Illum previous editions

illum 18 March 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/955506

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 18 ta' Marzu 2018 | illum Sports 33 MAURICE Formosa (The Cyclist) żamm l-ewwel post fit-tieni tellieqa tal- BDO Malta Cross Country National Point Series li saret fl-aħħar Ħadd ta' Frar. Din id-darba,kien iċ-ċirkwit tal-Mġarr li laqgħa numru rekord ieħor ta' parteċipanti, wirja oħra tal-entużjażmu ċ-ċiklisti qedin juru lejn l-isport tal-Mountain Biking. Iċ-ċirkwit ta' 4.5km fl-Mġarr joffri xenarju mill-isbaħ u kkaratterizzat minn art mhux maħduma u blat xgħari li jogħllu il-livell tekniku tal-korsa. Kategorija Elite Battalja mill-isbaħ sa l-aħħar dawra għal-podju Elite kienet miġġielda sew minn Maurice Formosa (The Cyclist), Etienne Bonello (Team Greens) u Patrick Scicluna (Mosta AF Sign Studio) li mexxew il-grupp mill-bidu nett. Formosa u Bonello bdew ras imb'ras, għalkemm Formosa attakkat fuq il-parti dejqa tal-kors fit-tieni dawra biex jagħti lilu nnifsu vantaġġ ta' tlettax-il sekonda Bonello. Formosa żamm dan ir- ritmu u vantaġġ tiegħu fuq Bonello, għalkemm Bonello għamel tentattivi validi biex jnaqqas dan id-distakk. Formosa wera il-forma tajba li qed igawdi bħallissa u għal darb'oħra rebaħ it-tellieqa f 'hin ta'siegħa 12-il minuta 35 sekonda. Bonello ħa it-tieni f 'ħin ta'siegħa 14-il minuta u 27 sekonda. Scicluna, għal darb'oħra ta prestazzjoni konsistenti biex segwa fit-tielet post f 'siegħa 17-il minuta 39 sekonda. Ma kienx hemm tibdil fil-klassifika ġenerali f 'din il-kategorija, meta Formosa, Bonello u Scicluna jibqaw fl-ewwel tlett postijiet rispettivament. Kategorija Open Għal darb'oħra din il- kategorija laqgħet aktar uċuħ ġodda. Ack Hili, li fl-ewwel tellieqa tas-Serje daħal fit- tielet post, iddomina it-tellieqa u baqa fl-ewwel post sa l-ahhar meta rebaħ il-korsa ta' ħames dawriet f 'hin ta' 55 minuta 36 sekonda. Fit-tieni post kien Mattew Gauci, li segwa f '57 minuta 3 sekonda - Gauci ma kienx qrib il- podju fl-ewwel tiġrija meta hu ħa is-sitt post. Francesco Sultana, ir-rebbieħ ta l-ewwel tellieqa tas-serje ħa it-tielet post fil-ħin ta '57 minuta 51 sekonda. B'rebħa waħda kull wieħed Hili u Sultana issa għandhom punti ugwali fil-klassifika ġenerali, segwiti minn Matthew Gauci. Din il-Kategorija se tkun waħda interessanti dan l-istaġun bil- wirjiet determinati li qedin jintwerew. Kategorija Nisa Minkejja l-fatt li l-parteċipazzjoni kienet kemm xejn diżappuntanti, ma kienx hemm nuqqas t'azzjoni. Bin- nuqqas ta' waħda mill-aqwa ċiklisti femminili Marie Claire Aquilina, kien evidenti li Danica Bonello Spiteri (Team Greens) kienet il-konkorrent prinċipali għall-ewwel post fuq il-podju. Madanakollu, Claudine Gatt (Mosta AF Sign Studio) kienet lesta biex tpatti għad-diżappunt tagħha fl-ewwel tellieqa meta hi kellha tieqaf fit-tieni dawra minħabba problemi tekniċi. Bonello Spiteri ħadet l-inizjattiva mill-bidu nett u żammet il-pożizzjoni tagħha sal-aħħar. Bonello Spiteri lestiet l-erba dawriet tal- korsa f 'siegħa 11-il minuta 43 sekonda. Gatt tat spinta qawwija biex tnaqqas id- distakk u segwiet fit-tieni post f '37 sekonda wara Bonello Spiteri. Fiona Darmanin Tedesco daħlet fit-tielet post f 'siegħa 18-il minuta u 20 sekonda. Bir-rebħa tal-Ħadd Bonello Spiteri issa qeda fl-ewwel post fil-klassifika ġenerali. Gruppi tal-Età Daniel Vella, Paul Zarb (The Cyclist) u Brian Magri ħadu