Illum previous editions

illum 18 March 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/955506

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

illum | Il-Ħadd 18 ta' Marzu 2018 Sports 34 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Minn mindu kont żgħir, dejjem kont attiv peressli l-ġenituri kienu joħduni nilgħab ħafna sports differenti. Iżda jgħiduli li allavolja kont nipprattika ħafna sports, dejjem kelli l-futbol l-iktar għal qalbi, u d-dar dejjem kont niġri b'ballun f 'saqajja. Missieri u ommi minn dejjem kienu ffissati fuq il-futbol. Missieri kien jilgħab meta kien żgħir u ommi dejjem kienet dilettanta. Jiena u ħija konna nilagħbu flimkien il-ħin kollu d-dar u filfatt meta kelli ħames snin, il-ġenituri tiegħi riedu jdaħħluni ma' klabb u peress li ħija dak iż-żmien kien qed jilgħab ma' Hibernians FC, huma riedu li nidħol nilgħab magħhom. Però, Hibs ma kinux qed jaċċettaw tfal taħt is-sitt snin dak iż- żmien. Fl-istess żmien, il-kuġini tiegħi kienu ħa jibdew ma' Pietà Hotspurs u meta kkuntattjajniehom, aċċettaw li nirreġistra magħhom. Bdejt il-karriera tieħek ma' Pietà Hotspurs biex imbagħad ingħaqadt ma' St Andrews. X'tikkummenta fuq l-esperjenza tiegħek ma' dan it-tim? Għamilt sa 19-il sena ma' Pietà Hotspurs, fl-opinjoni tiegħi waħda mill-aqwa nurseries f 'Malta fejn tgħallimt ħafna u ltqajt ma' ħafna nies li affettwawni b'mod pożittiv. Meta spiċċajt l-aħħar sena tiegħi mal-minors ta' Pietà, irrealizzajt li ma kienx se jkolli ċans mal-ewwel tim u ddeċidejt biex nitlaq. Iffirmajt ma' Għargħur FC fit-Tieni Diviżjoni u magħhom qattajt sentejn. Nista' ngħid li din kienet waħda mill-aħjar deċiżjonijiet li qatt ħadt. Dak kien żmien kruċjali għalija fejn peress li kont qed nilgħab b'mod regolari taħt kowċ brillianti Bobby Giorev, tgħallimt ħafna affarijiet u żviluppajt kunfidenza kbira fija nnifsi. Wara sentejn sbieħ ma' Għargħur, ridt nipprova esperjenza ġdida fil- karriera tiegħi. Niftakar li fis-sajf kont ninżel il- Luxol nilgħab 5-a-sides ma' sħabi u wara logħba minnhom, ikkuntattjani l-president ta' Luxol Futsal, Joe Aquilina, li kien rani nilgħab. Dan kien ir-raġel li laqqagħni mal- President tal-klabb ta' St Andrews, Jason Falzon u l-kowċ ta' dak iż-żmien, Danilo Doncic. Wara l-ewwel laqgħa magħhom kont diġà ddeċidejt li ridt niffirma magħhom. Indunajt li dan kien klabb b'ambizzjoniet kbar, bi president mill-aqwa u kowċ ġenju. Dak iż-żmien it-tim kien għadu fl-Ewwel Diviżjoni però wara l-ewwel sena rnexxielna niksbu l-promozzjoni għall-Premier Division. L-ewwel sena tiegħi ma' St Andrews kien wieħed inkredibbli. Iltqajt ma' ċerti nies li huma insostitwibbli. Tgħallimt ħafna mingħand plejers b'esperjenza kbira bħal Brian Said u Joe Farrugia, li dak iż-żmien kienu strumentali għalija biex niżviluppa l-logħba tiegħi. It-tieni sena tiegħi ma' St Andrews kien staġun li qatt ma ninsa. Dik kienet l-ewwel sena tal-klabb kif ukoll l-ewwel sena tiegħi fil-Premier. Għamilna 19-il logħba mingħajr ma niġbru punt, però rnexxielna nsalvaw u nibqgħu fil-Premier. Kien staġun fejn kellna bżonn nibqgħu magħqudin u b'saħħitna mentalment. Is-sena ta' wara, il-klabb kien iktar stabbilit fil-Premier u kellna staġun mill- aqwa fejn spiċċajna fis-seba' post bi prestazzjonijiet tajbin ħafna. Wara tliet snin ma' St Andrews, iffirmajt ma' Ħamrun Spartans. Xi tħoss kull darba li tilgħab kontra St Andrews bil-flokk ta' Ħamrun Spartans? Peressli għaddejt minn ħafna meta kont plejer ta' St Andrews u n-nies li ltqajt magħhom nista' nqishom bħala familja, l-ewwel darba li lgħabt kontrihom kien emozzjonali għalija. Niftakar nitkellem ma' Joe Farrugia qabel il-logħba, li huwa ħabib kbir u kien il-partner tiegħi f 'nofs il-grawnd għal tliet snin li mingħandu tgħallimt ħafna, u ħassejtni stramb li kelli nilgħab kontrih. Però, dan huwa parti mill- futbol, bħala plejer trid