Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/955506
illum Il-Ħadd 18 ta' Marzu 2018 Sports 32 Ella Borg hi ġinnasta ta' 13-il sena li s-Sibt 17 ta' Frar rebħet l-unur tal- People's Choice Award fl-Għażliet Sportivi Nazzjonali. Għalkemm għadha żgħira, ilha titrenja l-ġinnastika ma' Gymstars Gymnastics Club minn mindu kellha ħames snin. Għal Ella, dan ir-riżultat huwa frott is-sagrifiċċji kollha li tagħmel matul is-sena hekk kif titrenja 5 sigħat kuljum mit-Tnejn sas-Sibt mal-klabb tagħha kif ukoll mal-Iskola Nazzjonali tal-Isport fejn tieħu l-edukazzjoni tagħha. " Ħassejtni ferħana ħafna. Din kienet l-ewwel darba li ġejt innominata u ma stennejtx li se nirbaħ peress li kont l-iżgħar waħda minn dawk nominati u fost l-inqas magħrufa. Onorata li ksibt dan l-unur mhux biss għalija imma għal kull min offrieli s-sapport u nixtieq li nkun ta' eżempju għat-tfal kollha li jibbilanċjaw l-istudji u l-isport għax huma wkoll jistgħu jirnexxu u jiġu rikonoxxuti kif ġejt jiena." L-emozzjonijiet u l-impenji ta' Ella ma jiqfux hawn għaliex fil-futur qarib, Ella se tipparteċipa fl-ISF fil- Marokk, fil-kompetizzjoni Nazzjonali tal-Ġinnastika, Gymstars International Competition u l-Island Games fi Sqallija. Ella xtaqet tirringrazzja lil kull min għamel parti mis-suċċess tagħha fosthom il-pubbliku li vvutalha, il-klabb tagħha Gymstars, l-Iskola Nazzjonali tal-Isport tas-sapport kbir li jagħtu lill-Istudenti, lill-Malta Olympic Committee, Malta Gymnastics Federation, lill-Malta Sports Journalist Association. Tixtieq tirringrazzja lil Sport Malta tal-opportunità u fl-aħħar u mhux l-inqas lill-ħbieb u l-familja tagħha tas-sapport kontinwu. 'Ħassejtni ferħana ħafna li rbaħt dan l-unur ' - Ella Borg Ella Borg ippreżentata bil-People's Choice Award FL4 ta' April 2018, Malta se tingħaqad ma' aktar minn 6,600 atleta w uffiċjali minn 70 nazzjon u territorju li se jiltaqgħu ġewwa l-Gold Coast, l-Awstralja għall-21 edizzjoni tal-Logħob tal- Commonwealth. Dan tħabbar mill-Kumitat Olimpiku Malti waqt konferenza stampa li saret fil-kwartieri ġenerali tal- Kumitat Olimpiku Malti illum waranofsinhar. Ix-Chef de Mission Paul Sultana ħabbar li il-kontinġent Malti se jkun magħmul minn 25 atleta, li jilħqu l-kwota allokata lil Malta mill- Federazzjoni tal-Logħob tal- Commonwealth. Mit-tmintax- il dixxiplina sportiva preżenti fil-Logħob, l-atleti Maltin se jikkompetu fi tmin dixxiplini li jinkludu l-Atletika, iċ- Ċikliżmu, il-Ġinnastika, Lawn Bowls, il-Lotta, l-iSquash, l-iSparar u l-Weightlifting. Sultana kompla jispjega li wara żjara fuq il-post li hu għamel ftit ġimgħat ilu, huwa jista' jikkonferma l-livell għoli ta' preparazzjoni li saru fit-tħejjiiet fil-postijiet fejn ser isiru il-kompetizzjonijiet u il-villaġġ tal-atleti. Id-Direttur tal-iSport Ivan Balzan iddeskriva l-proċess tal-għażla li sar permezz ta' Minimum Qualifying Standards li kull Federazzjoni kienet mistennija li tiltaqa' biex titqies għall-kwalifika tal-Logħob. Balzan spjega li kien kuntent bil-livell ta' kooperazzjoni mill-qrib bejn il-KOM u l-Federazzjonijiet involuti. Huwa kompla jispjega li saret komunikazzjoni regolari biex jiġi żgurat li l-partijiet kollha kienu infurmati bis-sħiħ dwar il-progress reġistrat. Il-President