l-unuri tal-Kategorijia tal-Juniors, Masters 40+ u Masters 50+. Il-Cross Country National Points Series hija sponsorjata minn BDO Malta u appoġġjata minn PASH The Healthy Option, SIS (Carm. & Co. Ltd.), H2only (Island Beverages Ltd.), Camilleri Marine Ltd., AF Sign Studio, The Cyclist, Wheel Wizard, Magri Cycles and MTB Malta. Il-BDO Malta Cross Country National Point Series bdiet f 'Jannar u se tispiċċa f 'Mejju meta sseħħ il-ħames tellieqa tas-Serje. It-tellieqa li jmiss ser issir nhar il-Ħadd 18 ta' Marzu fil-Majjistral. Aktar tagħrif jinstab fuq www. maltamountainbike.org.mt. Maurice Formosa u Danica Bonello Spiteri jirbħu t- tieni tellieqa tal-BDO Malta Cross Country National Point Series ġewwa l-Imġarr Maltese Musketeer protagonista fit-tieni tellieqa tal-iSports Boat Class ITTIENI tellieqa tal- Klassi Sports Boat ġiet organizzata riċentement mill-iSports Boat Class u r-Royal Malta Yacht Club. L-għan prinċipali tal-iSports Boat Class hu li jieħu l-ekwipaġġi f 'lokalitajiet differenti madwar il-gżejjer Maltin. Għat-tieni tellieqa tas- sena, l-ekwipaġġi tellqu mill-bażi tar-Royal Malta Yacht Club. Għal din it-tellieqa kien hemm total ta 'ħames dgħajjes. It-tlielaq saru barra l-Port ta' Marsamxett u il-kosta ta' Tas-Sliema, u kieu jikkonsistu f 'sitt tlielaq, b'kull tellieqa tieħu madwar erbgħin minuta. Il-protagonisti ewlenin kienu l-ekwipaġġ ta' Adrian Gauci Borda fuq Maltese Musketeer meta skorjawħames rebħiet minn total ta' sitt tlielaq. Konsistentamentwarajhom, fit-tieni post kien l-ekwipaġġ ta' Robert Ciantar fuq Seriously Bonkers li ddeskrivew l-azzjoni tat-tmiem il- ġimgħa bħala waħda konsistenti u mgħaġġla. L-adrenalinanżammetsal- aħħar sprint finali il- Ħadd, meta l-ewkipaġġi raw veloċitajiet ta' aktar minn sittax il- mil nawtiku fis-siegħa. Kien tmiem il-ġimgħa daqxejnta'diżappuntgħal Paul Borg Cardona u l-ekwipaġġ tiegħu fuq Farr Out. Wara is-suċċess fl-ewwel tellieqa tas- serje, Borg Cardona kellu jikkontenta bit-tielet post minħabba kwistjonijiet tekniċi li għamluhadiffiċli biex ikomplu it-tellieqa minħabba il-kundizzjonijiet tar-rih. "Kienet weekend soddisfaċenti u huwa inkoraġġanti ħafna li tara uċuħ ġodda fuq l-ilma. Il-Klassi għandha pjanijietkbar għall-ġejjieni tal-isport lokali" spjega Robert Ciantar, Sport Boat Class. "Minkejja li dawn huma jiembikrija għall- Klassi, interess sostanzjali qed jiġi ġġenerat, parzjalment minħabba l-kumbinazzjoniunika tal-Klassi ta' affordabbiltà, sikurezza u veloċità. Aħna nħarsu 'l quddiem biex iżommu dan l-entużjażmu għaddej matul l-istaġun." Id-direzzjoni tat-tellieqa kienet immexxija minn Luca Lacitignola u tim ta' voluntiera. It-tielet tellieqa tas- Sport Boat Class qed waqt dan tmiem il-ġimgħa issir. Iktar tagħrif jinsab fuq is-sit www.rmyc.org jew fuq il-paġni Facebook tar- Royal Malta Yacht Club u Sport Boat Class Riżultati L-ewwel post – Maltese Musketeer (Adrian Gauci Borda, Nicolai Portelli, Fabio Galea) It-tieni post – Seriously Bonkers (Robert Ciantar, Marcus Ciantar, Duncan Camilleri) It-tielet post – Farr Out (Paul Borg Cardona, Matthew Tabone Ferrante, Alan Tabone Ferrante, Dimitri Dikikh) Uħud mill-parteċipanti li ħadu sehem t-tieni tellieqa tal-BDO Malta Cross Country National Point Series Dgħajsa li ħadet sehem waqt it-tieni tellieqa tal-Klassi Sports Boat Ritratt - MTB Malta Ritratt - Christian Mangion

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 March 2018