Illum previous editions

ILLUM 1 APRIL 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/960498

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

7 Il-Ħadd 01 ta' April 2018 | illum Aħbarijiet Malta u waħda fir-Renju Unit. Hawn Malta għamluli pajp biex ineħħu l-ilma, imbagħad fit-tieni operazzjoni għamlu bħal pont bejn naħa u oħra ta' moħħi biex ikun jista' joħroġ l-ilma li trabbieli. Imbagħad għamluli wkoll apparat biex l-ilma jmur fih." Sven, li jidher illi ġie infurmat u kien jaf kull dettall tal-proċess kollu u li jitkellem dwaru daqslikieku qed jitkellem dwar l-aktar ħaġa normali, kompla jispjega kif kieku ma seħħx dan il- proċess kollu ma kienx ikun jista' jsiefer biex jieħu l-kura, minħabba l-pressjoni tal- ilma. Sven, flimkien mal-familja, imbagħad mar il-Ġermanja fejn ingħata trattament biex t-tumur ma jibqax daqstant aggressiv. Sharon tgħid lil din il-gazzetta illi wara t-trattament fil-Ġermanja, it-tobba qalulhom li kollox sew għalkemm se jibqa' jsir moniteraġġ. "S'issa imma r-riżultati juru illi kollox sew, s'issa r-riżultati huma pożittivi," tgħid Sharon b'dik in-nofs tbissima, sinjal ta' tama illi l-ħażin u l-uġigħ issa għadda. Hi tispjega fid-dettall il- mumenti illi fihom t-tobba infurmaw lilha u lil żewġha, illi Sven għandu tumur. "Meta tawna l-aħbar, dak il-ħin ma stajt nimmaġina xejn aktar, qisni lanqas kont qed neżisti," tgħid l-omm issa viżibilment imnikkta. "Tħoss id-dinja se taqa' fuqek." "Malli qalulna li se noperawh barra mill-pajjiż, morna għand Puttinu u minn hemmhekk vera sibna tant għajnuna," tgħid Sharon. U x'inhi l-aktar ħaġa li Sven se jibqa' jiftakar l-aktar? Huwa jispjega kif minkejja kollox hu 'gawda' wkoll minn dan il-perjodu. "Kien perjodu li gawdejt minnu. Waqt li kont qiegħed il- Ġermanja sħabi tal-iskola kienu jibagħtuli l-homework kuljum. Malli nżilna lura Malta għamilt l-eżamijiet u vera mort tajjeb," spejga b'ċertu kburija Sven. Il-messaġġ ta' Sven huwa ċar; "Taqtgħux qalbkom. Ibqgħu b'saħħitkom. Iktar kemm xi ħadd itik appoġġ, iktar aħjar. Meta tfieq tkun kburi li fieqt speċjalment grazzi għal dawk li tawk tant appoġġ." U xi jfisser Puttinu għal Sven? "Puttinu għamel ħafna u ħafna differenza. Tawna għajnuna kbira. Puttinu għalina saru qishom it-tieni familja tagħna." U lil min l-aktar li jixtieq grazzi, Sven? "L-akbar grazzi nixtieq nagħtiha lill-Puttinu għax qed jgħinu tant tfal biex ifiequ." Sharon ukoll tirringrazzja lill-Puttinu li illum saru parti mill-familja ta' Sharon u Sven. Nitilqu mid-dar ta' Sven u ommu Sharon, għalkemm xi ftit emozzjonati minħabba r-realtajiet li għaddiet minnhom din il-familja, xorta impressjonati b'kemm familja li għaddiet minn daqstant problemi tista' xorta ssib is-saħħa li tkun pożittiva u magħquda. Imma apparti l-għaqda fil- familja, il-ġenituri ta' Sven, ħu Sven u Sven innifsu ma kinux jaffaċċjaw l-isfidi b'daqshekk kuraġġ daqs kemm fil-fatt iffaċċjaw kieku ma kienx hemm Puttinu qed jgħin. Minkejja li għaddiet il- Ġimgħa l-Kbira u n-nies diġà taw id-donazzjoni tagħhom Puttinu jibqa' hemm u jibqa' l-bżonn tal-għajnuna lil dawk kollha li tant jeħtiġuha. Tinsewx, li lbieraħ kien Sven u għada tista' tkun int. ibni ħassejt id-dinja se taqa' fuqi' Electronic Public Procurement System (ePPS) SESSJONI TA' INFORMAZZJONI għal dawk l-operaturi interessati fil-Konsultazzjoni Preliminari dwar l-għoti ta' servizz ta' trasport għall-iskejjel statali, tal-Knisja u dawk indipendenti Data Is-Sibt 7 ta' April 2018 Ħin 10.00 Post L-Iskola tal-Arti Performattiva u l-Viżwal, u l-Viżwal, Triq Joseph Abela Scolaro, Il-Ħamrun

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 APRIL 2018