tal-KOM, Julian Pace Bonello, ikkonkluda l-konferenza stampa billi esprima r-rikonoxximent tiegħu lejn atleti u Federazzjonijiet li wrew l-impenn tagħhom lejn dawn il-Logħob. Il-KOM huwa kunfidenti li t-tħejjija magħmula mill-atleti Maltin se tipproduċi riżultati pożittivi għal Malta. Pace Bonello kompla biex iħeġġeġ lill- pubbliku ġenerali biex isegwi u jappoġġa lil Team Malta permezz tal-midja soċjali tal- Kumitat Olimpiku Malti. Pace Bonello ikkonkluda il- konferenza stampa bit-tħabbir tal-atleta li ser jkun qed iġorr il-bandiera waqt iċ-Ċerimonja tal-Ftuħ. L-atletla tal-lotta żgħażigħ Gary Giordmaina ġie magħżul għal dan l-unur, wara l-prestazzjoni konsistenti mogħtija u r-riżultati miksuba f 'kompetizzjonijiet internazzjonali riċenti. Il-Kap tad-Delegazzjoni se jkun is-Sur Julian Pace Bonello, President tal-Kumitat Olimpiku Malti li se jkun akkumpanjat mis-Segretarju Ġenerali Mr. Joseph Cassar. Id-dmirijiet tax-Chef de Mission ser jitwettqu mis- Sur Paul Sultana. Uffiċjali oħra preżenti biex jassistu l-kontinġent ser jinkludu is- Sur Ivan Balzan, Direttur tal- Isport, is-Sinjorina Charlene Attard, is-Sur Mario Micallef u s-Sinjorina Maria Vella-Galea. Dr Kirill Micallef Stafrace ser imexxi t-Tim Mediku. Il-kontinġent Malti se jħalli Malta għall-Awstralja fid-29 ta' Marzu u l-ewwel impenji se jittieħdu mill-atleti tal- Ġinnastika, Lawn Bowls, Squash u Weightlifting fil-5 ta' April. Gold Coast Commonwealth Games Team Malta Atletika: Andrew Cassar Torregiani, Ian Paul Grech, Charlotte Wingfield. Uffiċjal: James Hillier Ċikliżmu: David Treacy, Alexander Smyth. Uffiċjal: Etienne Bonello Ġinnastika: Sana Grillo. Uffiċjal: Antonina Uzinova Lawn Bowls: Brendan Aquilina, Sharon Callus, Shaun Parnis, Connie-Leigh Rixon, Rebecca Rixon, Rosemary Rixon. Uffiċjali: Rex Johnston,Joe Saragozza Lotta: David Galea, Gary Giordmaina, Adam Vella. Uffiċjal: Jesmond Giordmaina Sparar: Marlon Attard, Eleonor Bezzina, William Chetcuti, Brian Galea, Nathan Lee Xuereb. Uffiċjali: Francis Bugeja, John Mary Bugeja Squash: Bradley Hindle, Dianne Kellas, Colette Sultana, Daniel Zammit Lewis. Uffiċjal: Joe Zammit Lewis Weightlifting: Yazmin Zammit Stevens. Uffiċjal: Jesmond Caruana Il-Kumitat Olimpiku Malti jirringrazzja lill-Sponsor Uffiċjali tiegħu - Emirates u il-Partners Uffiċjali - Full Marks Sporting, Joma, Planet Physio, Saint James Hospital u Kinetika għall-appoġġ kontinwu tagħhom. Il-Logħob tal-Commonwealth Il-Logħob tal- Commonwealth jiġu organizzati mill- Federazzjoni tal-Logħob tal- Commonwealth (CGF) kull erba' snin (ħlief għall-1942 u 1946 minħabba t-Tieni Gwerra Dinjija) min meta l-ewwel Logħob tal-Imperu Britanniku sar f 'Hamilton, Kanada fl-1930. Din se tkun il-ħames darba li l-Awstralja organizzat il- Logħob tal-Commonwealth wara Sydney (1938), Perth (1962), Brisbane (1982) u Melbourne (2006) - li għamlu lil-Awstralja n-nazzjon li ospitat l-aktar numru ta' Logħob. Għalkemm Malta daħlet fil-Commonwealth fl-1964, l-ewwel parteċipazzjoni tagħha fil-Logħob kienet fil-Logħob tal-1958 f 'Cardiff, Wales. 25 atleta ser jirrappreżentaw lil Malta l-Logħob tal- Commonwealth ġewwa l-Gold Coast -Awstralja Julian Pace Bonello imkien ma' Gary Giordmaina Ritratt - Sandro Micallef