Illum previous editions

ILLUM 1 APRIL 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/960498

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

14 illum | Il-Ħadd 01 ta' April 2018 Valletta HEKK kif illum il-Knisja qed tiċċelebra l-Għid il-Kbir, fit-toroq tal-Belt Valletta jista' jinħass entużjażmu akbar hekk kif il-Beltin bdew jippreparaw u jlibbsu lill-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura b'libsa speċjali tal-festa. Tista' ma tkunx tħobb il- festi, iżda dak li se jagħmlu l-Beltin nhar is-Sibt li ġej ma tistax titilfu, aktar u aktar jekk tħobb l-arti u l-kultura. Filwaqt li l-festi tal-Belt Valletta huma fost l-aktar antiki f 'Malta, għall-ewwel darba l-erba' festi tal-Kapitali se jingħaqdu f 'festa waħda u kbira. Il-qofol ta' din il-festa, organizzata mill-Fondazzjoni Valletta 2018, se tkun il- purċissjoni li se ssir bl-erba' vari titulari, jiġifieri tal- Madonna tal-Karmnu, San Duminku, Santu Wistin u San Pawl. Fil-jiem li għaddew, l-ILLUM niżlet fit-toroq tal- Belt Valletta u tkellmet mal- Beltin, l-aktar dawk li huma direttament involuti fl-erba' festi. Fuq fomm kulħadd l-istess kelma: "Kull meta l-Beltin ingħaqdu flimkien biex jiċċelebraw, dejjem ħarġu ta' nies." Għalkemm dejjem ikun hemm xi ftit tal-pika, bejn partitarji ta' festa u oħra, l-organizzaturi li tkellimna magħhom kollha saħqu li l-kumitati dejjem ikkollaboraw flimkien, iżda għal din il-Festa l-Kbira, ingħaqdu aktar minn qatt qabel, bil-għan li l-festa li se jiċċelebraw tkun tixraq lill- erba' patruni tal-kapitali. Fil-fatt, għall-ewwel darba, it-toroq tal-Belt Valletta se jkunu mżejna bl-armar tal- erba' festi kollha kemm huma. Għalhekk, il-Belt Valletta se tkun qed ixxid din il-libsa għall-ewwel darba wkoll. L-erba' festi se jkunu qed iżejnu t-toroq rispettivi tagħhom, iżda Triq ir- Reppubblika se tkun imżejna bil-pavaljuni tal-erba' festi. F'din it-triq, kull festa se tkun qed tarma 3 pavaljuni, mis- sett tagħha. L-armar se jkun qed jingħaqad mal-logħob tan-nar, il-fustuni, id-daqq tal-baned li se jakkumpanjaw lil kull vara u dak kollu li jagħmel il-festa Maltija dik li hi. Apparti minn hekk, se tkun okkażjoni speċjali wkoll għall-baned tal-Belt Valletta, is-Soċjetà Filarmonika Nazzjonali la Valette u s-Socjetà Filarmonika King's Own li nhar il-Ġimgħa 6 ta' April se jingħaqdu f 'marċ mat-toroq tal-Belt u anke kunċert fi Pjazza San Ġorġ. Kien hemm min ma qabilx ma' din l-inizjattiva u ddeskriviha bħala "logħob bil-knisja" u "logħob bil-vari." Minkejja dan, din mhux se tkun ċelebrazzjoni kulturali biss iżda matulha se jkun hemm ukoll mument ta' talb li se jitmexxa mill-Arċisqof ta' Malta Charles J. Scicluna. Din il-ġimgħa, l-ILLUM, fuq il-paġna tagħha ta' Facebook, se tkun qed ixxandar feature dwar l-erba' festi tal-Beltin. Għall-ewwel darba flimkien wara ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Nhar is-Sibt li ġej, għall-ewwel darba fl -istorja, l-erba' festi tal-Belt Valletta se jingħaqdu f 'festa waħda