Illum previous editions

ILLUM 1 APRIL 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/960498

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Il-Ħadd 01 ta' April 2018 | illum Sports 27 WILLIAMS - Lance Stroll u Sergey Sirotkin Team Williams ilhom ftit mhux ħażin ma jirbħu xi ħaġa f'dan l-isport. Huwa kkunsidrat bħala grupp stabbilit fix-xena tal-Formula 1 iżda minkejja kollox jidher illi waqt il-mumenti tal-prova qed jonqsu milli joħorġu l-aħjar tagħhom. Is-sewwieqa f'dan it-tim qed jisħqu illi jridu ż-żmien sabiex jidraw il-karozzi ġodda tagħhom. Dawn tal- aħħar huma fost l-iżgħar sewwieqa f'dan il-kampjonat b'Lance Stroll illi rnexxielu jilħaq il-podju b'mod ferm brillanti filwaqt illi Sirotkin sewa xi ftit tal-flus lit-tim u ħafna jittamaw illi għallinqas iġibu xi ftit minn dak li nefqu għalih. TORO ROSSO – Pierre Gasly u Brendon Hartley Ħafna jsibu dan it-tim bħala ħu ż-żgħir tar-Red Bull u għalkemm is-salarji li joħorġu jista' jkun illi joħorġu mill-istess but, mhux l-istess jista' jingħad għar-riżorsi illi m'għadhomx jinqasmu bejniethom. Minkejja kollox huwa fatt magħruf illi s- sewwieqa żgħazagħ tar-Red Bull kollha jibdew mat-Toro Rosso. Dan it-tim kien ukoll fl-aħbarijiet minħabba illi waqt l-ittestjar tal-karozzi matul din is-sena huma użaw magna Honda li fil- verita' poġġiet lil McLaren fil-parti t'isfel tal-klassifika. Kol- lox ma' kollox, it-tim Toro Rosso xorta rnexxielu juża din il-magna Ġappuniża b'suċċess waqt il-provi u l-istess sewwieqa ddeskrivewha bħala waħda kompettitiva. L-għajnejn tad-dilettanti tal-F1 ser ikunu fuq dan it-tim bil-għan illi l-istess Honda jkollhom staġun pożittiv ferm u aħjar milli kellhom mal-Mc Laren. MCLAREN – Fernando Alonso u Stoffel Vandoorne Mhux normali illi tara t-tim McLaren ferm 'l isfel fil-lista iżda wara tliet snin li xejn ma marru tajjeb, b'sewwieqa li bdew jirtiraw mill-grupp u b'wirjiet diżappuntanti fit-tlielaq dan kollu huwa r-realta' tal-lum il-ġurnata. It-tim ħa ħsieb illi jbiddel il-magna tiegħu għal waħda Renault. Xi titjib beda jidher dan l-aħħar iżda wieħed għad irid jara l-effiċjenza ta' din il- magna. F'dan l-istaġun it-tim reġa' mar għal għeruqu u qed juża' l-kulur oranġjo uffiċjalment. Ix-xewqa ta' ħafna parti- tarji tal-McLaren hi li ż-żewġ sewwieqa Alonso u Vandoorne jtellgħu lit-tim ak- tar 'il fuq fil-klassifika sabiex ma jiġix ripetut diżappunt ieħor. RENAULT –R.S. 18 - NicoHulkenberg 27 u Carlos Sainz 55 Dan it-tim għandu l-magna tiegħu u s-sidien Franċiżi isostnu illi huma qegħdin dejjem iżidu s-saħħa fil-ġiri tagħhom għalkemm ħafna huma tal-opinjoni illi l- magna mhux dejjem tkun qawwija biżżejjed. Iż-żewġ sewwieqa fit-tim għandhom talent ikbar u meta jiġu għall-mument tal- prova dejjem joħorġu b'wirijet tajbin. Ix-xewqa ta' Hulkenberg u Sainz hi dik li l-karozza li ser isuqu ma tiddiżappuntahomx. HAAS F1 TEAM – Romain Grosjean u Kevin Magnussen Dan it-tim huwa mlaqqam "The All American Dream"magħmul kol- lu kemm hu mill-Amerikani li għall-bidu kellhom l-għan illi jdaħħlu l-Ferrari fl-Istati Uniti għalkemm l-affarijiet ma marrux kif ippjanat. It-tim ingħata magni mhux daqstant ġodda filwaqt illi kellu żewġ sewwieqa, li minkejja l-esperjenza kollha li għandhom, sabu xi prob- lemi speċjalment fil-brejkijiet filwaqt illi ħafna ma setgħux jifhmu din il-konnessjoni Taljana mal-Ferrari. B'hekk dan huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-iktar timijiet inċerti illi madankollu kapaċi joffri sorpriżi jekk fil-ġurnata jkun fl-aqwa forma tiegħu. SAUBER – Marcus Ericsson u Charles Leclerc Sa fl-aħħar it-tim Żvizzeru reġa' jinsab parti mit-timijiet tal-F1 wara li kien hemm xnigħat illi jista' jxolji anke minħabba nuqqas ta' fondi. Kienet tkun ħasra għal dawk id-dilettanti ta' dan it-tim illi jitilfu isem prestiġjuż bħas-Sauber. Fl-aħħar minuta daħlu għalihom il-grupp Alfa Romeo biex jgħinu illi filwaqt illi ssieħeb magħhom Charles Leclerc illi jista' jkun il-persuna t-tajba li jġib is-suċċessi lil dan it-tim. Fadal ħafna x'naraw iżda s-sewwieqa tagħhom huma mimlija entużjażmu u dan kollu jista' jġib sorpriżi pożittivi.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 APRIL 2018