Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/960498
Il-Ħadd 01 ta' April 2018 | illum Sports 29 Delegazzjoni ta' Roma Club Malta ma' Radja Nainggolan Tattiċi interessanti u taqtiha iebsa f 'wirja tajba t-tellieqa tal-Mosta AF Sign Studio Cycling Club ILMOSTA AF Sign Studio Cycling Club laqgħet kważi mitt kompetitur fit-tellieqa annwali tagħhom ġewwa Haż-Żebbuġ nhar il-Ħadd. L-element kompetittiv kien ċar ħafna b'ħafna ċiklisti li kienu qed jgħamlu ħilithom biex jieħdu posthom fuq il- podji tal-kategoriji rispettivi tagħhom. Kollox ma'kollox kienet tellieqa b'ritmu mgħaġġel u b'wirjiet ta' tattiċi interessanti ħafna. Il-tellieqa ngħatat bidu bil-kategorija Taħt it-12 il- sena,li kellha rappreżentanza kbira mill-membri tal-Mosta Cycling Club Academy. Iċ- ċiklisti kellhom dawra waħda ta'4.5km, bil-podju tas- subien ġie magħmul minn Miguel Galea (Team Greens), Isaac Bonnici (Agones SFC) u Adam Camilleri (Mosta CC). Il-podju tal-Bniet kien magħmul miċ-ċiklisti tal- akkademja Mostija - Loralie Zammit, Martina Darmanin Tedesco u Anna Panzariu. Wirjiet tajbin ġew irreġistrati fil-Juniors, u il- kategoriji ta' Taħt l-14, u is-16 il-sena Taħt is-16 - (45km) - Il-podju kollu tal-Mosta Cycling Club, b'Nicol Micallef jirreġistra rebħa segwit minn Sean Enriquez u Sean Michael Darmanin. Taħt l-14 Subien - (18km) - Matthew Galea Pirotta (Mosta CC) kabbar id- distakk fit-tieni dawra għal rebħa komda fuq Gabriel Bonnici (Agones SFC) u Tristan Aquilina (Mosta CC). Taħt l-14 Bniet - (18km) - Kristina Spiteri (The Cyclist) kellha rebħa komda fuq iċ- ċiklisti tal-Mosta CC Justine Degiorgio u Bettina Falzon. Juniors - (72km): rebbieħ mhux ikkontestat, Isaac Spiteri (The Cyclist) meta Gianluca Camilleri ta' B'Kara St. Joseph kellu jieqaf f 'nofs it-tellieqa: Elite Il-Kategorija Elite rat il- klabbs lokali taċ-ċikliżmu rappreżentati. It-22 dawra taċ-ċirkwit ta' 99km, raw tentattiv miċ-ċiklista Serb Nebojsa Srcmac (The Cyclist) biex jikseb distakk fuq il- grupp iżda dan it-tentattiv ġie mwaqqaf minn Gerard Said tal-Mosta. Madankollu t-tieni tentattiv ta' Srcmac, din id-darba mgħejjun minn Graham Borg (The Cyclist), kien ta 'suċċess li ppermettilu jżomm postu fuq quddiem sal-aħħar nett. Madwar il-50km, iċ-ċiklisti tal-klabb Mosti, taw spinta sabiex jippruvaw inaqqsu id- distakk iżda ħabta li ġġarrab Nicholas Micallef, fixkel dan t-tentattiv. Srcmac u Borg spiċċaw it-tellieqa fl-ewwel u t-tieni post rispettivament. Fit-tielet post spiċċa Maurice Formosa (The Cyclist) meta hu rrnexxilu jgħeleb lil Etienne Bonello (Team Greens) b'sitt sekondi biss. Masters 40+ (54Km) - L-aqwa atleti f 'din il- Kategorija kienu jikkonsistu f 'grupp iżgħar mill- Kategorija Elite. Dan il- grupp baqa kompatt u spiċċa b'sprint fin b'marġini ta' 0.7 ta'sekonda mirbuħa minn Patrick Scicluna (Mosta CC) fuq Ivan Zammit (B'Kara St. Joseph) u Antoine Sultana (The Cyclist) Masters 50+ (45km) Bl- istess mod, din il-kategorija baqgħet kompatta il-ħin kollu, b'ċiklisti tal-klabb Mosti jieħdu l-ewwel tlett postijiet fuq il-podju. Din il-kategorija rat ir-ritorn ta' Mark Schembri wara assenza ta' sentejn fiċ-ċikwit kompettitiv. Schembri ta wirja tajba sabiex rebħa f 'sprint fuq Michael Lia u Steve Mifsud. Nisa (67km) - Din il- kategorija rat parteċipazzjoni tajba u uċuħ ġodda fuq ir- rotta. Marie Claire Aquilina (Team Greens) kompliet turi il-kapaċita tagħha meta hi kellha rebħa komda fuq il-membri tat-tim tagħha Michelle Vella Wood u Danica Bonello Spiteri. "Is-suċċess tat-tellieqa tal-lum ma kienx biss immarkat mill-ammont kbir ta' kompetituri, iżda wkoll mil-livell ta' parteċipazzjoni u prestazzjonijiet li rreġistraw