Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/960498
11 Il-Ħadd 01 ta' April 2018 | illum Aħbarijiet Kattoliċi jkunu qed isumu. Imma apparti l-ikel marbut mal-Għid, hemm ukoll dak marbut mal-Ġimgħa l-Kbira u Ħamis ix-Xirka. Primarjament il-qagħqa tal-Appostli, li hija ħobż magħmula tonda bil-lewż fuqha (support 12 għal kull appostlu) tradizzjoni li tmur lura mijiet ta' snin u li baqgħet issir minn furnar għall-ieħor, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Fil-Ġimgħa l-Kbira, peress li ma jistax jittiekel ħelu, jinbiegħu l-karamelli tal- ħarrub. U kif tagħmilhom il-karamelli? Faċli; tgħalli l-essenza tal-ħarrub f 'temperatura għolja u ddawwar kontinwament sakemm iddub u jikkaramelizza sakemm isir iebes. Tħalli kollox jiksaħ u tqatta' biċċiet forma kwadra. Hemm ara! Mhux diffiċli għal min iħobbhom. Bħala ħelu jiżdied il- kwareżimal u bħala ikel hemm l-isfineġ u l-qassatat jew it-torti tal-inċova. Parati, statwi u ċuqlajti Ħamis ix-Xirka, jew il-lejl li Kristu qatta' fil-Ġnien tal-Ġetsemani sakemm kien arrestat u deher quddiem is-Sinedriju mmexxi minn Annas u Kajfa, u nhar il- Ġimgħa l-Kbira jibqgħu jumejn illi fihom b'sogħba titfakkar il-passjoni ta' Ġesù. U l-Maltin, flimkien ma' xi ftit pajjiżi jew postijiet oħrajn, ifakkru din il-ġurnata permezz ta' diversi purċissjonijiet li jeħduna lura għall-istadji kollha tal-mewt ta' Ġesù. Il-purċissjoni ġeneralment tkun iddominata minn numru ta' statwi, l-aktar komuni jkunu Ġesù fil-Ġetsemani, jitlob lil Alla biex ma jgħaddihx mit-tbatija li kien se jgħaddi minnha, tradut minn Ġuda mbagħad marbut mal-kolonna li jissimbolizza lil Ġesù fflaġellat. Wara, għallinqas fil-purċissjonji tradizzjonali jkun hemm, l-Ecce Homo, li tirrifletti l-kliem ta' Pilatu 'hekk hu l-bniedem'. Il-vara li jmiss tkun ir-Redentur, li turi lil Kristu taħt il-madmad tas-salib. Din l-istatwa hija meqjuma minn bosta hekk kif tissimbolizza t-tbatijiet li minnhom jgħaddi l-bniedem matul ħajtu, l-għuda tas- salib li tissimbolizza l-mard, l-uġigħ tal-qalb, is-solitudni u d-dwejjaq. Wara hemm l-istatwi tal- Veronika, il-Vara l-Kbira, il-Monument (Kristu mejjet) u d-Duluri. Din il-purċissjoni ssir f 'ħafna lokalitajiet madwar Malta u Għawdex u apparti l-vari, fiha jieħdu sehem numru kbir ta' persuni li jilbsu ta' Rumani jew ta' persunaġġi Bibbliċi. Apparti dan, matul dawn il-jiem fil-Knejjes in-nies jmorru jagħmlu s-seba' visti. Dawn huma; 1) il-mument illi Kristu kien fil-Ġetsemani mal-appostli 2) it-tradiment ta' Ġuda 3) Ġesù quddiem is-Sinedriju 4) Ġesù quddiem Pilatu 5) Ġesù quddiem Erodi 6) Meta l-poplu għajjat 'sallbu sallbu' u 7) Ġesù mill-kalvarju sal-mewt fuq is-salib. Kull vista tispiċċa bl-istess strofa: 'Nadurawk o Ġesù u nberkuk għax b'salibek u l-mewt tiegħek inti fdejtna' Apparti dan, tradizzjonijiet oħrajn huma ċ-ċuqlajta li tintuża minflok id-daqq tal- qniepen, l-armar tas-Sepulkru li jissimbolizza l-qabar ta' Ġesù u diversi mwejjed u esebizzjonijiet li juru u jfakkru fl-aħħar ċena. Dan apparti diversi baned li matul il- ġurnata jdoqqu marċi funebri bl-aktar wieħed popolari jkun iċ-Ċipresso. Tiġrijiet bl-Irxoxt f 'atmosfera ta' festa Dalgħodu jew f 'xi każi llejla jsiru purċissjonijiet bl-Irxoxt fir-Rabat Malta, ta' Ġieżu l-Belt, Bormla, il-Birgu, l-Isla, Ħaż-Żebbuġ, Ħal Qormi fil-parroċċa ta' San Ġorġ u anke San Bastjan, il-Għargħur, il-Mosta, Raħal Ġdid, Ħaż- Żebbuġ, in-Naxxar u l-Gżira. F'Għawdex ukoll isiru purċissjonijiet bl-Irxoxt fir- Rabat Għawdex, in-Nadur, ix- Xagħra, il-Qala u x-Xewkija. Apparti l-atmosfera ta' festa, din il-purċissjoni minnha nnifisha għandha storja twila u anke individwali. Dik ta' Bormla pereżempju, li hija fost l-aktar popolari, kienet toħroġ fl-erbgħa ta' filgħodu snin twal ilu. Imma l-aktar popolari tibqa' l-ġirja bl-istatwa tal- Irxoxt, f 'simbolu ta' ferħ u ċelebrazzjoni, anke jekk kien hemm istanzi meta l-Irxoxt kien qrib li jaqa' u ssirlu ħafna ħsara. Għalkemm kull purċissjoni tal-Irxoxt hija xi ftit jew wisq segwita, l-akbar numru ta' nies dalgħodu se jkunu rħewlha lejn il-Kottonera u Ħal Qormi. L-Għid fl-Ewropa... Mhux 'il bogħod, f 'Firenze l-Italja jiċċelebraw permezz ta' dak li jgħidulu Scoppio del Carro, jew splużjoni tal-karru simili għall-ġigġifogu. Dan il-karru jgħaddi mit-toroq fost briju u nies lebsin kostumi u jieqaf quddiem id-Duomo. Minn hawnhekk jinħaraq in- nar fi tradizzjoni li tmur lura għall-ewwel kruċjata u li tfisser illi l-ħsad se jkun tajjeb. Fi Franza ssir froġa ġganteska, speċifikament fil- villaġġ ta' Haux. F'din il-froġa jintużaw aktar minn 4,500 bajda u jieklu 1,000 persuna. Bħall-bieraħ filgħodu f 'Korfu hemm tradizzjoni xi ftit stramba hekk kif diversi nies iwaddbu borom u platti mill- gallariji tagħhom fi tradizzjoni ġejja mill-Venezjani li nhar l-ewwel tas-sena kienu jarmu l-affarijiet antiki li ma kellhomx iktar bżonn. Oħrajn jemmnu illi t-twaddib ta' platti u borom jissimboliza bidu ġdid. U fil-Vatikan, fiċ-ċentru tad-dinja Kattolika bħal-lum jindirizza l-folol l-Papa, f 'dak li nsejħulu l-Urbi et Orbi, li tfisser lill-Belt u lid-dinja. qam mill-mewt: L-Għid aħna l-Maltin Il-figolla, ħelu tipiku ta' dan iż-żmien, tajjeb ma' dik il-kikkra te Il-qagħaq tal-Appostli