Illum previous editions

ILLUM 1 APRIL 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/960498

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

9 Il-Ħadd 01 ta' April 2018 | illum Aħbarijiet l-aktar li jaħsbu li l-Knisja mhix influwenti Kattolika m'għandha ebda saħħa, b'6.6%. Min-naħa l-oħra 4.3% tal-Laburisti jew dawk li vvutaw lill-PL fl-2017. L-ogħla persentaġġ ta' nies li jemmnu illi l-Knisja m'għandhiex influwenza fuq is-soċjetà huwa fost votanti tal-AD, b'19.3%. Tal-Kottonera... l-aktar li jaraw Knisja effettiva ħafna Dawk li jgħixu fiż-żona tan-Nofsinhar tal-Port, li tinkorpora fiha l-Kottonera u l-lokalitajiet tal-madwar, huma l-aktar li jemmnu illi l-Knisja hija influwenti ħafna fuq is-soċjetà Maltija. Fil-fatt huma prattikament wieħed minn kull erba', jew 24.8%, illi wieġbu illi l-Knisja hija effettiva u influwenti. Dan jikkuntrasta mat-13.2% f 'Għawdex u 13.8% fin- naħa ta' fuq tal-Port, jew il-lokalitajiet li jinkorporaw Tas-Sliema u dawk viċin. Minkejja dan tajjeb li wieħed jiċċara mill-ewwel illi 82.8% ta' dawk li pparteċipaw u jgħixu Għawdex jemmnu li l-Knisja hija influwenti, għalkemm mhux 'ħafna'. Dan ifisser li 96% tal- Għawdin jemmnu li l-Knisja hija b'xi mod influwenti. Huma biss 4% tal-Għawdxin li jaħsbu li mhix. 93% ta' dawk li jgħixu fin- naħa ta' fuq tal-Port jemmnu li l-knisja hija influwenti, filwaqt li 97.2% ta' dawk li jgħixu fil-Lbiċ ta' Malta jemmnu li l-Knisja hija infulwenti (17.3% - ħafna u 79.9 % - la ħafna u lanqas ftit). L-ogħla persentaġġ ta' nies li jemmnu illi l-Knisja ftit li xejn hija influwenti huwa fil-Punent tal-pajjiż, b'14.3%. Dan l-istħarriġ juri illi minkejja referendum dwar id-divorzju li ntilef minn dawk li opponewh, primarjament il-Knisja u minkejja l-introduzzjoni mingħajr wisq problemi ta' diversi liġijiet u bidliet li l-Knisja opponiet (żwieġ bejn persuni tal-istess sess...) il-poplu xorta jħoss li l-Knisja Kattolika għad għandha influwenza fuq is- soċjetà Maltija. Dan l-istħarriġ jista' juri wkoll kemm se jkollha saħħa l-Knisja f 'każ illi d-dibatittu dwar l-introduzzjoni jew id-dikriminalizzazzjoni tal- abort jaqbad momentum. Apparti kwistjonijiet leġislattivi u purament politiċi, il-Knisja hija preżenti ħafna fil- komunitajiet Maltin permezz ta' diversi avvenimenti u għaqdiet, primarjament dawk relatati mal-festi, mal- Ġimgħa l-Kbira u l-Għid u ma' avvenimenti oħrajn marbutin mal-komunità. Apparti dan imma l-Knisja hija direttament preżenti permezz ta' diversi għaqdiet bħal Caritas u residenzi bħad-Dar tal-Providenza illi huma viżibbli ħafna u li jagħtu għajnuna kbira lill-foqra u dawk kollha li għandhom diżabilità. Dan jista' jfisser illi lil hinn mill-influwenza tal- Knisja fuq il-midja u fuq kwistjonijiet strettament etiċi, morali u/jew politiċi l-preżenza tal-Knisja Kattolika f 'kull qasam tas-soċjetà Maltija għadha tagħmilha istituzzjoni li tidher b'saħħitha u li allura għandha effett u influwenza kbira fuq il-poplu Malti. Metodoloġija Dan l-istħarriġ sar bejn nhar l-Erbgħa 21 ta' Marzu 2018 u nhar it-Tlieta 27 ta' Marzu. Ipparteċipaw b'kollox 553 persuna. L-istħarriġ sar ukoll skont il-ġeneru, l-età u r-reġjun bl-użu ta' data mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Il-marġinu ta' żball huwa ta' madwar 4.2%. Il-parti l-oħra tal-istħarriġ qed tkun ippubblikata fuq il-gazzetta Maltatoday. Kattolika m'għandha ebda tan-Nofsinhar tal-Port, li Tas-Sliema u dawk viċin. Minkejja dan tajjeb li wieħed Il-Maltin għadhom jemmnu illi l-Knisja f 'Malta hija influwenti It-tliet mexxejja tal-Knisja Kattolika f 'Malta fl-aħħar 10 snin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 APRIL 2018