iċ-ċiklisti tal- Akkademja tagħna. Dan juri li l-istrateġija tal- Club biex tibni l-isport u tiżviluppa ċiklisti tal-futur qed tagħti frott" spejga Edward Enriquez, Segretarju tal-Mosta AF Sign Studio Cycling Club "Din it- tellieqa kienet waħda xi ftit emozjonanti għall-Club tagħna minħabba li wieħed mill-membri tagħna, Emmanuel Camilleri, ħasehem fl-aħħar tellieqa tiegħu, meta hu ħabbar li ser jirtira wara karriera illustra ta' ħamsin sena fuq iċ-ċirkwit, kemm fuq livell ta' klabb u dak ta' tim nazzjonali". Mosta AF Sign Studio Cycling Club xtaq jirringrazja lill-klabbs kollha li pparteċipaw, l-isponsors, volunteera, Pulizija ta 'Malta - Sezzjoni tat-Traffiku, Pulizija ta' Qormi, Staff Mediku u Ambulanza minn Global Security, Transport Malta u Kunsill Lokali ta' Zebbug. Uħud miċ-ċiklisti li pparteċipaw t-Tellieqa Masters 40+ Ritratti - Angie Conti Faċli għal Marsa St Michael IĊCHAMPIONS Marsa St Michael laħqu lil-leaders tal-klassifika tal-Ewwel Diviżjoni tal-MAFA Valletta St Pauls għalkemm b'logħba aktar meta ftit sabu diffikulta' sabiex jegħlbu lit-tim tal- qiegħ Fleur de Lys CFK bl- iskor ta' 4-1. Dawn it-tliet punti waslu lejliet il-konfront ferm importanti u mistenni li ser jintlagħab bejniethom fl-14 t'April li ġej fejn hemmhekk jiġi deċiż min ser jirbaħ il- kampjonat għal dan l-istaġun. Xejn inqas minn rebħa ma tissodisfa lis-St Michael jekk iridu jżommu x-xettru ta' champions. Sadanittant din kienet l-unika logħba li ntlagħbet matul tmiem din il-ġimgħa wara li fil-jiem illi għaddew Valletta Stars ġew imwaqqfa milli jkomplu jieħdu sehem fil-MAFA wara li taw żewġ walkovers konsekuttivi filwaqt illi Sta Lucia Falcons infurmaw lid-diriġenti ta' din l-assoċjazzjoni illi huma rtiraw mill-kompetizzjoni. B'hekk il-kampjonat ġie ridott għal erba' timijiet biss li huma Valletta St Pauls, Marsa St Michael, Senglea Gunners u Fleur de Lys CFK. Fil-partita tas-Sibt, Marsa St Michael għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari sa mill-bidu hekk kif ħarġu ferm aggressivi f 'din il-partita u wara żewġ azzjonijiet perikolużi ma kinitx sorpriża illi marru fil-vantaġġ permezz tal-aqwa skorer tal-kampjonat Ricardo Severino. Marsa baqgħu l-aħjar u rdoppjaw l-iskor fit-33 minuta grazzi għall-gowl ta' Ryan Gafa biex iż-żewġ timijiet marru jistrieħu b'Marsa 2-0 minn fuq. Fit-tieni taqsima, il-pjan tal- logħba qajla nbidel u kienu St Michael illi għamluhom tlieta meta Ricardo Severinodaħal tajjeb u b'xutt tajjeb għeleb lill-gowlkiper ta' Fleur de Lys. Dan kien l-14-il gowl illi skorja l-attakkant Brażiljan. Fil-61 minuta, ic- championsskorjaw ir-raba' gowl meta wara xogħol tajjeb ta' Mohammed Elamari illi baqa' jinsisti mal-linja leminija u kkrossja fil-baxx fejn sab lil Robert Perkins illi minn żewġ passi bogħod spara l-ballun fix-xibka. Fleur de Lys kellhom is-sodisfazzjon illi jnaqqsu l-marġni tal- iskorproprju fl-aħħar minuta tal-logħba meta wara kontrattakk veloċi difensur Marsi waqqa' lill-attakkant ta' Fleur de Lys sabiex ir-referi CJ Saliba ordna penalty. Mill-ħdax –il metru kien Edward Vella li tefa' l-gowlkiper naħa u l-ballun naħa oħra sabiex skorja l-gowl tal-bandiera għat-tim tiegħu. B'din ir-rebħa, Marsa St Michael jħarsu b'ottimiżmu kbir għall-konfront jaħraq illi għandhom kontra Valletta St Pauls u jittamaw illi jkomplu għaddejjin minn il-vena pożittiva. Skor finali: Fleur de Lys CFK 1 Marsa St Michael 4 Referi kien CJ Saliba. KLASSIFIKA L-EWWEL DIVIŻJONI: Valletta St Pauls, Marsa St Michael 21, Senglea Gunners 10, Fleur de Lys 4 Ringrazzjament speċjali għal dan l-artiklu jmur għal Robert Busuttil. It-tim ta' Marsa St Michael Ritratti - Warren Sammut