tkun professjonali u tagħti kollox irrelevanti mill-avversarji tiegħek. X'tikkummenta fuq dan l-istaġun ta' Ħamrun Spartans? Dis-sena kellna tim b'saħħtu ħafna, bi plejers Maltin u barranin validissimi. Allavolja t-tim kien kompletament ġdid, fil-bidu bdejna tajjeb ħafna, kellna pre-season mill-aqwa u bidu tal-kampjonat pożittiv. Maż-żmien it-tim sofra minn ħafna injuries li sfortunatament ħallew impatt fuq it- tim. Konna sfortunati f 'ċerti logħbiet fejn kellna prestazzjoniet tajbin ħafna iżda r-riżulati ma ġewx favurina. Però, dejjem tajna l-100% f 'kull logħba, sfidajna lil kull tim u nistgħu nkunu kburin bil-mod kif qed nilagħbu. X'sapport ittik il-familja fosthom ħuk Ben li huwa eks futboler u l-mamà Carina li naraha preżenti kull ġimgħa fl-istadjum fejn fih tkunu qed tilagħbu u hemmhekk ittik sapport inkredibbli u ferm voċiferu? Kemm ommi, missieri u Ben huma ta' sapport kbir għalija. Mingħand Ben tgħallimt kollox li naf fuq il- futbol. Flimkien konna nilagħbu l-ħin kollu u hu kien strumentali biex jiena wasalt fejn wasalt illum. Sal-lum għadu jgħinni u jibgħatli fuq il-logħob, l-affarijiet li għamilt tajbin u fejn nista' nitjieb. Naħseb ommi rarissimu tilfet logħba minn tiegħi. Hija l-partitarja numru 1 tiegħi u naħseb l-aqwa partiraja li hawn f 'Malta! Tkun iktar eċitata minni meta jkolli l-logħob u kull logħba tkun preżenti fil- qalba tal-partitarji, tgħajjat u twerżaq. Hija ħaġa vera sabiħa li tara lil ommok daqshekk involuta u tagħtini s-sapport tagħha. Ċert li l-fatt li bqajt daqshekk involut fil-futbol huwa minħabba s-sapport kontinwu tagħha u ta' missieri. Kemm jgħinek il-kowċ Jacques Scerri fil-karriera tiegħek? Ilni naf lill-kowċ Jacques żmien twil ħafna, minn meta kont nilgħab fit-Tieni Diviżjoni. Jiena kont qed nilgħab ma' Għargħur u hu kien kowċ ta' Pembroke Athleta. Konna ilna ħafna żmien kważi naħdmu flimkien, però dis-sena saret realtà u l-kapaċitajiet tal-kowċ Jacques kienu raġuni prinċipali għalfejn iffirmajt ma' Ħamrun Spartans. Flimkien mal- kowċis Ryan Pulis u Greg Degabriele rnexxielu joħloq tim b'saħħtu u ambjent naturali fejn aħna l-plejers inħossuna komdi, tant li sirna qisna familja żgħira. Taqbel ma' kampjonat b'14-il tim? Iva, naqbel. Nemmen li kampjonat b'14-il tim jagħti ċans lil aktar plejers juru l-kapaċitajiet tagħhom. Kif rajna dis-sena l-Kampjonat baqa' kompetittiv sal-aħħar, u kull logħba kienet waħda diffiċli. Bħala riżorsi fejn tittrenjaw u tilagħbu, sodisfatt minnhom? Jiena kont fortunat ħafna li t-timijiet li lgħabt għalihom kellhom riżorsi tat- taħriġ tajbin ħafna. Kemm il-grawnds tal-Luxol u tal-Ħamrun huma żewġ 11-a-side grawnds ta' livell għoli. Il-fatt li nittrenjaw kuljum fil- Victor Tedesco Stadium huwa ta' għajnuna kbira. Impressjonajt ruħi wkoll bil- pitch il- ġdid tas-Centenary Stadium kif ukoll tal-Istadium Nazzjonali. Tieħu pjaċir tilgħab logħob fuq art tajba. X'inhuma l-kummenti tiegħek fuq l-MFA? 'Nistgħu nkunu kburin bil-mod Cristian Antony Muscat Dale Camilleri - Fost l-aqwa difensuri li jimmilitaw l-Kampjonat BOV Premier u li m'hemmx dubju li għandu futur mill-isbaħ quddiemu -isport li tant iħobb - il-futbol. "Naħseb ommi rarissimu tilfet logħba minn tiegħi. Hija l-partitarja numru 1 tiegħi u naħseb l-aqwa partiraja li hawn f 'Malta! Tkun iktar eċċitata minni meta jkolli l-logħob u kull logħba tkun preżenti fil- qalba tal-partitarji, tgħajjat u twerżaq. Hija ħaġa vera sabiħa li tara lil ommok daqshekk involuta u tagħtini s-sapport tagħha. Ċert li l-fatt li bqajt daqshekk involut fil-futbol huwa minħabba s-sapport kontinwu tagħha u ta' missieri." "Fl-opinjoni tiegħi, l-iktar ħaġa importanti hija li tkun ferħan u għal qalbek f 'dak li qed tagħmel. Għalija dik il-ħaġa kienet il-logħba tal-futbol, li sal- lum għad għandi mħabba kbira lejha."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 March 2018