Illum previous editions

ILLUM 1 APRIL 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/960498

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

15 Il-Ħadd 01 ta' April 2018 | illum Aħbarijiet wara aktar minn 400 sena ta' storja Festa oħra antika fil-Belt Valletta hija dik ta' San Duminku. Għalkemm din hija l-festa titulari tal-akbar parroċċa Beltija, ftit huma dawk li jafu li din il-Bażilika mhijiex iddedikata lil San Duminku, imma l-Madonna taħt it-titlu tal-Portu Salvu. Fil-fatt kien San Duminku stess li wera x-xewqa li l-knejjes kollha tad-Dumnikani jkunu ddedikati lill-Madonna. Fil-fatt anke fil- Birgu. Minkejja li tiġi ċċelebrata l-festa ta' San Duminku, il-knisja tad-Dumnikani hija ddedikata lil- Lunzjata. Kien il-Papa San Piju V, l-istess Papa li għen fil-bini tal-Belt Valletta, li fit-2 ta' Lulju tal-1571 iddikjara lil din il-Knisja tad-Dumnikani bħala "il-Parroċċa ewlenija u matriċi tal- Belt il-ġdida." San Duminku għandu post speċjali fost il-ħafna Beltin li tgħammdu f 'din il-parroċċa, anke jekk joqogħdu f 'żoni oħra tal- Belt. Fi kliem il-Kappillan ta' San Duminku, Patri Michael Camilleri O.P, "San Duminku huwa sabiħ minħabba uliedu." Meta nżilna sa San Duminku sibna lil Anthony Carl Caruana, jarma s-Sepulkru tal-Bażilika. Għalkemm huwa mill- Isla għandu seba' mitt sena biex jingħaqad mal-Beltin f 'din il-festa. Normalment, il-festa ta' San Duminku ssir fl-ewwel Ħadd ta' Awwissu. Il-vara ta' san Duminku, imnaqqxa fl-injam, hija xogħol ta' artist Spanjol u saret fl-1678. Din il- vara tinħareġ darbtejn fis-sena, hekk mis-sena li għaddiet reġgħet tqajmet tradizzjoni antika li San Duminku jinħareġ ukoll fil-purċissjoni tal- Madonna tar-Rużarju. San Duminku u l-Portu Salvu B'xi mod jew ieħor kulħadd jassoċja ruħu ma' San Pawl. Kien San Pawl li waslilna l-fidi u kull familja għandha xi ħadd li jismu Pawlu, Paul, Pawla jew Pawlina. Iżda bla dubju ta' xejn, il- Pawlini Beltin huwa l-aktar magħrufa għall-imħabba tagħhom lejn San Pawl. Hija festa partikolari, hekk kif hija waħda mill-ftit festi li jiġu ċċelebrati fix-xitwa. Mhux l-ewwel darba li l-maltemp li wassal lil San Pawl Malta jħabbat lid-dilettanti ta' din il-festa. Iżda l-Pawlini Beltin huma baħrin tal-bnazzi. Il-President tal-Għaqda tal-Pawlini, Mario Cassar, meta tkellem mal-ILLUM saħaq: "lanqas nimmaġinawna niċċelebraw il-festa fis-sajf." Apparti li hija waħda mill-festi tal-Beltin, hija wkoll festa tal-Maltin hekk kif nhar l-10 ta' Frar hija waħda mill-Festi Nazzjonali. Dan jagħmel lill-Pawlini Beltin kburin ħafna bil-festa li jiċċelebraw. Magħrufa ħafna f 'din il-festa, hija l-istatwa kapolavur ta' San Pawl, minquxa fl-injam mill-artisti Melchiore Gafà u anke l-ġirja tradizzjonali fid- dħul tal-vara. Iżda apparti minn hekk, il-Pawlini Beltin huma kburin ukoll b'żewġ relikwi meqjuma fil-Kolleġġjata Pawlina, jipifieri d-driegħ tal-Appostlu u parti mill-kolonna tal-martirju. Ma setax jonqos, li fit-toroq ta' din il- parroċċa niltaqgħu ma' Hector Bruno, wieħed mill-personalitajiet Maltin l-aktar maħbuba u fuq kollox Belti u Pawlin. Hector Bruno wkoll entużjast biex jara lill-qaddis favorit tiegħu jiltaqa' mat-tliet patruni oħra tal-Belt Valletta. "Aħna nifirħu b'dak kollu li hu Belti," saħaq Hector. Pawlu tal-Maltin Il-vara ta' Santu Wistin iżżanżnet f 'Ottubru li għadda u donnu ma felħitx tistenna milli tiltaqa' ma' sħabha, it-tliet vari l-oħra tal-Belt. Din il-vara tnaqqxet fl-injam is-sena li għaddiet, mill- artisti Alfred u Aaron Camilleri Cauchi. Fil-fatt għadha ma ngħatatx iż-żebgħa u għal din il-purċissjoni se tkun qed toħroġ fl-istat orġinali tagħha, jiġifieri tal-injam. Il-parroċċa Agostinjana hija pjuttost żagħżugħa, tant li matul din is-sena qed tiċċelebra l-ħamsin sena mit-twaqqif tagħha. Il-festa wkoll hija pjuttost żagħżugħa u għalkemm ingħatat il-ġenb fis-snin li għaddew, fl- aħħar snin reġgħet qed tingħata l-ħajja u tieħu forma ta' festa aktar tradizzjonali. L-ILLUM tkellmet mal- Kappillan, Patri Deo Debono OSA, magħruf għall-ħidma u l-entużjażmu tiegħu. Fil-fatt, jekk tinżel il-Belt din il-ġimgħa, żgur se tarah jgħin liż-żgħażagħ itellgħu l-pavaljuni. Il-President tal-Kumitat tal- festa, Vince Grech Mallia, tkellem magħna dwar l-għaqda li spikkat bejn il-kumitati tal-festi tal-Belt waqt il-preparazzjonijiet għall-Festa l-Kbira. "Il-pika ħafna drabi joħolquha dawk li jiġu għall-festa biss u ma jtukx ċenteżmu donazzjoni," saħaq Vince. Minn din is-sena, l-Agostinjani Beltin se jibdew jiċċelebraw il-festa f 'Settembru hekk kif f 'dawn l-aħħar snin kienet qed tiġi ċċelebrata f 'Mejju. Wara l-esperiment tas-sena li għaddiet, li jidher li mar tajjeb, il- purċissjoni se tibda ssir nhar il- festa filgħodu u mhux filgħaxija. Santu Wistin għadu jiżżanżan imma...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 APRIL 2018