Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/955506
3 Il-Ħadd 18 ta' Marzu 2018| illum Aħbarijiet FIXXEMX, fix-xita, fil-bard u n-nida tgħid id-diska ta' The Travellers u l-lirika toqgħod pinġuta għax-xitwa li issa waslet fit-tmiem tagħha. Kif jgħid il-Malti, din ix-xitwa dewqitna ftit minn kollox. Minn informazzjoni li kisbet il-gazzetta ILLUM mill-Uffiċċju Meteoroloġiku tal-Ajruport Internazzonali ta' Malta, jirriżulta kif minkejja li din ix-xitwa kienet ftit aktar xotta min- normal, ix-xahar li għadda ta raġun lill-idjoma: Frar fawwar jimla l-bjar. Skont l-Uffiċċju Meteoroloġiku, ix-xahar li għadda kien l-iżjed Frar li fih tkejlet xita fl-aħħar 80 sena. Dan l-ammont sostanzjali kien riżultat ta' xita persistenti li niżlet bejn id-9 u l-10 ta' Frar. Il-Malti jgħid: "F'Ħadd il-bluh, ix-xita tfuħ"... staqsi lid-dilettanti tal-Karnival! Matul dawn il-jumejn niżlet total ta' 124.2mm xita u f 'perjodu ta' 24 siegħa biss, ix-xita kejlet xejn inqas minn 117mm. L-aktar Frar li fih għamlet xita kien dak tal-1938. Iżda xahar patta għall-ieħor. Minkejja x-xita li niżlet fi Frar, l-ammont li niżel minn Diċembru xorta waħda ma qabiżx il-medja ta' 254.6mm. F'dawn it-tliet xhur, niżlet total ta' 239.3mm xita. Ir-riħ nefaħ ftit mhux ħażin f 'dawn it-tliet xhur. Mal-ILLUM, l-Uffiċċju Meteoroloġiku qal kif bejn Diċembru u Frar ir-riħ kien iżjed qawwi meta kkumparat mal-medja klimatika. Lura għal-lirika ta' The Travellers, Diċembru tana aktar bard u Jannar aktar xemx. Fil-fatt, ix-xahar tal- Milied kien 0.8 gradi Celsius aktar frisk iżda bdejna s-sena b'1.5 grad Celsius aktar mill- medja. It-temperatura l-iżjed baxxa niżlet għal 6.0°C, mentri l-iżjed waħda għolja kienet dik ta' 20.2°C. It- temperatura medja għal din ix-xitwa kienet ta' 13.5°C, jiġifieri kienet biss 0.3°C iżjed sħuna mit-temperatura medja tal-aħħar tletin sena. Liema kienet l-aktar xitwa sħuna u liema kienet l-aktar kiesħa? L-Uffiċċju Meteoroloġiku twaqqaf fl-1922 u minn dak iż-żmien baqa' jżomm l-informazzjoni u jqabbel sena ma' oħra. L-aktar xitwa kiesħa, b'temperatura medja ta' 11.1°C, kienet dik ta' bejn l-1980 u l-1981. L-aktar waħda sħuna ma tantx hija 'l bogħod. B'temperatura medja ta' 14.5 gradi, l-aktar xitwa sħuna kienet dik ta' sentejn ilu. Il- bdiewa jiftakruha żgur għax kienet ukoll l-aktar xitwa xotta meta x-xita kejlet biss 76.6mm. Ix-xitwa tal-1972 u l-1973 kienet l-iżjed xitwa li kejlet xita b'total ta' 567.1mm Kif se ssellmilna x-xitwa? Se terġa' tolqot il-gosti ta' kulħadd. It-tbassir tat-temp għall-jiem li ġejjin qed jindika li t-temp ser ikun stabbli u sħun, b'temperaturi li jilħqu t-22°C. Minkejja dan, tul dawn il-jiem, mistennija mewġa ta' ksieħ mis-Siberja li mistennija taffettwa lill-Ewropa kollha. It- temperaturi massimi jerġgħu jinżlu għal 17-il grad Celsius u filgħaxija jinżlu sa 10°C. U r-rebbiegħa? Sħana, riħ isfel u gdim tan- nemus! Għalkemm l-Uffiċċju Meteoroloġiku ta' Malta ma jbassarx fit-tul, skont varjetà ta' Mateoroloġisti Ewropej, it-temp għar-rebbiegħa huwa mistenni li jkun pjuttost niexef u sħun fl-inħawi tal- Lbiċ tal-Ewropa. Maltempati mhux daqstant qawwijin, mistennija għax- Xlokk tal-Ewropa. Iżda t-temp tipiku ta' staġun sħiħ mhux diffiċli biex jitbassar, aktar u aktar meta wieħed jikkunsidra d-daqs tal-Gżejjer Maltin. Nistennew u naraw! ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Frar fawwar il-bjar u r-rebbiegħa se tnixxifhom Esperjenzajna l-aktar Frar li fi h għamlet xita fi 80 sena iżda meteoroloġisti Ewropej qed ibassru li ġejja fuqna rebbiegħa xotta u sħuna