Illum previous editions

illum 18 March 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/955506

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 18 ta' Marzu 2018 | illum Intervista 13 għal dawk privileġġati biss jiċċentraw madwar kwistjoni ta' żmien, tal-fatt li t-tfajla għadha l-iskola u bosta oħrajn. Ma tibżax Dimitrijevic li se nkunu qed indaħħlu l-abort taħt il- velu ta' soluzzjoni għall-vittmi tal-vjolenza, biex imbagħad jintuża għal sitwazzjoni inqas gravi? "Diġà qed isiru dawn l-affarijiet imma qed isiru għall-privileġġati. Mhux kulħadd għandu biżżejjed flus biex imur barra mill-pajjiż u jagħmel abort. Ma nkunux ipokriti. Jiena ma nistax nisforza persuna li tagħmel abort imma m'għandix dritt anqas li nwaqqaf persuna milli tagħmlu." Hi tgħid lil din il-gazzetta illi l-Qorti tad-Drittijiet tal-Bniedem stess tinsisti li anke jekk l-abort mhux dritt, l-aċċess għall-abort huwa dritt fundamentali. "Il-madwar 400 persuna li semmejna fil-konferenza huwa biss dak li għandna f 'idejna bħala xi ħaġa uffiċjali. Jista' jkun hemm oħrajn." Dimitrijevic taħseb li d-diskussjoni ġiet hijacked minn min qed imexxi l-estrem? "Tant hawn stigma u biża'. Għaliex? Hija xi ħaġa li qed tiġri, qed tiġri hawn Malta wkoll. Malli nisimgħu l-kelma abort u sess, qisna nieħdu qata'. Il-Fondazzjoni ma taqbilx ma' referendum; 'għax dan dritt fundamentali' Kieku l-PM kellu jipproponi referendum, hi taqbel? "Ma naqbilx ma' referendum għax dan mhux xi konkors ta' popolarità. Dan huwa dritt fundamentali tal-persuna, allura għalfejn għandu jiddeċiedi l-poplu? Imma bl-istess argument jekk il-poplu m'għandux dritt jiddeċiedi għall-mara jew għall-koppja, allura l-mara jew il-koppja għandhom dritt jiddeċiedu għat-tarbija? "Se nerġgħu mmorru għal dak li bdejna bih dwar il-ħajja tat-tarbija u meta tibda l-ħajja. Dawn huma l-ħsieb u l-vauri ta' persuna. Jiena x'nemmen? Jiena nista' nimponi dak li nemmen jien fuq ħaddieħor." Ironikament, ladarba qed nitkellmu dwar il-ħajja nistaqsi lil Dimitrijevic jekk hux veru li kien hemm min heddidha b'ħajjitha nhar is-Sibt stess ftit wara li organizzat il-konferenza tal-aħbarijiet. Hija twieġeb fl-affermattiv għalkemm tisħaq illi din ma kinitx l-ewwel darba li ħadd mhu se jwaqqafha milli tgħid dak li temmen hi. Infakkarha illi fl-aħħar mill- aħħar il-Fondazzjoni għad- Drittijiet tan-nisa trid mill- politiċi, għax huma jilleġislaw. Kemm qed isibu appoġġ mill-politiċi? "Ma nafx jekk hemmx appoġġ, iż-żewġ partiti tkellmu ċar fuq din il-kwistjoni inkluż il-Gvern li qal li m'għandux mandat. Jiena għalija," tispjega Dimitrijevic, "din mhux xi ħaġa partiġġjana jew ta' politika. Dan huwa dritt fundamentali tal-bniedem." Nistaqsiha direttament dwar il-Ministru Helena Dalli li fil- passat riċenti mexxiet riformi pjuttost kuraġġużi fil-qasam tal-libertajiet ċivili, iżda għal darb'oħra taqtagħli l-għatx bil-perżut u twieġeb li ma tafx x'taħseb Dalli dwar dan is- suġġett għalkemm fakkret kif il-Ministru Dalli diġà wriet li se tagħti l-appoġġ fuq il-bżonn ta' reviżjoni tal-istrateġija tas- Saħħa Sesswali Nazzjonali. Hija tiċċara wkoll illi kuntrarjament għall-istqarrija tal-Kunsill Nazzjonali għall- Persuni b'Diżabilità (KNPD) il-Fondazzjoni mhix qed tgħid li għandhom jitneħħew feti li juru illi se jwelldu tfal b'diżabilità. Tiċċara illi l-Fondazzjoni dejjem qalet illi abort jista' jsir meta l-fetu se jmut xorta, u dan qed tgħidu li jista' jsir ukoll il-Qorti tad- Drittijiet tal-Bniedem. Dimitrijevic tinsisti li l-Fondazzjoni se tkompli taħdem u mhux se tieqaf ixxerred il-messaġġ tagħha, fosthom ukoll permezz ta' work shops biex nisa jkunu jafu aħjar fejn jinsabu fuq din il-kwistjoni. "Se ninsisitu li l-ewwel ħames rakkomandazzjonijiet tad- dokument jekk xejn biex nedukaw u ngħallmu u nipprevjenu l-possibilità ta' abort." Vjolenza domestika; 'Għad fadlilna x'naqdfu...' L-intervista waslet fi tmiemha u allura nduru għal ftit mumenti fuq il-vjolenza domestika u vjolenza fuq in- nisa u nistaqsiha jekk tħossx li pajjiżna għamel progress f 'dan il-qasam, progress li jmur lilhinn mill-mentalità u li jħares lejn kemm aħna bħala pajjiż qed inwieżnu lill-vittmi tal-vjolenza. Dimitrijevic tgħid li f 'dak li għandu x'jaqsam ma' prevenzjoni qed isir ħafna, hekk kif qed jiddaħħlu fil- ħidma numru ta' professjonisti fosthom it-tobba u l-għalliema. Iżżid tgħid iżda li fil-każ tal- prosekuzzjoni u l-protezzjoni "għad fadlilna ħafna x'nagħmlu u x'naqqdfu. Għad għandna rata inkwetanti ta' vjolenza tal-agħar forma u ta' kull tip ta' vjolenza, jekk hix fiżika, sesswali jew verabli. Nemmen li għad fadal xi jsir," tinsisti Dimitrijevic mal-ILLUM. L-abort jibqa' suġġett emottiv ħafna u nistennew ħafna aktar battibekki u argumenti f 'diskussjoni li fil-fatt mhux neċessarjament se twassal xi mkien. Jibqa' però wkoll dibattitu li fih ħafna griż, iktar milli iswed jew abjad u allura hawn hi t-tama, għalkemm naf li mhux se jiġri hekk, illi għallinqas jekk se niddiskutu s-suġġett niddiskutuh b'moħħ miftuħ u mingħajr ma nkunu wisq preġudikati lejn l-argument oppost. Ma naqbilx ma' referendum għax dan mhux xi konkors ta' popolarità. Dan huwa dritt fundamentali " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 March 2018