Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/955506
2 illum | Il-Ħadd 18 ta' Marzu 2018 Aħbarijiet Fenech issir Sindku ta' San Pawl SAN Pawl il-Baħar b'Sindku ġdid wara xhur ta' ġlied intern Anne Fenech inħatret Sindku ta' San Pawl il-Baħar. Il-gazzetta ILLUM kienet irrappurtat kif Fenech kienet se ssir sindku hekk kif skont sorsi mill-Gvern, is-Sindku kellu jintagħżel minn fost il-Kunsillieri li għadhom jiffurmaw parti mill-PN. Il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar, waħda mill- akbar lokalitajiet f 'Malta (21,200 persuna eliġibbli għal vot) u wieħed mill-akbar ċentri turistiċi, ilu għaddej minn taqlib għal dawn l-aħħar xhur. Wara r-riżenja ta' Thake minn Viċi Sindku u Kunsillier tal-PN, kien imiss lil Vella u Piscopo jirreżenjaw mill-PN biex imbagħad ingħaqdu mal-Kunsillieri Laburisti f 'mozzjoni ta' sfiduċja fis-Sindku Galea. Din minflok, irreżenjat minn jedda u akkużat lil dawk li ressqu din il-mozzjoni illi qed iżommu lir-residenti "ostaġġi għall-mibgħeda u l-kilba tal-poter ta xi wħud li m'aċċettawx ir-riżultat elettorali li permezz tiegħu jien kont eletta Sindku." Sussegwentement is-sit illum.com.mt kien żvela kif Piscopo u Vella kienu se jivvutaw mal-Kunsillieri tal-Partit Laburista biex ikun hemm Sindku Laburista li kien mifhum li kellu jkun Alfred Grima. Il-PN iżda ressaq mandat ta' inibizzjoni biex din il-laqgħa ma ssirx hekk kif qed jinsisti li r-rieda tal-maġġoranza tar-residenti ta' San Pawl il- Baħar li vvutaw PN għandha tkun rispettata. Il-Qorti laqgħet dan il-mandat. Fl-aħħar elezzjoni il-PN kien kiseb maġġoranza relattiva ta' 47.6% (3,701 vot), filwaqt li l-PL kien kiseb 46.8% tal-voti (3,639 vot). Il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar ikopri ż-żoni ta' Buġibba, il-Qawra, ix-Xemxija, il-Wardija, Burmarrad u naturalment ir- raħal ta' San Pawl il-Baħar. SPIŻERIJI MIFTUĦIN GHADA www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is- soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 12 25 40 79 66 64 77 34 Vilhena Pharmacy, 3, Triq Sant'Anna, Floriana Cosmed Pharmacy, Soccors, Triq Villambrosa, Ħamrun Evans Pharmacy, 96/98, Triq San Bastjan, Qormi St. Jude Pharmacy, 213, Triq il-Wied, Birkirkara St. Matthew's Pharmacy, 213, Triq ix- Xatt, Gżira St. Julians Pharmacy, 25, Triq G. Borg Olivier, San Ġiljan Mrabat Pharmacy, 5, Triq l-Imrabat, Sliema St. Michael Pharmacy, Misraħ tat- Transfigurazzjoni, Lija Medicine Chest Pharmacy, Triq Demitriju Farrugia, Għargħur Euro Chemist, Triq il-Kurazza, Qawra Distinction Pharmacy, 32, Pjazza Antoine De Paule, Paola Milia's Pharmacy, 73, Triq il-Kottone- ra, Birgu Cilia's Pharmacy, 303, Triq Haż- Żabbar, Fgura Gerada's Pharmacy, 46, Triq Mater Boni Consigli, Żejtun Prestige Pharmacy, 16, Triq San Ġużepp, Kirkop Santa Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Żebbuġ Imtarfa Pharmacy, 207, St. David Road, Mtarfa Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, Fontana Xagħra Pharmacy, 55, Triq il-Knisja, Xagħra Airport Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ TEMP: Il-biċċa l-kbiar msaħħab b'ħalbiet iżolati tax-xita li jistgħu jkunu lokalment bir-ragħad u l-buffuri tar-riħ kultant, li jsir sabiħ aktar tard VIŻIBILITÀ: Tajba, lokalment moderata għall-ewwel RIĦ: Punent għal-Lbiċ forza 4 għal 5 lokalment forza 5 għal 6 għall-ewwel, li jsir mill-Punent Majjistru forza 6 u mbagħad isir mill-Punent forza 4 għal 5 mal-lejl L-OGĦLA: 19˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ TEMP: Sabiħ jew ftit imsaħħab li jsir imsaħħab b'xi ħalbiet iżolati tax-xita li jistgħu jkunu lokalment bir-ragħad u l-buffuri tar-riħ filgħaxija u mal-lejl ViŻIBILITÀ: Tajba li ssir moderata RIĦ: Majjistral forza 5 jew 6, idur mill-Punent forza 4 lokalment forza 4 għal 5 sa filgħodu, isir min-Nofsinhar għal-Lbiċ forza 5 għal 6 sa wara nofsinhar, u jsir mill-Punent għal-Lbiċ u lokalment forza 4 għal 5 mal-lejl Minn Philip Borg ILGRUPP letterarju 'Muża Karkariża' se jippreżenta t-tnax-il lejla ta' letteratura u mużika, din id-darba fl-isfond tal-Passjoni u l-Qawmien mill-mewt ta' Kristu. It-tema "Tiġrib u Qawmien" tiġbor fiha kitbiet jew versi b'laqta reliġjuża jew soċjali fejn it-tbatijiet ta' żmienna jfakkruna li kull devozzjoni tkun ġenwina jekk tissarraf fis- solidarjetà umana. Is-serata ta' mhux iktar minn siegħa se ssir fil-kappellun tal-Kurċifiss fil-Kolleġġjata Bażilika ta' Sant'Elena nhar it-Tlieta 27 ta' Marzu fis-7.00pm. Jieħdu sehem kittieba jew poeti Karkariżi jew joqogħodu Birkirkara, fosthom Ġorġ Peresso, Tarcisio Zarb, Prof. Charles Briffa, Philip Borg, Charles Mifsud, Charles Spiteri, Anton Grasso, Therese Pace, P. Angelo Mamo, Philip Xuereb, P. Anton Farrugia u Ritianne Frendo. Dawn jalternaw ma' siltiet mużikali minn talent Karkariż ukoll, bħall-baritonu Dr Joseph Lia, il-kitarrista klassiku Joseph Gauci, il-kantanti Martina Abela u Roberta Mallia. Terry Muscat bħas-soltu tikkoordina dawn l-attivitajiet filwaqt li Maria Mintoff tmexxi s-serata, bl-għajnuna teknika ta' Mario Fenech. "Tiġrib u Qawmien" se ssir bil-kortesija tal- Prepostu u l-Kapitlu Elenjan u bl-għajnuna tal-Kunsill Lokali u r-radju tal-komunità BKR Radio. Bħas-soltu l-attività ma tiħux aktar minn siegħa u għaliha huwa mistieden kulħadd. "Tiġrib u Qawmien" f 'Birkirkara Pauline and the Miceli family would like to thank everyone for the support and sympathy shown for the loss of their dearest Charles Miceli who went to meet the Lord on 9 th March 2018. Thank you card .indd 2 13/03/2018 16:17 Pauline, Vanessa, Ivan and family would like to thank everyone for the support and sympathy shown for the loss of their dearest Charles Miceli who went to meet the Lord on 9 th March 2018.