Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/960498
3 Il-Ħadd 01 ta' April 2018| illum Aħbarijiet DIVERSI tentattivi mill- gazzetta ILLUM biex tikseb informazzjoni mill-Aġenzija Sapport u l-Gvern, dwar il-ftehim kollettiv tal- ħaddiema, mhux talli sfaw fix-xejn talli l-ballun intefa' f 'saqajn id-Dipartiment tal-Informazzjoni, li ma nistgħux nifhmu eżatt x'għandu x'jaqsam. Il-ftehim kollettiv ilu li skada mill-2016, iżda l-ħaddiema għadhom fl-għama dwar il-ftehim il-ġdid li qed ikun innegozjat bejn il-Unjin Ħaddiema Magħqudin (UĦM), l-Aġenzija u d-Dipartiment tar- Relazzjonijet Industrijali. Din il-gazzetta bagħtet diversi mistoqsijiet lill- Aġenzija Sapport u anke lill-Ministeru għas-Solidarjetà Soċjali tistaqsi fiex waslu n-negozjati, jekk hemmx indikazzjonijiet meta se jiġu fi tmiemhom u dwar jekk hux minnu li hemm nuqqas ta' qbil fuq xi klawsoli. Iżda, għall-kuntrarju ta' dak li jiġri s-soltu, kemm is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru, Mark Musù u anke l-Kelliema tal-Aġenzija Sapport, Rosalie Vella Piscopo, talbu lil din il-gazzetta biex tgħaddi l-mistoqsijiet lid-Direttur tal-Informazzjoni, Paul Azzopardi. Dan minkejja li normalment, id-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI) jippubblika l-informazzjoni li jiġbor u mhux iwieġeb għall- mistoqsijiet tal-ġurnalisti. Apparti minn hekk, ġurnata qabel ma ntlabna nibagħtu l-mistoqsijiet lil Paul Azzopardi, kelliema għall- Ministeru qalet lill-gazzetta li t-tweġibiet se jintbagħtu mill-Aġenzija Sapport. Intant, sorsi li tkellmu mal- ILLUM qalu li huwa l-Gvern li qed iħoll u jorbot għax minkejja li ħafna mix-xogħol, min-naħa tal-UĦM, huwa lest, hemm xi klawsoli li mhux jaqbel magħhom. Isabelle Farrugia, il-persuna responsabbli mill-ftehim kollettiv min-naħa tal- UĦM, ikkonfermat li l-bażi ta' dan il-ftehim huwa lest u li l-ġimgħa li għaddiet saret laqgħa bejn il-Unjin, it-tmexxija tal-Aġenzija u anke d-Dipartiment tar- Relazzjonijiet Industrijali. Minkejja dan, Farrugia ma kinitx f 'pożizzjoni li tgħid ma' din il-gazzetta x'qed ikun innegozjat u jekk hemmx xi klawżoli li dwarhom ma hemmx qbil. Qalet biss li huwa minnu li l-ftehim jista' jkun qed jieħu fit-tul iżda "qed nitkellmu fuq miljuni ta' ewro." "Irrid nimxi bil-għaqal għax irrid li l-affarijiet isiru sewwa," saħqet Farrugia. "L-għan tiegħi huwa li nlestih malajr kemm jista' jkun." Fakkret li d-dokument lanqas mhu se jkun finali meta jitlestew in-negozjati għax fl-aħħar mill-aħħar huma l-ħaddiema li se jivvutaw għalih. Diversi ħaddiema li tkellmu ma' din il-gazzetta saħqu li jixtiequ jkunu jafu fiex wasal dan il-ftehim għax minn meta skada baqgħu ma semgħu xejn, la mill-unjin u lanqas mit-tmexxija tal-Aġenzija. Fost affarijiet oħra, il- ħaddiema qed jinsistu li għandu jkollhom kundizzjonijiet aħjar tax- xogħol, fosthom paga aħjar li tkun tirrifletti r-responsabbilità li għandhom. Żewġ impjegati, li jaħdmu fi grad ta' support worker saħqu li paga ta' €1,200 fix-xahar ma tirriflettix ir-responsabbilità u x-xogħol li għandhom. Wieħed minn dawk li jaqbdu din il-paga ilu tmien snin jaħdem mal-Aġenzija Sapport. L-Aġenzija Sapport toffri diversi servizzi lill-persuni b'diżabilità u lill-familji tagħhom. L-għan tal-Aġenzija huwa li toffri sapport aktar minn kura, biex persuni b'diżabilità jgħixu ħajja kemm jista' jkun indipendenti u jkomplu jgħixu fil-komunità. L-Aġenzija Sapport kienet tifforma parti mill- Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali iżda saret aġenzija awtonoma f 'April tal-2016. Mingħand Kajfa għal għand Pilatu dwar il-ħaddiema tal-Aġenzija Sapport Minkejja li l-ftehim kollettiv għall-ħaddiema tal-Aġenzija Sapport skada fl -2016, la l-Gvern u lanqas l-Aġenzija ma wieġbu mistoqsijiet tal-ILLUM u tefgħu l-ballun f 'saqajn id-DOI Approved and issued by HSBC Bank Malta p.l.c. 116 Archbishop Street, Valletta VLT 1444 which is regulated by the Malta Financial Services Authority. Licensed to conduct investment services business by the Malta Financial Services Authority. www.hsbc.com.mt/fusion (Ref No.100763 – 3/18) Together we thrive Because when business and life move fast, you need the tools to easily manage your finances. This is HSBC Fusion. The combined service for your business and personal life. Find out more at hsbc.com.mt/fusion Free Internet Banking Mobile Banking Business Debit Card