u kbira b'purċissjoni waħda bit-tliet vari titulari Il-programm jiftaħ nhar l-Erbgħa 4 ta' April. Dakinhar, se tkun qed issir iċ-ċelebrazzjoni tal- Konsagrazzjoni tas-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal- Karmnu. Dan wara li fl-aħħar xhur, kien għaddej ix-xogħol fuq il-pavimentar tal-irħam tal-istess knisja, li se jkun inawgurat għada, it-Tnejn 2 ta' April. Iċ-ċelebrazzjonijiet ikomplu l-Ġimgħa 6 ta' April meta fis- 7:30pm, il-Banda King's Own u l-Banda la Valette jibdew marċ minn Pjazza Ħelsien sa Pjazza San Ġorġ, biex fid-9:00pm, itellgħu kunċert konġunt. L-għada, is-Sibt 7 ta' April, il-programm jibda filgħodu fil-11:45am. Le mhux bil-marċ ta' filgħodu, imma bir-Regatta fil-Port il-Kbir. Din se ssir nhar is-Sibt, minħabba li lbieraħ, Jum il-Ħelsien, ħabat Sibt il-Għid. Il-programm ikompli fil- 5:00pm, b'quddiesa ċċelebrata fl-erba' knejjes involuti biex fis- 6:00pm, l-erba' baned mistiedna jilqgħu l-vari titulari waqt il-ħruġ tagħhom mill-knejjes rispettivi. Għall-ħabta tas-7:00pm l-erba' vari jiltaqgħu għall-ewwel darba fi Pjazza San Ġorġ. Fis-7:35pm, tibda ċelebrazzjoni u mument ta' talb immexxi mill-Arċisqof u fit- 8:00pm il-vari jimxu f 'purċissjoni waħda tul Triq ir-Repubblika sa Pjazza Ħelsien. X'inhu l-programm għal dawn il-jiem? Waħda mill-aktar festi antiki fil- Belt Valletta hija dik tal-Madonna tal-Karmnu u tmur lura għall-1657. Għall-kuntrarju tal-festi l-oħra tal-Belt Valletta, din il-knisja ma għandhiex parroċċa marbuta magħha, iżda l-Komunità Karmelitana tmexxi dan is-Santwarju Bażilika li ta' kull sena jiġbor fih mijiet ta' devoti minn Malta u Għawdex. Fil-fatt, meta l-gazzetta ILLUM, żaret dan is-Santwarju, il-Pirjol Patri Alex Scerri O.Carm u anke l-voluntier Joe Cioffi, semmewlna d-devozzjoni bħala waħda mill-karrateristiċi ewlenin ta' din il-festa. Kollox beda mill-kwadru tal- Madonna tal-Karmnu li kien l-ewwel wieħed f 'Malta u Għawdex inkurunat mill-Kapitlu tal-Vatikan, nhar il-15 ta' Lulju tal-1881. Minn hawn, id- devozzjoni tal-Madonna tal-Karmnu tista' tgħid li nxterdet madwar Malta u Għawdex. Il-festa tal-Madonna tal-Karmnu, issir kull sena fis-16 ta' Lulju, jiġi meta jiġi, anke jekk fost il-ġimgħa. "Lanqas nimmaġinawna niċċelebraw il-festa f 'data oħra," qalulna. Huma ħafna dawk li jimxu wara l-vara tal-Madonna tal-Karmnu, hekk kif l-ewwel parti tal- purċissjoni tieħu forma ta' pellegrinaġġ, b'dawk preżenti jitolbu bit-talba tar- Rużarju. Din il-vara ġiet skolpita fl-injam fl- 1781 minn Vincenzo Dimech. L-istatwa tistrieħ fuq pedestall tal-fidda disinn ta' Abraham Gatt u nħadem fil-Ġermanja mid-ditta Galvoplastih Geislingen Steige. Għall-Karmelitani Beltin din is-sena hija waħda speċjali hekk kif fl-aħħar xhur kien għaddej ix-xogħol fuq il-paviment il-ġdid tal-irħam u matul din il-ġimgħa qed jiċċelebaw festi speċjali li jilħqu l-qofol tagħhom bil- konsagrazzjoni tal-Knisja. Il-Beltin u s-16 ta' Lulju...

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 APRIL 2018