Illum previous editions

ILLUM 1 APRIL 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/960498

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

Il-Ħadd 01 ta' April 2018 | illum Intervista 13 fil-Ġimgħa l-Kbira... din hi l-passjoni tagħna." ħolqa ma' ħolqa, nagħtu daqqa t'id lil kulħadd u kulħadd jagħti daqqa t'id lilna." X'jagħmel il-purċissjoni ta' Ġieżu differenti mill- oħrajn? Din il-gazzetta staqsiet lill-Catania x'tagħmel din il- purċissjoni differenti mill- oħrajn. "Il-purċissjoni ta' Ġieżu hi differenti għaliex, l-ewwel nett hi waħda mill-eqdem purċissjonijiet f 'Malta wara dik tar-Rabat. Apparti minn hekk, din il- purċissjoni baqgħet unika, fis-sens li ta' serjetà tagħha. Il-purċissjonijiet kollha tal-Belt anke dawk tal- festa baqgħu uniċi għaliex tinżamm din is-serjetà," sostna Catania. Sciculna żied jgħid li "baqgħet unika wkoll għaliex hi magħrufa għar-ritmu tagħha. Din hi purċissjoni mexxejja ħafna, il-vari jieqfu f 'kull kantuniera, xi ħaġa li ma ssibha mkien iżjed, li hi possibbli minħabba l-istruttura tal-Belt Valletta, li bit-toroq dritti tagħha joħolqu ambjent verament uniku." Apparti mill-eluf ta' Maltin li jiġu biex jaraw il-vari, skont Catania, "din il-purċissjoni tattira wkoll dilettanti tal-Ġimgħa l-Kbira li jħobbu jaraw ċertu refgħa u ċertu pass li huma magħrufin tant għalih." L-istorja wara l-vari… "Is-sett tal-vari tal-Belt Valletta huwa magħmul mit-tmien vari tradizzjonali, kollu xogħol pjuttost antik," spjega Sciculna. Huwa kompla jgħid kif, ħafna mill-istatwi huma xogħol l-istatwarju Saverio Laferla, għajr il-marbut li hu xogħol l-iskultur Pietru Pawl Azzopardi." Catania kompla jispjega kif "hawnhekk bqajna bis-settt uniku, aħna m'għandniex statwi miżjudin. Alavolja mhumiex kollha tal-istess artist għandna l-istess sett." Iż-żewġ Beltin spjegaw l-istorja wara s-sett ta' vari li jinsabu ġol-Knisja ta' Ġieżu, fosthom l-iktar statwa antika ta' Ġesù marbut, xogħol Pietru Pawl Azzopardi li tmur lura għal nofs is-seklu dsatax. Interessanti hi l-istorja wara l-ecce homo li għal diversi snin kien xogħol attribwit lill-istess skultur wara l-marbut, però wara studju li sar fl-2008, ħareġ xebh kbir bejn din l-istatwa u l-kurċifiss mirakoluż li jinsab fl-istess knisja ta' Ġiezu. Ir-refgħa xi tfisser għalihom? Kif semmejt hawn fuq, iż-żewġ Beltin ta' kull sena jerfgħu fil-purċissjoni tal- Ġimgħa l-Kbira, però din ir- refgħa xi tfisser għalihom? B'ton mill-aktar skjett, Catania stqarr "lanqas biss nimmaġinani ma nerfax fil-Ġimgħa l-Kbira. Din hija l-passjoni tagħna, mhux passjoni ta' tbatija però passjoni ta' ferħ. Il-Ġimgħa l-Kbira hi parti kbira minna." Scicluna kompla billi afferma kliem Catania billi żied jgħid li "din il-ġimgħa, hi l-aktar ġimgħa favorita tagħna. Waqt li nkunu qegħdin narmaw tal-Milied nibdew nisimgħu l-marċi funebri, tant kemm hi parti minn ħajjitna. Apparti minn hekk, irrimarka Scicluna, il- Milied sar wisq festa kummerċjali, il-Festa tal- Għid għadha partikolari speċjalment f 'pajjiżna, u l-40 jum ta' preparazzjoni tar-Randan li jirnexxilu jdaħħlek f 'ċertu spirtu. NB-Din il-gazzetta tixtieq tiddedika din l-intervista lill-dawk l-eluf kollha li ta' kull sena jipparteċipaw u jaħdmu biex ikunu organizzati l-attivatijiet kollha relatati mal-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid. M'hemm l-ebda dubju li mingħajr l-impenn u d-dedikazzjoni ta' dawn in-nies u l-familji tagħhom tradizzjoni hekk rikka u hekk unika tmut u tisfaxxa fix-xejn. Peress li din is-sena l-Għid ħabat kmieni bdejna l-ewwel preparamenti ftit jiem wara l-festi tal-Milied. " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 APRIL 2018