Illum previous editions

ILLUM 1 APRIL 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/960498

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 31

illum | Il-Ħadd 01 ta' April 2018 23 TV/Ċinema DIN id-darba Steven Spielberg medd idu għal xogħol tax-xjenza fittizja fil-kategorija magħrufa bħala 'virtual reality' (realtà immaginattiva). Fil- futur, fl-2045 id-dinja tagħna hi post diffiċli li tgħix fiha wara ħerba globali. Fil-ftuħ, naraw liż-żagħżugħ Wade Watts (Sheridan) jgħaddi minn qalb ħafna tifrik ta' metall, ġebel, eċċ., li kważi jinblokka t-triq, biex imur f 'post jismu OASIS, fejn il-maġġoranza taċ-ċittadini jgħaddu ħinhom, biex jinsew il-miżerja ta' madwarhom. F'dan il-lokal, wieħed fl-immaġinazzjoni tiegħu jista' jmur fejn jixtieq, jagħmel li jrid u jassumi persuna jew pożizzjoni ta' dak li jixtieq. Ix-xjentist eċċentriku James Halliday (Rylance) ħalla l-fortuna kbira tiegħu u l-kontroll totali ta' OASIS lir-rebbieħ ta' kompetizzjoni maqsuma fi tliet partijiet, biex b'hekk isib werriet li jixraq. Watts jirnexxielu jirbaħ l-ewwel sfida ta' din it-tfittxija li tgħawweġ ir-realtà, flimkien ma' ħamsa minn sħabu. Għall- kumplament diffiċli ta' din l-intrapriża dawn isibu ruħhom f 'ħafna avventuri fantastiċi u f 'univers ta' skoperta mimli perikli. 'Ready Player One' hu bbażat fuq il-'bestseller' tal-istess isem ta' Ernest Cline. F'din il-produzzjoni mimlija azzjoni dwar dinja immaġinattiva diġitali, simili għall-film 'Avatar', jidher li ntefaq baġit enormi u dan hu ovvju għal kull minn jara dan l-ispettaklu superb. Ready Player One Atturi Ewlenin: Tye Sheridan; Olivia Cooke; Ben Mendelsohn; T. J. Miller; Simon Pegg; Mark Rylance. Direttur: Steven Spielberg. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 140 min. Ċert. 12A Carmel Bonnici Il-films għal din il-ġimgħa FL1964, f 'San Francisco saret ġlieda leġġendarja bil-kung fu bejn Bruce Lee u Wong Jack Man. L-udjenza kienet waħda żgħira ħafna, bil-bibien magħluqa u ħadd minnhom ma' qabel x'ġara eżatt u min rebaħ. Din it-taqtigħa bidlet l-istorja tal-arti marzjali. 'Birth Of The Dragon' hu ispirat minn din il-ġrajja. Dik is-sena, fil-kwartieri ta' Chinatown, f 'San Francisco, iż-żagħżugħ Bruce Lee (Ng) kien qed jaspira li jsir famuż bħala mgħallem tal-arti marzjali, kif ukoll bħala attur taċ-ċinema. Wara ftit, jasal ukoll f 'din il-belt il-leġġendarju ġellied Shaolin, Wong Jack Man (Yu), biex josserva l-progress tal-kung fu fl-Amerika. Id-diċerija kienet li dan l-imgħallem kien irrabjat ħafna għal Bruce Lee talli qed jgħallem din id-dixxiplina lin-nies tal-Punent. Lee, li għandu skola ta' studenti li jridu jitgħallmu l-arti marzjali, jħoss ruħu mhedded bil-preżenza ta' Wong u jistiednu għall-ġlieda kolossali għas- supremazija. It-Triad Ċiniżi (mafja) wkoll isiru jafu b'din il-ġlieda sigrieta. Fost l-istudenti ta' Lee hemm Steve McKee (Magnussen) li sar iħobb lil Xiulan (Qu) li sservi f 'ristorant u li tixtieq teħles mill-kontroll ta' zijitha, il-kattiva Auntie Blossom (Xing), kap ta' grupp tal-mafja Ċiniża. Il-kariżma ta' Bruce Lee, kważi ħamsin sena wara mewt ħesrem, għadha tiddomina u anki taspira l-produtturi tal-films. Phillip Ng jipprova mill-aħjar li jista' jimita l-ġesti u l-manjieri ta' Bruce Lee fl-azzjoni tal-ftit films li ħadem u mhux dejjem jikkonvinċi. Minn din il-ġlieda epika misterjuża li hawn min jgħid li damet tliet minuti biss, waqt li oħrajn isostnu li ġebbdet mal-25 minuta, Bruce Lee li wara xi snin addotta stil ġdid ta' arti marzjali, akkwista t-titlu ta' 'The Dragon'. Birth of the Dragon Atturi Ewlenin: Phillip Ng; Xia Yu; Simon Yin; Billy Magnussen; Jingjing Qu; Jin Xing. Direttur: George Nolfi. