Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/955506
illum | Il-Ħadd 18 ta' Marzu 2018 25 TV/Ċinema FISSNIN disgħin, Tonya Harding (Robbie), b'faċilità kbira kienet qed tiddomina l-isport tal-iskejzjar fuq is-silġ, fejn esebixxiet ħiliet attletiċi li ħadd ma seta' jlaħħaq magħhom. Kienet ukoll l-ewwel mara Amerikana li rnexxielha tesegwixxi b'suċċess tliet dawriet b'ħeffa waqt li maqtugħa fl-arja. Meta kollox kien jindika suċċess enormi għall-futur ta' din l-atleta, ġara propju l-kontra, fejn hi kienet involuta fi skandlu sportiv. Il-ħajja tagħha familjari seta' forsi kien indikazzjoni ta' dan. Ta' erba' snin, l-omm stinata u wisq ambizzjuża tagħha, LaVona Golden (Janney) ġejja minn familja fqira mingħajr kontroll, minn Portland, Oregon, kienet tressaqha u tisforzaha f 'dan l-isport. Meta ħelset mill-fittagni t'ommha, iżżewġet lil Jeff Gillooli (Stan) li kien jabbużaha domestikament, atmosfera li ma twassalx għall-konċentrament u mpenn li dan l-isport jirrikjedi. Fl-aħħar tasal ir-rivalità tagħha ma' Nancy Kerrigan, il-kaġun li hi tkun sospiża definitivament mill- 'ice skating'. Għalkemm l-isport ta' fuq is-silġ jieħu prijorità, din hi produzzjoni qawwija ta' argumenti sħan, xi sekwenzi ta' vjolenza, bl-omm u t-tifla maqbudin f 'morsa bħall- vittmi taċ-ċirkostanzi. Margot Robbie tassew tqaxxar il-parti ta' Tonya, però Allison Janney b'enerġija ta' waħda li trid tiddomina fuq kollox, tmaqdar, tikkmanda, qisha ħierġa mill-abbissi ta' taħt, litterament tiknes lil kulħadd quddiemha b'intensità palpabbli. I, Tonya Atturi Ewlenin: Margot Robbie; Sebastian Stan; Allison Janney; Juliette Nicholson; Bobby Cannavale Direttur: Craig Gillespie Maħruġ minn KRS Releasing Tul: 120 min. Ċert. 15 Carmel Bonnici Il-films għal din il-ġimgħa BEATRIX Potter (1866 - 1943), barra li kienet awtrici ta' diversi kotba għat-tfal, kienet hi stess illustratura ta' dawn il-volumi. Fl- 1893 bagħtet serje ta' ittri lil ħabib li kien marid, li ġew ippubblikati bħala 'The Story Of Peter Rabbit'. Il-fenek imqareb, Peter Rabbit hu wieħed mill-karattri ewlenin ta' Potter, tant maħbub li anki kellu serje televiżiva ddedikata għalih. Dan il-fenek kuraġġuż hu l-protagonist ta' 'Peter Rabbit' li, flimkien ma' karattri oħra tassew ammirati għandu ħabta kif jidħol baxx baxx fil-ġnien tax-xwejjaħ Mr. McGregor (Neill) u jisraqlu l-ħaxix li b'għożża kbira jkabbar. Kif l-anzjan jittieħed l-isptar, il-ġnien u d-dar tiegħu jgħaddu għand l-imqarqċin annimali li jagħmlu festa u ħerba sħiħa hemm ġew. Meta jiret id-dar in-neputi tiegħu, Thomas McGregor (Gleeson), Peter (vuċi ta' Conden) jaħseb li hu u sħabu se jmorru aħjar. Iżda, jirrizulta bil-kontra, għax Thomas jobgħod l-annimali u tibda gwerra ħarxa bejniethom. Bea (Byrne), il-ġara ta' Thomas, għall-kuntrarju tħobb wisq lil dawn il-kreaturi ħelwin u b'hekk Thomas se jsibha bi tqila biex jirbaħ l-imħabba tagħha. 'Peter Rabbit' hu xogħol ta' ġmiel rurali, enerġetiku fl-iżvilupp tiegħu, b'kanzunetti melodjużi u xenarju meraviljuż. Is-sekwenzi fejn l-annimali mpittra fuq il-kwadri (mill-oriġinali ta' Beatrix Potter) jitkellmu, b'ambjent ta' 'Winnie the Pooh' huma ġawhra ta' animazzjoni tassew vivida. Għalkemm Peter hu mqareb u jħobb jisraq għalih u għall-familja kollha tiegħu, fil-final ikun hu u ftit minn sħabu li jagħmlu att ta' ġid. L-integrità ta' dawn il-karattri tant għall-qalb il-pubbliku Brittaniku (speċjalment), kif jinsabu fil-kotba, hi intatta waqt li wkoll ġew modernizzati għal żmienna. Peter Rabbit Atturi Ewlenin: Rose Byrne; Domhnall Gleeson; Sam Neill Vuċijiet Ewlenin: James Corden; Daisy Ridley; Elizabeth Debicki; Margot Robbie Direttur: Will Gluck Maħruġ minn KRS Releasing Tul: 93 min. Ċert. P.G. Atturi Ewlenin: Alicia Vikander; Dominic West; Walton Goggins; Daniel Wu; Kristen Scott Thomas Direttur: Roar Uthaug Maħruġ minn KRS Releasing Tul: 115 min. Ċert. 12A ANGELINA Jolie diġà ħadmet żewġ films dwar Lara Croft (il- verżjoni femminili ta' Indiana Jones?). Din is-saga qed terġa' tirxoxta bil-protagonista tkun l-Isvediża Alicia Vikander. Lara Croft, it-tifla tal-avventurier/ arkeoloġiku Lord Richard Croft, hi tfajla sportiva indipendenti li, kemm fil-boxing għan-nisa u kemm fil-ġiri sfrenat bir-rota tispiċċa ħażin. Imdejqa l-aktar bl-għejbien ta' missierha seba' snin qabel, tiddeċiedi li tmur tfittxu. Hi tħalli kollox warajha u titlaq lejn gżira misterjuża 'l barra mill-kosta tal-Ġappun fejn missierha kien qed ifittex qabar speċjali msaħħar. Matul il-vjaġġ, l-avventuri gwappi naturalment ma jonqsux, fejn hi tigri u ssus wara dawk li serqulha kulma tipposedi f 'Hong Kong, teħlisha ħafif wara maltempata ħarxa meta l-vapur jinkalja u meta ssib ruħha priġuniera ta' pampalun b'nies armati, li qed ifittex teżor moħbi. 'Tomb Raider' hu mfawwar b'avventuri u azzjoni spinta, fejn din l-erojina mpakabbli sikwit, bħal Rambo, issib ruħha mdendla għal ħajjitha f 'xifer xi rdum fond, eċċ., u fejn b'abbilità u ħeffa tremenda tispara vleġeġ bi preċiżjoni. Il- qofol jasal fl-aħħar nofs siegħa ġo qabar enormi u għerien mudlama mimlija nases mortali għal min jipprova jisraq dak li hemm midfun hemm ġew. Dan ix-xogħol hu ispirat mil-logħba diġitali tal- 2013 li għamlet suċċess enormi. Tomb Raider