Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/960498
5 Il-Ħadd 01 ta' April 2018 | illum Aħbarijiet Il-Gvern jikkunsidra li jneħħi l-iskemi ta' parkeġġ għar-residenti Mal-ILLUM, il-Ministeri responsabbli mit-Trasport u mill-Kunsilli Lokali u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali ma ċaħdux din il-possibbilità ILGAZZETTA ILLUM tinsab infurmata li l-Gvern qed jikkunsidra li jwaqqaf l-iskemi ta' parkeġġ ikkontrollat fil-lokalitajiet kollha, ħlief fil-Belt Valletta. L-għan ta' dawn l-iskemi huwa li jiżdied il-parkeġġ għar-residenti. Sorsi infurmati sewwa qalu li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn il- Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u anke l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali dwar din il-possibbilità. Dan ifisser, li jistgħu jitneħħew għal kollox l-iskemi ta' parkeġġ ikkontrollat, jiġifieri l-parkeġġ bl-arloġġ u b'ħinijiet stabbiliti. F'dawn il-każi, għar-residenti li jkun inħarġilhom permess mill-Kunsill Lokali, dawn ir-restrizzjonijiet ma jkunux japplikaw. L-ILLUM bagħtet għadd ta' mistoqsijiet lill-Ministeru għat-Trasport u anke lill- Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, tistaqsi jekk hux minnu li se jkunu qed jitneħħew il-parkeġġi riservati għar-residenti, x'wassal biex tkun ikkunsidrata din il-possibbilità u x'qed ikun propost li jsir minflok dawn l-iskemi. La l-Ministeru u lanqas l-Assoċjazzjoni ma ċaħdu li qed jiddiskutu l-possibbilità li jitneħħew l-iskemi għall- parkeġġ tar-residenti u qalu biss li għaddejjin id- diskussjonijiet. Il-Ministeru għat-Trasport qal li qed jiddiskuti mal- Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u "la darba jkun hemm iktar informazzjoni, ser tiġi kkomunikata lill-midja u lill- pubbliku." Min-naħa tagħha, l-Assoċjazzjoni saħqet li se tkun qed tiddiskuti mal-Kunsilli Lokali u mal- Ministru kkonċernat fi żmien li ġej. Mistoqsija x'inhi l-pożizzjoni tagħha, l-Assoċjazzjoni saħqet li mhux f 'pożizzjoni li twieġeb dawn il-mistoqsijiet "biex ma tippreġudikax l-istess diskussjonijiet" u li se tkun qed tikkomunika lill-midja meta jkollha pożizzjoni uffiċjali. L-ILLUM bagħtet l-istess sett ta' mistoqsijiet lill-Ministeru responsabbli mill-Kunsilli Lokali li lanqas ma ċaħad li l-Gvern qed jikkunsidra li jneħħi l-parkeġġ tar-residenti. Qal biss li "ladarba jiġu eżawriti d-diskussjonijiet, wieħed ikollu pożizzjoni ċara dwar dan." Il-lokalitajiet li fihom japplikaw l-iskemi ta' parkeġġ ikkontrollat, huma stabbiliti fil-Leġislazzjoni Sussidjarja, Regolamenti dwar Skemi ta' Parkeġġ Ikkontrollat, skont l-Avviż Legali 293 tal-2011 emendat fl-2009 u fl-2011. Jekk jitneħħew l-iskemi ta' parkeġġ għar-residenti, il- lokalitajiet affettwati se jkunu: Il-Birgu, ir-Rabat (Għawdex), Ħal Balzan, il-Furjana, il-Fontana, Ħal Għaxaq, il- Ħamrun, l-Iklin, il-Mellieħa, il-Mosta, l-Imsida, in-Naxxar, il-Pietà, San Ġiljan, San Ġwann, San Pawl il-Baħar, is- Swieqi, Ta' Xbiex u Pembroke. Kif stipulat, il-Kunsill Lokali joħroġ permess lil dawk ir-residenti u s-sidien ta' vetturi rreġistrati validament li jkunu joqogħdu fiż-żona kkontrollata. Ir-residenti għandhom jissodisfaw il-kriterji stabbilliti u anke jwaħħlu l-permess fuq in-naħa tax-xellug tal- windscreen tal-vettura. Skont l-Avviż Legali "huwa resident kull min ikun is-sid jew is-sewwieq ta' vettura li li jkun joqgħod f 'xi fond ġewwa żona kkontrollata għal 186 ġurnata jew iktar f 'sena..." Il-parkeġġ fil-Belt Valletta mhuwiex irregolat mill-istess Avviż Legali u għaldaqstant, jekk jitneħħew l-iskemi ta' parkeġġ ikkontrollat, dan mhux se jaffettwa l-parkeġġ fil-Belt Valletta. Mal-ILLUM, is-Sindku Alexiei Dingli spjega li l-parkeġġ fil-Belt Valletta huwa rregolat direttament minn Transport Malta, li peress li hija Awtorità, ma jkunx hemm bżonn li jinħareġ Avviż Legali. Lura fl-2013, kienet qamet kontroversja sħiħa f 'Tas- Sliema hekk kif il-Gvern kien diġà ħa passi simili u neħħa l-iskema ta' parkeġġ ikkontrollat li kienet għadha kemm ġiet introdotta mill- Kunsill Lokali ta' din il- lokalità. L-iskema kienet ġiet sospiża wara azzjoni industrijali mill-Unjin Maltija tal- Għalliema (MUT) li kienet ordnat lill-għalliema kollha f 'Tas-Sliema biex jidħlu għax-xogħol siegħa tard. L-MUT kienet saħqet li l-iskema kienet se żżid il- problema tal-parkeġġ għall- għalliema kollha li jaħdmu fis-sitt skejjel f 'Tas-Sliema. Minkejja li l-Kunsill Lokali kien insista li beda din l-iskema wara li kellu l-permessi kollha meħtieġa minn Transport Malta u anke skont l-Avviż Legali tal-2009, il-Gvern kien issospenda l-iskema. Il-Gvern kien saħansitra daħħal fis-seħħ Avviż Legali ieħor li skont il-Kunsill Lokali kien sar speċifikament biex ineħħi d-dritt tiegħu li jimplimenta din l-iskema. Michael Briguglio, dak iż-żmien Kunsillier ta' Tas- Sliema f 'isem l-Alternattiva Demokratika kien saħaq li l-iskema Slimiża ma kellha xejn differenti minn skemi oħra f 'lokalitajiet oħra u għalhekk kien insista li biex ikun konsistenti, il-Gvern kellu jissospendi l-iskema fil- lokalitajiet l-oħra wkoll. L-iskema kif kienet introdotta f 'Tas-Sliema kienet applikata għal 50% tal-parkeġġ kollu fil-lokalità. Min mhux resident f 'Tas- Sliema, ma setax jipparkja għal aktar minn sagħtejn bejn it-8am u d-9pm. ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Il-Birgu, ir-Rabat (Għawdex), Kunsill Lokali ta' din il-