taħt il-kappa ta' partit politiku, aħna nixtiequ ninfiltraw fost iż-żgħażagħ u ngħallmuhom kemm huwa mportanti illi tkun attiv fl-isport. Ħadna ħsieb illi noħolqu motto illi jitkellem waħdu; "Insaħħu l-kultura sportiva f 'pajjiżna." Kif nafu bħalissa hemm segretarjat parlamentari għall-isport. Madankollu hemm lok li dan il-qasam ikollu ministeru għalih? Naf illi kien hemm proposta mill- Għaqda Ġurnalisti Sport dwar dan is-suġġett. Madankollu nifhem illi għandna diversi sfidi quddiemna u jeħtieġ nibagħtu messaġġ politiku sabiex niġġieldu l-problema tal-obeżità u n-nuqqas ta' parteċipazzjoni fl-isport. B'hekk hemm bżonn isir iktar milli diġà jeżisti sabiex nibdew naraw xi forma ta' riżultati. Ma neskludix illi l-proposta ta' ministeru tkun parti mis-soluzzjoni, tant li l-Partit Nazzjonalista qiegħed jikkunsidra jeleva l-isport għall- Ministeru. Minkejja kollox hemm bżonn illi jiżdiedu dejjem aktar l-inizjattivi minna bħala politiċi. Hemm bżonn nagħtu iktar rieda politika sabiex insolvu ċerti problemi. Għandna soċjetà li tista' tgħix itwal li kieku nnaqqsu l-problema tal-obeżità. Fl-aħħar nett kif qed tħares lejn din il-kariga politika li għandek? Nixtieqek ukoll illi tgħaddi messaġġ dwar l-importanza tal-isport fil-ħajja tal- bniedem. Jien ottimist u sodisfatt li ġejt mogħti dan il-portafoll għax teżisti dinamiċità u enerġija li għandhom ċerti klabbs flimkien ma' ambizzjonijiet li jixtiequ jaraw realtà. Ninsab kburi illi hawn diversi assoċjazzjonijiet illi huma attiva b'sens qawwi ta' volontarjat. Nemmen il-futur huwa wieħed sabiħ. Min-naħa l-oħra, bħala messaġġ nista' niddikjara illi l-isport iżommok b'saħħtek u jiżviluppak f 'ċittadin tajjeb u jimmaturak ferm bħala bniedem. Ritratti: James Bianchi Parlamentari m'għandu dritt ta' ewro kif ġieb u laħaq' Twieled f 'Tal-Pietà t-22 ta' Ġunju 1983 Huwa l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għaż-Żgħażagħ, l-isport u l-ġlieda kontra l-obeżità, inħatar f 'din il- kariga ftit tal-ġimgħat ilu bl-aspirazzjoni li jaħdem bis-sħiħ għall-akbar ġid tal-isport lokali. Fil-passat kien jipprattika l-basketball u l-atletika. L-Onorevoli Ryan Callus "Għandna soċjetà li tista' tgħix itwal li kieku nnaqqsu l-problema tal-obeżità."