Illum previous editions

ILLUM 1 APRIL 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/960498

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

illum | Il-Ħadd 01 ta' April 2018 Sports 30 KIF bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-isnooker? Missieri kien jilgħab l-isnooker il- Każin ta' San Ġużepp Ħaż-Żebbug u fil-weekends kien jeħodni miegħu u kont noqgħod nilgħab fuq il-billiard minħabba li kont għadni żgħir. Niftakar bejn frame u ieħor kont immur niġri nilgħab żewġ kolpi sakemm itellgħu l-boċċi. Allaħares tiġi xi ġurnata fil- weekend u ma mmurx nilgħab għax tgħidx kemm kont nagħmel nervi. Wara ftit żmien missieri flimkien ma' sħabu ndunaw bil-potenzjal li kelli u ddeċidew li meta nkun hemm jien jieqfu jilagħbu s-snooker u jħallu lili nilgħab. KIF irnexxielek tiżviluppa l-ħiliet tiegħek f 'dan l-isport illi tant tħobb? Wara xi tliet snin nittrenja l-każin, ta' xi 14-il sena ġie ħabib tiegħi, Saviour Borg, u ħeġġiġni biex ningħaqad mal-MBSA - Malta Billiard Snooker Association. Jien aċċettajt u dħalt fil- kategorija tal-Under 16. Niftakar li lanqas kont għaddejt mill- grupp dik is-sena imma ma qtajtx qalbi. Iddeċidejt li trejning fil-weekends biss mhuwiex biżżejed, u niftakar għamilt sagrifiċċju kbir u bdejt ninżel kuljum fis-sajf. B'dak it-trejning li ġbart, fl- istaġun ta' wara rnexxieli nirbaħ l-Under 16, finalist tal-U21 kif ukoll finalist fl-Ewwel Diviżjoni fejn ġejt promoss għall-Premier u sirt l-iżgħar plejer li qatt lgħabt f 'dak il-livell hawn Malta. KEMM sibtha diffiċli taqleb għall-ħajja ġdida meta bdejt tgħix l-Ingilterra fejn hemmhekk kont tiġi kkowċjat mil- leġġenda Maltija, Tony Drago? Minn dejjem ridt li xi darba jew oħra nitla' l-Ingilterra nilgħab l-isnooker minħabba l- faċilitajiet u opportunitajiet, u hekk għamilt. Wara li spiċċajt il-Form 5, mort naħdem ħalli nfaddal naqra flus u wara xi sena zijuwi rranġali biex immur noqgħod għand wieħed Malti li jgħix hemmhekk. Jien ħtaft l-opportunità u qtajt one way ticket għall-Ingilterra. Ma kinitx faċli nħalli lill- familja warajja meta kelli biss 17-il sena. Hemmhekk iltqajt għall-ewwel darba ma' Tony Drago u sirna ħbieb. Kemm għenek Tony Drago fil-karriera tiegħek? Ovvjament Drago kien ta' għajnuna kbira għalija. Trid tqis li kollox kien ġdid għalija. Il-fatt li Tony kien joqgħod ħames minuti biss 'il bogħod minni, kien ta' vantaġġ kbir għalija, u b'hekk stajt insir naf l-Ingilterra iktar malajr miegħu. Huwa laqqgħani mal-aqwa players tal- isnooker fid-dinja bħal mhuma Ronnie O'Sullivan, Stephen Hendry, Jimmy White, u ħafna iktar. Ma' Drago kont nittrenja kuljum u b'hekk il-livell tiegħi ogħla minħabba li kont qed nittrenja ma' plejer b'talent kbir u ta' esperjenza. Bosta jsemmu li fil-futur int ukoll tista' tilħaq il-livell tiegħu. X'taħseb? Jien ukoll nemmen li nista' nilħaq ċertu livell professjonali, iżda mhuwiex faċli xejn. Nibdew billi nsemmu li ċ-ċansijiet 'Nemmen li nista' nilħaq ċertu Cristian Antony Muscat Brian Cini - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-isport tal-isnooker f 'pajjiżna f 'dawn l-aħħar snin u li m'hemmx dubju li għandu futur mill-isbaħ quddiemu fejn jista' jkun li jaqleb professjonali ż-żmien li ġej. "Nemmen li l-aktar ħaġa importanti fil-logħba tal-isnooker huwa l-moħħ. Trid tkun mentalment b'saħħtek biżżejed biex tegħleb lill-plejer avversarju. L-isnooker huwa wieħed mill-aktar sports diffiċli li hawn. Jekk toqgħod tinnota fi sports oħra meta tkun qed titlef xorta tibqa' tilgħab, bħal pereżempju futbol, darts, tennis u oħrajn. Fl-isnooker waqt li tkun qed titlef inti tkun bilqiegħda taħseb fuq is-siġġu."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 APRIL 2018