Illum previous editions

ILLUM 1 APRIL 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/960498

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

illum | Il-Ħadd 01 ta' April 2018 Intervista 12 I llum il-Maltin qed jingħaqdu mal-kumplament tad-dinja Kristjana sabiex jiċċelebraw, kemm b'mod liturġiku kif ukoll permezz ta' festeġġjamenti, l-Għid il-Kbir. Il-qawmien ta' Sidna Ġesù Kristu mill-mewt. Propju jumejn qabel din il-ġurnata mimlija ferħ, ewforija u pranzar, diversi bliet u rħula madwar Malta jikkommemoraw b'mod uniku l-Passjoni ta' Kristu dan permezz ta' purċissjoni li jieħdu sehem ha l-eluf. B'kollox, din il-purċissjoni tiġi mtella' f '17-il lokalità differenti u nistgħu ngħidu li kull purċissjoni differenti għandha karatteristiċi uniċi. Fid-dawl ta' din id-data importanti fil-kalendarju kulturali Malti, din il- gazzetta żaret il-Knisja tal-Franġiskani Minuri jew kif hija magħrufa aħjar mal-Maltin il-Knisja ta' Ġieżu li hi ddedikata lill-Kurċifiss Imqaddes u li ta' kull sena tiġbed eluf ta' devoti. Skont rakkonti storiċi, il-purċissjoni tal- Ġimgħa l-Kbira ta' Ġieżu, ilha ssir minn qabel l-1673 u f 'dak il-perjodu kienet issir f 'Ħamis ix-Xirka u kienet diġà tinkludi vari u mużika. F'din il-purċissjoni jieħdu sehem aktar minn 350 ruħ li jinkludu fratelli, personaġġi, reffiegħa u bandisti tas-Soċjetà Filarmonika Nazzjonali La Vallette. Fl-oratorju ta' din il- Knisja mill-isbaħ, l-ILLUM iltaqgħet ma' Ryan Catania u Keith Scicluna żewġ Beltin li trabbew fil- purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira ta' Ġieżu u li llum il-ġurnata apparti li huma żewġ reffiegħa fl-istess purċissjoni huma wkoll parti integrali mit- tmexxija organizzattiva tal-purċissjoni. Organizzazzjoni li kif stqarrew iż-żewġ reffiegħa, "bdiet ftit jiem wara li għaddew il-festi tal-Milied." "Ix-xogħol beda ftit ġranet wara l-festi tal-Milied." "Minkejja li l-maġġorparti tax-xogħol isir waqt ir- Randan, peress li din is-sena l-Għid ħabat kmieni bdejna l-ewwel preparamenti ftit jiem wara l-festi tal-Milied," saħaq Catania. Hu kompla jispjega kif, "imbagħad meta jersaq ir-Randan jibdew ġejjin ħafna nies sabiex jinkitbu għall-parteċipazzjoni fil- purċissjoni. Il-purċissjoni ta' Ġieżu hi marbuta ma' ċertu tradizzjonijiet anke fix- xogħol tal-armar," stqarr Scicluna. Pereżempju aħna għandna tradizzjoni li fir-Randan, kull nhar ta' Erbgħa ntellgħu vara skont l-istazzjonijiet." Din il-gazzetta staqsiet fuq l-impenn li jirrikjedi sabiex ikun jista' jittella' avveniment bħal dan. Iż- żewġ Beltin kienu pronti sabiex jisħqu, "għandna tim veru tajjeb hawnhekk, kemm fl-amministrattiv, dawk li jieħdu ħsieb il- kostumi kif ukoll id-diversi voluntiera li jiġu jagħtu daqqa t'id." Skont Catania, "il- maġġorparti tal-voluntiera huma mil-lokal jiġifieri mill-Belt Valletta u għandek in-nies li ġejjin mill-erba' festi , jiġifieri m'għandekx diviżjoni għax dak minn dik in-naħa u l-ieħor minn hemm, nies minn kull parti tal-Belt jiġu jagħtu daqqa t'id." Sciculna kompla jgħid kif "tapprezza l-fatt li d-diversi voluntiera li jiġu hawn u jagħmlu x-xogħol f 'din il-Knisja kollha jieħdu ġranet mil-'leave' tagħhom. Naħdmu bħala katina, lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter "Ma nimmaġinanix ma nerfax fil-Ġimgħa Aħna nkunu qegħdin narmaw tal-Milied waqt li nisimgħu l-marċi funebri. " "

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 APRIL 2018