Illum previous editions

ILLUM 1 APRIL 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/960498

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Il-Ħadd 01 ta' April 2018 | illum Sports 31 biex taqleb professjonali huma limitati ħafna kull sena. Dan filwaqt li jekk taqleb professjonali wara sentejn jekk minn 128 ma tidħolx fl-64 terġa' taqa'. Ma ninsewx li tkun qed tilgħab mal-aqwa plejers mondjali. Nemmen ukoll li jekk ma tgħinekx naqra x-xorti ma tasalx! Ftit tal-ġimgħat ilu, ħadt sehem fil-Kampjonati Ewropej tal-isnooker fil-Bulgarija. Iddeskrivi l-esperjenza li kellek f 'dawn il-Kampjonati. Fil-grupp irnexxieli nirbaħ il-logħob kollu u kklassifikajt fil-15-il post minn 135 plejer. Fl-aħħar 64 irbaħt logħba bilanċjata ħafna kontra Antonis Poullos ta' Ċipru bl-iskor ta' 4-3, fl- aħħar 32 irnexxieli nirbaħ lil Noel Landers tal-Irlanda bl- iskor ta' 4-2, u sfortunatament tlift 5-3 fl-aħħar 16 kontra l-plejer ta' Wales, Jamie Clarke. Kienet esperjenza sabiħa overall u nemmen li 'l quddiem meta f 'pajjiżna jkollna l-akkademja tal-isnooker inkunu nistgħu nġibu riżultati aħjar f 'dawn it-tournaments minħabba li jkollna kundizzjonijiet simili bħal ta' barra. Kif rajt il-logħba tal-isnooker tinbidel matul l-aħħar snin f 'Malta għalkemm għadek ta' età relattivament żgħira? Niftakar li fil-bidu li bdejt nintgħażel ma' Malta għall- Kampjonati ta' barra minn Malta, ma kinitx faċli biex ikollna finanzi biżżejjed biex insiefru. Mhux l-ewwel darba li kellna noħorġu l- flus minn butna. Iżda grazzi għal SportMalta u l-MBSA, f 'dawn l-aħħar snin qatt ma kellna problemi biex insiefru. Jekk Alla jrid, dalwaqt SportMalta ħa tkun qed tiftaħ akkademja tal- isnooker fejn b'hekk il-logħba tkun tista' tkompli tikber ġewwa pajjiżna. X'inhi l-iktar ħaġa importanti li għandu jkollu plejer tal- isnooker? Nemmen li l-aktar ħaġa importanti fil-logħba tal- isnooker huwa l-moħħ. Trid tkun mentalment b'saħħtek biżżejed biex tegħleb lill-plejer avversarju. L-isnooker huwa wieħed mill-aktar sports diffiċli li hawn. Jekk toqgħod tinnota fi sports oħra meta tkun qed titlef xorta tibqa' tilgħab, bħal pereżempju futbol, darts, tennis u oħrajn. Fl-isnooker waqt li tkun qed titlef inti tkun bilqiegħda taħseb fuq is-siġġu. Affarijiet bħal kif tpoġġi jdejk, titfa' saqajk, fejn timmira u ħafna oħrjan ma nemminx bihom għax jekk tara l-plejers professjonali kollha jilagħbu mod differenti. Min taħseb illi hu l-plejer numru wieħed tal-isnooker fid- dinja bħalissa? Nemmen li Ronnie O'Sullivan kien u għadu l-aqwa plejer tal-isnooker li qatt rat id-dinja u li żgur mhux ħa jkun hawn bħalu. Huwa plejer li għandu wisq talent naturali u iebsa ħafna biex tirbaħlu meta jkollu moħħu kkonċenrat. Il-plejer favorit tiegħi huwa Judd Trump għax jogħġobni ħafna l-istil ta' logħba li jilgħab. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek f 'dan l-isport? Il-futur tiegħi jidher wieħed pożittiv. Ftit tal-ġimgħat ilu ħadt sehem fil-Gibraltar Open. Tina iktar dettalji. Fil-Gibraltar Open, lgħabt ma' Dan Barnsley fl-ewwel logħba fejn irbaħt bl-iskor ta' 4-2. It- tieni logħba kienet ftit faċli fejn ġejt ma' Francis Becerra ta' Ġibiltà u rbaħt bl-iskor ta 4-0. L- aħħar logħba biex nikkwalifika ma tantx kienet faċli meta ltqajt ma' Jackson Page ta' Wales fejn tlift bl-iskor ta' 4-2. U ftit jiem wara ħadt sehem ukoll fil-World Snooker Federation Tournament f 'pajjiżna stess. X'kienu r-riżultati li ksibt f 'dan it- Tournament? Fil-World Snooker Federation Tournament irnexxieli nirbaħ tliet logħbiet minn erbgħa fil- grupp fejn tlift ma' Darren Morgan 3-2 biex b'hekk spiċċajt it-tieni fil-grupp. Fl-aħħar 54 irbaħt lil Frans Mintoff 4-2, fl-aħħar 32 ġejt ma' Kishan Hirani ta' Wales fejn kien f 'forma tajba ħafna biex rebaħli 4-2. Nixtieq nirringrazzja lill-organizzaturi kollha ta' dan it- tournament u dawk kollha li ġew jissapportjawni matul il-ġimgħa kollha. Nixtieqek tgħaddili l-aħħar messaġġ tiegħek lil dawk iż- żgħażagħ illi jixtiequ jaqbdu karriera fis-snooker. Lil dawk iż-żgħażagħ / tfal li jixtiequ jibdew dan l-isport, issa huwa ċ-ċans perfett biex tibda, minħabba li qabel ma kellniex akkademja u ħafna ġenituri ma kinux iħallu lit-tfal tagħhom jilagħbu minħabba li l-uniku post fejn stajt tilgħab fil-kampjonat Malti huwa ġol-każini. Fl- akkademja ħa jkun hemm ukoll kowċing biex b'hekk iż-żgħażagħ jiġu mħarrġa b'mod tajjeb. Ritratti: James Bianchi ċertu livell professjonali' Huwa wieħed mill-aqwa plejers li pproduċa l-isport tal-isnooker f 'pajjiżna f 'dawn l-aħħar snin Għandu futur mill-isbaħ quddiemu fejn jista' jkun li jaqleb professjonali ż-żmien li ġej. Riċentament ħa sehem l-Gibraltar Open u l-World Snooker Federation Tournament. Brian Cini "Nemmen li 'l quddiem meta f 'pajjiżna jkollna l-akkademja tal-isnooker inkunu nistgħu nġibu riżultati aħjar f 'dawn it-tournaments minħabba li jkollna kundizzjonijiet simili bħal ta' barra."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 APRIL 2018