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 89 min. Ċert. 12A 'MONSTER Family' hu film animat, b'karattru bħal Dracula u bis-sefturi tiegħu friefet il-lejl. Madanakollu, din il-produzzjoni hi forma ta' kummiedja addattata għall-familja kollha. Fil-qalba ta' dan il-film li hu magħruf ukoll bħala 'Happy Family', insibu lill-familja Wishborne. Emma (vuċi ta' Waison) l-omm li tagħti l-impressjoni li għandha xorti ħażina tigri warajha meta fi triqtha lejn il-ħanut tal-kotba tagħha, l-isfortuni ma jonqsux. Ir-raġel Frank (Frost) tant jgħabbuh b'xogħol li kuljum jispiċċa bla enerġija fi stat ta' rqad. It-tifel Max hu l-mira tal-bulijiet fl-iskola u oħtu Fay (Brown Findley) hi vulgari, sarkastika u moħħha fis-subien. Meta bi żball Emma ċċempel lill-Konti Dracula (Isaacs) minflok il-ħanut tal-kostumi tal- mostri, dan il-vampir li hu mdejjaq waħdu, jieħu interess kbir fiha. Wara li l-familja liebsa l-kostum jattendu għaż-żfin, permezz tas- saħħara Baba Yaga (Catherine Tate) jinbidlu f 'mostri rinomati. Emma ssir vampira u Dracula tassew ikun ferħan. 'Monster Family' għandu animazzjoni vivida b'kuluri qawwijin, jiżvolġi b'enerġija furjuża, sikwit jaqleb minn sekwenza għall- oħra u viċi-versa, b'karattri li dejjem joħolqu xi tbissima. Il-ftuħ, bi tliet friefet illejl sfrenatament idoqqu l-orgni b'manija soda jissatirizza lill-film tal-biża' 'The Abominable Dr. Phibes' (1971), bl-attur Vincent Price. Din hi produzzjoni Brittanika/ Ġermaniża. Monster Family Vuċijiet Ewlenin: Emily Watson; Nick Frost; Jason Isaacs; Jessica Brown Findley; Celia Imrie. Direttur: Holger Tappe. Maħruġ minn Side Street Films, Eden cinemas. Tul: 96 min. Ċert. PG WIŻŻ kbir u żewġ papri orfni b'għajnejn kbar huma l-protagonisti tal-film ħelu animat tassew addattat għall-familji f 'dawn il-vaganzi tal- Għid, 'Duck Duck Goose'. Il-qofol ta' din il-produzzjoni hu vjaġġ skabruż f 'panorama ta' sbuħija naturali qalb muntanji u għadajjar, ġo foresti tal-qasab, għerien ta' rħam u widien baxxi bi xmajjar, li dan it-trio jkollhom jagħmlu. Peng (vuċi ta' Gaffigan), wiżż kbir, minħabba aċċident ma jkunx jista' jtir u jsib ruħu f 'komunità ta' żewġ gruppi ta' wiżż li jżommu għalihom. Ta' spirtu ndipendenti jħobb jgħix mingħajr ma jintrabat ma' ħadd. Imma wara li jsalva żewġ papri żgħar, ċkejknin u ħelwin, Chi u Chao (Zendaya u Lim) mill-minaċċi ta' Banzou (Proops), qattus feroċi li assolutament irid jaħtafhom, dawn iż-żewġ orfni jinkarmu miegħu qisu xi ġenitur. Bix-xitwa riesqa, iż-żewġ qatgħet ta' wiżż jittajru lejn postijiet aktar sħan, waqt li Peng u l-frieħ jitilqu fuq vjaġġ, bil-qattus dejjem isus warajhom biex jikolhom u bil- wiżż ma jridx juri li hu ferut u ma jistax itir. 'Duck Duck Goose' hu xogħol ġenjali għaż-żgħar, b'waqtiet sentimentali, umoristici u li jmissu l-emozzjoni. Duck Duck Goose Vuċijiet Ewlenin: Jim Gaffigan; Zendaya; Greg Proops; Lance Lim; Natasha Leggero. Direttur: Chris Jenkins. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 82 min. Ċert. U

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 APRIL 2018